Sunday, December 11, 2011

Ġustizzja għal Paul Hili



Nixtieq ningħaqad mal-appelli li saru mis-Segretarju Ġene­rali tal-GWU, is-Sur Tony Zarb, u minn Dr Joe Mifsud, fil-gazzetta L-Orizzont, biex l-awtoritajiet li jissorveljaw il-ġustizz­ja f’pajjiżna jagħmlu skrutinju bir-reqqa tal-każ ta’ Paul Hili, li kien involut f’incident fis-sena 2003 u li bħalissa qed jiskonta sentenza ta’ 12-il sena ħabs.

Paul kien ħallas kumpens finanzjarju qawwi lill-persuna l-oħra involuta fl-inċident, u ma kienx stenna l-kundanna tal-qorti biex jagħ­mel dan.Ninsab f’kuntatt kontinwu ma’ Paul Hili. Iktar ma jgħaddi ż-żmien, u nieħu pariri minn professjonisti fil-kamp legali, iktar nirrealizza kemm dan huwa każ ġenwin li jixraqlu jerġa’ jkun eżaminat.

Jeħtieġ li jkun aċċertat li Paul ma jagħmilx ġurnata ħabs iktar milli tassew ħaqqu. Jidher biċ-ċar li l-verdett u d-deċiżjoni tal-Appell li ngħataw fil-każ tiegħu, kienu ħorox izżejjed meta mqabblin ma’ każijiet oħrajn ferm aktar serji mill-inċident li Paul kien involut fih. L-ebda arma regolari, bħal ngħidu aħna mus jew pistola, ma ntużat fil-każ ta’ Paul, u minkejja dan, xorta fl-appell instab ħati għal 12-il sena ħabs. Paul ilu ’l fuq minn ħames snin fil-ħabs. Huwa ħadem kemm felaħ biex jgħin lill-awtoritajiet ċivili tal-ħabs, u lil dawk li jipprovdu servizz reliġjuż fil-ħabs. Għen lill-priġunieri bla distinzjoni ta’ xejn, l-aktar lil dawk żgħażagħ, fejn kien strumentali biex issir il-kċina fit-taqsima taż-żgħażagħ Youths.

Dan jirrifletti l-impenn ċivili li Paul kien juri qabel ma daħal il-ħabs, fejn kien attiv bħala President tat-Taqsima Marittima u Avjazzjoni tal-GWU, President tal-Works Council fl-Air Malta, u kien involut ukoll fil-klabb tal-Waterpolo ta’ San Ġiljan. Qabel ma kien involut f’dan l-inċident, Paul kellu kondotta nadifa tazza.

Inħeġġeġ lill-għaqdiet kollha fis-soċjetà ċivili, li għandhom għal qalbhom il-ġustizzja, biex jinteressaw irwieħhom f’dan il-każ. Bħalma jsiru kampanji barra minn Malta, hekk ukoll jeħtieġ li jsir f’dan il-każ, biex l-aw­toritajiet kompetenti ja­għ­­­rfu l-ħtieġa li dan il-każ jerġa’ jkun eżaminat.

Paul Hili stess jirrikonoxxi l-fatt li kellha ssir ġustizzja minn dak li wettaq hu, iżda kemm Hili nnifsu u n-nies midħla tas-sistema tal-ġustizzja, iħossu li dan il-każ ma kienx ħaqqu din il-piena severa.

Sunday, October 16, 2011

It-tigdid li jsahhah u jghaqqad lill-unjins


Inħoss li jien li nifforma parti mill-ġenerazzjoni l-ġdida fit-trade unions għandi nagħmel ħilti kollha biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn l-unions f’Malta. Jekk l-unions ikunu mifrudin, hekk ukoll ikunu l-ħaddiema. Għax x’inhuma l-unions jekk mhux l-ambaxxa-turi tal-ħaddiema? Għalhekk qed ninnota b’sodisfazzjon il-ħidma li qiegħda tagħmel il-GWU biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn it-trade unions f’pajjiżna. Sodisfatt b’din il-ħidma għax konxju li tista’ sservi biss ta’ ġid biex tissaħ-ħaħ il-vuċi tal-ħaddiema f’pajjiżna.

F’Malta għandna tliet kon-federazzjonijiet tat-trade unions. Dawn huma l-GWU, il-Forum Unions Maltin u s-CMTU. Kif tafu, bejn il-GWU u l-Forum jeżistu relazzjonijiet tajbin. Dawn ir-relazzjonijiet ma nbnewx b’kumbinazzjoni. Inbnew bil-mod il-mod matul l-aħħar snin permezz ta’ fiduċja reċiproka miż-żewġ naħat. Permezz ta’ rieda tajba li naħdmu fuq dak li jgħaqqad-na, laqgħat soċjali bejnietna u skambju ta’ ideat kontinwu. Imbagħad għandek is-CMTU. Is-CMTU, li ġo fiha nsibu l-Union Ħaddiema Magħqudin. Fi ħdan dawn il-konfederazzjonijiet issir ħidma fejjieda favur il-ħaddiema minn dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-għaqda fost il-ħaddiema.

Diġà qed ikun hemm laq-għat bejn uffiċjali ta’ dawn it-tliet konfederazzjonijiet. Jeħtieġ li naħdmu biex fi żmien qasir nibdew nikkollaboraw flimkien fuq materji bħalma huma l-edukazzjoni u t-taħriġ, kemm tat-trejdunjonisti u anke
tal-ħaddiema li nirrappreżen-taw fuq il-postijiet tax-xogħol. Naħdmu flimkien fuq temi bħas-Saħħa u s-Sigurtà u l-liġi tax-xogħol. Hemm bżonn li lkoll kemm aħna niġbdu ħabel wieħed biex fi żmien qasir inġibu riżultati li għalkemm jinħassu żgħar ikunu tassew importanti.

Jeħtieġ li nibdew telgħin bil-mod il-mod, b’rifsa soda fuq kull tarġa, sakemm xi darba jirnexxielna naslu li jkollna Kunsill tat-Trade Unions f’pajjiżna. Din tkun ġabra tat-trade unions kollha taħt saqaf wieħed bil-għan li niġbru r-riżorsi kollha li għandhom l-unions għad-dispożizzjoni ta’ kull ħaddiem, hu ta’ liema union hu. Bil-għan li għada pitgħada f’pajjiżna nibdew naraw laqgħat flimkien bejn membri tal-GWU, tal-UĦM, tal-MUT, tal-MUMN u ta’ kwalunkwe union oħra f’pajjiżna biex infasslu politika komuni bejnietna. Din hija mira li tidher ’il bogħod, iżda mhux impos-sibbli li xi darba tintlaħaq.

B’Kunsill tat-Trade Unions tinħoloq klima fejn id-deċiż-jonijiet li nieħdu u l-politika li nfasslu tkun qiegħda toffri direzzjoni iktar soda lill-unions f’pajjiżna. Bl-ebda mod ma rrid infisser li l-isfidi kollha tat-trejdunjoniżmu se jkunu solvuti bil-ħolqien ta’ din l-għaqda bejn l-unions, iżda ċertament noħolqu klima fejn aħna li nagħmlu parti mill-unions ikollna qagħda iktar b’saħħitha biex ninnegozjaw mal-industrijalisti u ma’ kwalunkwe sidien oħra fil-pajjiż.

L-indipendenza ta’ kull union fid-deċiżjonijiet li jittieħdu għandha tibqa’ tkun rispettata. Iżda fejn nistgħu naħdmu flimkien ejjew ħa naħdmu flimkien. Nistgħu nieħdu eżempju mill-Ingil-terra. Dawn għandhom Trade Union Congress (TUC). Meta dawn ifasslu politika dwar l-ambjent jew ix-xogħol prekarju, ifassluha biex jagħtu direzzjoni lill-unions kollha miġbura taħthom fil-pajjiż. B’hekk l-unions jimxu f’direz-zjoni waħda biex jilħqu miri komuni.

Jekk it-trejdunjonisti ta’ dan il-pajjiż iridu jwettqu dak li ilu għexieren ta’ snin biex jitwettaq, jeħtieġ li nisfidaw il-kultura li ġejjin minna. Biex tbiddel kultura trid iż-żmien, iżda dan il-GWU diġà qiegħda f’qagħda li tagħmlu.

F’dawn l-aħħar sentejn il-GWU qed jirnexxilha ddaħħal membri ġodda li m’għand-homx rabta ma’ tip ta’ politika jew oħra. Fil-GWU daħlu plejers tal-futbol, carers tad-Dar tal-Providenza u tan-Novitas, ħaddiema tal-RTK, u b’sodisfazzjon kbir insemmi l-1,350 student li t-taqsima taż-żgħażagħ li ġej minnha jien irnexxielna ndaħħlu f’din l-aħħar sena. Fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru ta’ din is-sena daħħalna mal-mija u ħamsin student Universitarju ġdid fis-sezzjoni taż-żgħazagħ tal-GWU.
Ilu li spiċċa ż-żmien li l-ħaddiema jinqasmu skont il-kulur politiku tagħhom. Il-qagħda tal-ħaddiem f’paj-jiżna ma titkejjilx skont il-kulur politiku. Il-qagħda ta’ kategorija ta’ ħaddiema titkejjel skont il-kundizzjonijiet u l-benefiċċji li jkunu qegħdin jaħdmu bihom fil-postijiet tax-xogħol tagħhom.

Jekk m’aħniex se nkunu konvinti fuq din il-ħaġa, m’aħna se naslu qatt f’sitwaz-zjoni fejn il-ħaddiem Malti jkun magħqud fuq missjoni nazzjonali waħda. Ejjew ma nħallu l-ebda politiċi, ġejjin minfejn ġejjin, jikkundizzjonaw il-politika tal-unions. Aħna l-esperti tat-trejdunjoniżmu, u għalhekk m’għandniex għalfejn ngħixu taħt id-dell ta’ ebda partit politiku. Għandna nkunu lesti li nieħdu parir mingħand kulħadd, iżda m’għandna nħallu lil ħadd jikkundizzjona l-policies tal-union li nkunu ġejjin minnha. Huwa dan id-dell politiku li għal ħafna żmien xekkel lill-unions milli jingħaqdu. Daqqa għal raġuni u daqqa għal oħra. Ejjew nimxu lejn sitwazzjoni fejn jiggverna min jiggverna f’dan il-pajjiż, is-saħħa tal-unions tkun dejjem qawwija biex tgħin fit-titjib tal-qagħda tal-ħaddiema u l-professjonisti f’pajjiżna.

Ejjew niftakru li f’kull post tax-xogħol fejn hemm it-trade unions, hemm il-potenzjal li noffru kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema. Kemm għax il-ħaddiem ikun organizzat u anke għax il-ħaddiem ikun mogħni bi ftehim kollettiv u s-saħħa tal-għaqda fost il-ħaddiema. Il-ftehim kollettiv hija l-għodda li għandna nibqgħu nesiġu li kull ħad-diem ikollu biex itejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol li jaħdem fihom. Drittijiet oħra li għandu l-ħaddiem, fosthom id-dritt li jistrajka, m’għandna nħallu lill-ebda professur tas-suq ħieles jipprova jnaqqru.

It-tir tagħna ż-żgħazagħ fil-GWU hu li nkunu ta’ servizz lill-ħaddiema li jeħtieġu jkunu magħquda biex jibnu mill-ġdid qagħda soċjali f’saħħitha li tiż-gura futur lill-ġenerazzjonijiet ġodda ta’ pajjiżna. Ċert li b’għaqda bejn il-unions inkunu kapaċi naslu biex nilħqu miri li qatt ma lħaqna qabel. B’kuraġġ u b’determinazzjoni naslu biex nissaħħu. Iżda biex nissaħħu jeħtieġ li nkomplu niġġeddu.

Tuesday, July 12, 2011

Tilgħabulniex ma’ ħobżna!


Kull fejn għoġbu jfarrak dan ­ il-Gvern, għamlu b’sens ta’ vendikazzjoni mal-ħaddiema. Kien hemm żmien li kien jgħid li qal­bu qiegħda mal-ħaddiema, iżda l-istorja wriet li qalbu hija mwaħħla mat-tradiment tal-ħaddiema.

Infakkarkom li l-Gvern fost l-oħ­rajn farrak is-SeaMalta, it-Tarznari, l-Air Malta u t-Trasport Pubbliku. Il-kelma ristrutturar kienet fil-verità vendikazzjoni mill-ħaddiema u minn dawk kollha li fl-imgħoddi jew fil-preżent dejjem kellhom u baqa’ jkollhom għal qalbhom il-ġid u l-għaqda fost il-ħaddiema.

Pastaż mill-kbar

Trid tkun altru pastaż mill-kbar biex bħala ministru inkarigat mill-Air Malta, malli tara li l-bdoti se jagħ­mlu strajk taqbad thedded li l-assi tal-kumpanija se tagħmilhom flus u tibgħat lil kulħadd ’il barra. Mhux talli jridu jkeċċu 511-il ħaddiem mil-linja nazzjonali, talli jiġu jaqgħu u jqumu jekk il-ħaddiema jitkeċċewx kollha kemm huma.

Il-Madonna dehritlu biss meta ġejna għad-divorzju! Issa li hawn tant sensji ppjanati, possibbli li lanqas il-Madonna ta’ Borġ in-Nadur, li qiegħda tefgħa ta’ ġebla bogħod minna, ma rnexxielha tidhirlu!?

Lill-Ministru Fenech, li huwa wkoll jibbenefika mill-€500 żieda fil-ġimgħa, ngħidlu biex ma joqgħodx ikun avventuruż ħafna u jilgħabha ta’ Popeye. Imissu jiftakar li jekk xi darba jasal bl-ajruplan minn barra u l-ħaddiema jagħżlu li ma jwasslulux it-taraġ fejn il-bieb tal-ajruplan, imbagħad malajr naraw minn ikun kiel l-iktar spinaċi.

Ċwieċ Maltin

Napprezza l-mod li bih qed jaħdem Dominic Azzopardi, President tal-Assoċjazzjoni tal-Piloti. Nies determinati bħal dawn huma mexxejja li jeħtieġ naraw iktar minnhom fit-trejdjunjoniżmu li jirrappreżenta kemm lill-ħaddiema u anke lill-professjonisti. Il-Ministru Fenech ħaseb li Azzopardi se jinfaqa’ jibki malli jheddu li l-Air Malta jaf tispiċċa falluta. Falluta iktar milli ġabuha, bit-toqol tal-MIA, ma tistax tkun.

Dan huwa Gvern li tilef il-fiduċja ta’ dawk in-nies li serqilhom il-vot u ta’ dawk li qatt m’għażlu li jemmnuh. Daħak b’kemm alla ħalaq ħaddiema. Kien jaf bil-problemi tal-Air Malta minn qabel l-elezzjoni, u xorta kellu l-wiċċ vili li qabel l-elezzjoni li għaddiet jibgħatilhom ittra fejn fiha jinformahom li x-xogħol tagħhom huwa garantit taħt Gvern Nazzjona­lista.

Ġenji barranin

Barra minn dawn iċ-ċorma ċwieċ Maltin li qegħdin imexxu pajjiżna, ċwieċ li lanqas kapaċi jgħidu jekk triq fir-Rabat hijiex responsabbiltà tagħ­hom jew tal-Kunsill Lokali, għandna ġenji barranin.

Ġenji barranin bħal Peter Davies, Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, li qed jitħallas €500,000 biex iċaħħad lil ruxmata Maltin ħutna milli jibqgħu jaqilgħu il-ħobża ta’ kuljum. In-nofs miljun ewro ma jibbastawhx, għax bħala partajm u fuq bażi privata jmexxi lukanda fl-Ingilterra. Xortih tajba tafux, mhux bħall-ħaddiema li jaqgħu taħtu!

Tajjeb tkunu tafu li dan il-ġenju barrani, f’ittra li bagħat lill-piloti, għoġbu jiddeskrivi l-istrajk li beħsiebhom jagħmlu bħala irresponsabbli. Mhux talli hekk, talli fl-ittra stess rama jwaħħal f’dan l-istrajk li se jsej­ħu, bħala l-kawża għal telfien ta’ ‘bookings’. Dan ġie hawn Malta u qed jitħallas bil-belli liri mit-taxxi tiegħek u tiegħi.

Ta’ dawn il-flus kull ma rajna minnu s’issa huma sensji u paroli bħal dawk tal-Ministri Fenech u Gatt, li huma wisq magħrufin għall-frejjeġ. Davies, minn flusna soluzzjonijiet irridu, mhux intimi­dazzjoni lill-ħad­diema li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom!

Nagħaġ jew iljuni?

Lill-piloti minn hawn inħeġġiġhom biex għada ma jiddejqu xejn jikkonfermaw l-istrajk maħsub għal nhar is-Sibt. Ftakru li nhar il-Ġimgħa il-GWU u l-FORUM flimkien mal-ħaddiema li jirrappreżentaw u dawk kollha li jappoġġjawhom, lesti jkunu l-Belt biex jiddefendu l-ħobża tal-familji kollha li jaħdmu fl-Air Malta.

Lill-Gvern ngħidlu jirringrazzja lil Alla li aħna l-Maltin għadna m’aħniex qegħdin nagħmlu bħall-Ewropej sħabna fi Franza, fl-Ingilterra, fl-Italja u fil-Greċja. Li kieku qegħdin nagħ­mlu bħalhom, il-governabilità ta’ dan il-Gvern kienet tkun f’xifer l-irdum. Dawn l-Ewropej sħabna lesti jaqbżu għal drittijiethom kull meta jilagħbulhom ma’ ħobżhom. Ejjew nagħtu prova ta’ kemm aħna għandna demm Ewropew u ninġabru fi Pjazza San Ġorġ, fil-Belt Valletta, nhar il-Ġimgħa fil-5.30 p.m. b’solidar­jetà ma’ sħabna tal-Air Malta.

[Artiklu ppubblikat f'L-Orizzont tat-Tlieta 12 ta' Lulju, 2011]

Thursday, June 30, 2011

Xogħol prekarju, moħbi jew garantit!


Waħda mill-ikbar sfidi li qed jiffaċċja s-suq tax-xogħol Malti huwa proprju ż-żieda fix-xogħol prekarju. Tliet oqsma partikolari li qed narawhom imnawrin minn dan ix-xogħol prekarju huma dawk tas-servizzi tas-sigurtà, tat-tindif, u l-careworkers fl-isptarijiet. Magħhom hemm oqsma oħrajn tax-xogħol, li lanqas huma biss dikjarati. Ix-xogħol prekarju, meta jkun dikjarat, għandu ħabta jimxi fuq ħabel fin bejn dak li hu legali u dak li hu illegali.

Għalkemm għandna liġi tax-xogħol li toffri ħarsien xieraq lill-ħaddiema, ħafna drabi l-ikbar problema tkun l-infurzar tal-liġi nnifisha. Bosta huma dawk il-ħaddiema li jafu li qed ikunu mċaħħdin minn drittijiet li l-post tax-xogħol joffrilhom, u ma jitkellmux bil-biża’ li jitkeċċew. Fl-istess waqt, bis-saħħa tal-unjins, qed jiżdiedu dawn il-ħaddiema vittmi tal-prekarjat li qed isemmgħu leħinhom, u qed iħeġġu lil sħabhom biex jingħaqdu f’unjin. L-iktar unjin li qed jirnexxilha tagħmel dan hija l-GWU, li kienet tal-ewwel u qatt ma waqfet tqanqal il-kuxjenza dwar ix-xogħol prekarju.

Soluzzjonijiet


It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-GWU sabet mezz kif toħloq ilqugħ kontra x-xogħol prekarju. Inkludiet il-ħlas minimu tal-ħaddiema bħala parti mill-kundizzjonijiet tat-tender fil-każ tal-Gwardjani Lokali. Barra minn hekk hija lesta tkun ta’ għajnuna lil dawk kollha li jkunu se joffru tender biex jaċċertaw rwieħhom li min ikun imħaddem mill-kumpanija li tieħu t-tender, ikollu d-drittijiet tiegħu mħarsin mill-kundizzjonijiet tat-tender innifsu.

Din il-prattika tajba, li jkollok il-ħlas minimu ddettat fil-kundizzjonijiet tat-tender, tista’ tkun użata f’setturi oħrajn tal-impjiegi biex ikun żgurat li l-ħaddiem ikollu l-paga, il-leave, is-sick leave, il-bolla u t-taxxi onorati kif għandu jkun. Sfortunatament il-Gvern stess qed iżid ir-riħ fil-qalgħa tax-xogħol prekarju b’kuntratti li qed jingħataw minn entitajiet bħal Transport Malta, id-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u saħansitra l-ETC!

Is-suq l-iswed

Iktar inkwetanti huma dawk il-ħaddiema li jaħdmu bla ktieb. Dawn mhuma rregolati mill-ebda liġi, għax appuntu qed jaħdmu fil-moħbi tagħha. Huma bosta l-immigranti li ġew mill-Afrika u anke minn pajjiżi Slavi jew tal-eks-Unjoni Sovjetika, li qed jaħdmu f’oqsma tax-xogħol, bħal fil-kostruzzjoni, u ma nafu xejn mill-kundizzjonijiet li bihom qed jitħaddmu.

In-nisa, li f’Malta pparagunati mall-medja Ewropea, għandhom rata ta’ parteċipazzjoni mill-iktar baxxa fis-suq tax-xogħol, għandhom mnejn jiffaċċjaw ċirkostanzi li jġegħluhom ma jiddikjarawx ix-xogħol tagħhom skont il-liġi. Dan jista’ jkun anke minħabba l-fatt li jkunu jaħdmu f’negozji tal-familji tagħhom li jagħtuhom ċerta flessibilità li jlaħħqu mal-esiġenzi tal-familja, u fl-istess waqt ikollhom dħul ieħor.

Sfortunatament ir-riċerka dwar ix-xogħol mhux dikjarat f’pajjiżna hija fqira, u dik li saret kienet iktar għaġġelija milli korretta. Ix-xogħol fis-suq l-iswed tal-ekonomija jagħti lok għal:
•kompetizzjoni inġusta lil dawk li jaħdmu bil-ktieb u lil sidien ta’ kumpaniji regolari
•sfruttament tal-ħaddiema peress li l-liġijiet ma japplikawx
•nuqqas ta’ kontroll fuq is-suq tax-xogħol minn dawk kollha kkonċernati
•nuqqas ta’ ħarsien tas-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol
•nuqqas tal-edukazzjoni meħtieġa sabiex ħaddiem isibha iktar faċli li jimpjega ruħu.

Tradiment

Nuri solidarjetà sħiħa mall-ħaddiema tal-AirMalta li qabel l-elezzjoni li għaddiet ġew imwegħdin garanzija ta’ xogħol bil-miktub mill-Prim Ministru. Għal darb’oħra qed naraw kif l-immaniġġjar ħażin tal-kumpaniji statali fl-aħħar mill-aħħar qed jagħmel tajjeb għalih il-ħaddiem u dawk li jħallsu t-taxxi.

Nixtieq inkun naf min se jwieġeb għall-prattiċi ħżiena li wasslu lill-AirMalta fejn qiegħda llum. Huwa minnu li t-titjiriet lejn Brussell ġieli raw tibdiliet fl-itinerarju skont l-eżiġenzi ta’ passiġġier speċjali?

[Artiklu ppubblikat fil-ġurnal L-Orizzont ta' nhar it-Tlieta 28 ta' Gunju, 2011]

Wednesday, June 15, 2011

Għasafar kbar u żgħar



F’din il-ġimgħa li għaddiet komplejna naraw kif f’pajjiżna għandna ftit għasafar kbar u ħafna għasafar żgħar. Filwaqt li lill-ħaddiema tas-Selmun Palace Hotel kienu qegħdin jgħidul­hom li ma fadalx xogħol għalihom, il-Ministri kienu qegħdin iħabblu rashom kif ma jitilfux €500 iżjed fil-ġimgħa. Naqta’ rasi li l-ebda wieħed mill-ħaddiema tal-lukanda f’Selmun ma jieħu €500 fil-ġimgħa. B’dan kollu nindunaw kif f’pajjiżna l-għasafar il-kbar dejjem qed jittajru iktar fil-għoli, u ż-żgħar dejjem qed jitqasqsulhom ġwenħajhom.

Il-ħaddiema f’Selmun

Lill-ħaddiema f’Selmun, il-Prim Ministru malajr sabilhom soluzzjoni. Qalilhom biex imorru l-ETC! Dawn hu­ma l-ewwel 58 sensja, minn 600 li jidher li huma ppjanati. Iżda bil-liġi, is-sensji ta’ grupp ta’ ħaddiema ma jistgħux isiru mingħajr negozjati mal-unjin. Peter Davies, il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, għamilha ta’ bir-ruħu li dan ma kienx jafu, iżda l-GWU u d-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet In­dustrijali malajr għenuh isir jaf dan.

Il-ħaddiema tal-Air Malta huma grupp ieħor ta’ ħaddie­ma traduti minn Gonzi. Kien biss kaċċa għall-voti il-kliem fieragħ li qal Gonzi lil dawn il-ħaddiema qabel l-elezzjoni. Bħalma kien kliem fieragħ dak li ntqal dwar il-ħaddiema tat-Tarzna. Sa Novembru li għadda ċ-Ċermen tal-Air Malta kien qed iserraħ ras il-ħaddiema. Qalilhom li ma kellhomx għaliex jagħtu kas dak li kien qed jinkiteb fil-gazzetti, għax ma kienx minnu li kienu se jitilfu l-impjieg tagħ­hom. Issa qegħdin f’Ġunju, u l-Kap Eżekuttiv qed jgħid biċ-ċar li sal-aħħar ta’ Ottubru li ġej se jkunu qed isiru s-sensji kollha li huma ppjanati.

Kunfidenti li l-GWU se tkun għal darb’oħra qiegħda taqbeż għad-drittijiet tal-għasafar iż-żgħar, li reġgħu ġew ittraduti mill-għasafar il-kbar ta’ dan il-pajjiż. Ċert li l-GWU se tkun qiegħda toffri soluzzjonijiet ħafna aqwa minn tal-Prim Ministru, li wara li tradihom qed jibgħathom l-ETC. Dan qed ngħidu filwaqt li napprezza x-xogħol tajjeb li din il-korporazzjoni għax-xogħol u t-taħriġ tagħmel b’risq dawk li qed ifittxu xogħol.

Il-pagi qegħdin jogħlew!?

Minn studju li sar mill-Professur Joseph Falzon mill-Università ta’ Malta ħareġ li bejn is-sena 2000 u s-sena 2007 l-ispejjeż biex kumpanija tħaddem in-nies żdied iktar minn dak tal-medja fl-Ewropa.

Fil-bidu tal-ġimgħa li għaddiet il-Kummissjoni Ewropea ħarġet tgħidilna biex nagħmlu riforma fil-mekkaniżmu li Malta għandha biex iżżid il-pagi skont l-għoli tal-ħajja tas-sena ta’ qabel (COLA). Dan il-parir tagħtu, biex skont hi, il-prezz tal-ħaddiema għas-sidien ikun iktar kompetittiv ma’ dak tal-Ewropa.

Iżda l-Professur Falzon kien kapaċi jaqra l-kitba fuq il-ħajt, ħafna iktar mill-Kummissjoni, għax qal ċar u tond li l-ispejjeż biex tħaddem in-nies qed jiżdiedu kawża tal-inflazzjoni. Kawża tal-għoli fil-prezzijiet.

L-għasafar il-kbar f’pajjiżna ddeċidew li jsallbu lill-industriji u lill-familji Maltin b’kon­tijiet tad-dawl u l-ilma esaġera­ti. Dan għamluh biex jil­qgħu għad-djun li għandha l-Enemalta, ikkawżati minn żbalji ħoxnin li saru minn ministri u maniġers. B’dan il-mod daħħ­lu lil pajjiżna f’ċirku vizzjuż fejn meta jogħlew il-prezzijiet għall-fabbriki, jogħ­lew il-prezzijiet għall-konsumaturi. B’hekk ġejna f’sit­wazz­joni fejn l-industriji jsibu­ha iktar bi tqila biex jimpjegaw in-nies, u l-ħaddiema dejjem jaraw is-saħħa tal-paga tagħ­hom tonqos.

Jekk hemm riforma li jeħtieġ issir, ċertament hija dik li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma għal negozji ta’ kull daqs. Barra minn hekk jeħtieġ li jkollna mekkaniżmu tal-COLA li jirrifletti tassew l-ispejjeż li qegħdin jaffaċċjaw il-familji Maltin u Għawdxin.

Iżda l-għasafar il-kbar ta’ pajjiżna lesti jinħbew wara elf rapport biex ma jarawx l-għa­safar iż-żgħar f’pajjiżna jerġ­għu jtiru fil-għoli. Għalxejn iħambqu s-sidien u l-unjins dwar ħtiġijiet bħal dawn ma’ min qed jara l-Madonna tibki. Wara kollox hu wkoll qed itir fl-għoli mal-klikka ta’ dawk li għandhom il-ġwienaħ kbar. Ara meta jiġu biex jagħtu paga oħra lilhom infushom, hemmhekk l-ebda rapport ma jkun meħtieġ! Dan li qegħdin tieklu huwa biss il-ħobż tat-tradiment.

(Artiklu ppubblikat f'L-Orizzont ta' nhar it-Tlieta 14 ta' Ġunju, 2011)

Tuesday, May 31, 2011

.....ta' "brigant" li jien!


Salvatore Giuliano 1922-1950 - Brigant Sqalli li kellu l-fama ta' Robin Hood


Il-vot tas-Sibt li ghadda kien wiehed car favur Stat Lajk. Bid-divorzju f’Malta kulhadd se jibqa’ jkollu d-dritt li jghix hajtu bil-konvinzjonijiet li kellu qabel ma vvota. Cert li kienu hafna dawk li vvotaw favur id-divorzju minghajr ix-xewqa li qatt jigu bzonnu. L-elettorat Malti wera ruhu li mhux lest li jahseb biss fir-realta’ stabbli u felici li jista’ jkun ghaddej minnha f’hajtu, izda wkoll f’dawk il-persuni li qed ifittxu li jsibu lura stat ta’ kuntentizza f’hajjithom.

Irresponsabbli


Jekk hawn istituzzjoni f’pajjizna li wriet ruhha irresponsabbli quddiem dritt civili bhad-divorzju, certament li din kienet il-knisja. Izda fil-maggoranza taghha, in-nies m’emmnithiex. Kienet tinxtamm tinten wisq il-kampanja tal-Knisja li riedet tpingi d-divorzju daqs li kieku kien xi xitan li se jnawwar is-socjeta’ taghna u jgib taqlib liema bhalu. Il-Knisja qed tnawwar lilha nnifisha billi tibqa’ tipretendi li ghad fadlilha xi pussess fuq il-kuxjenza nazzjonali tal-poplu. Illum l-individwu sar ic-centru ta’ kull filosofija jew politika. Jekk il-Knisja se tibqa’ tqis lin-nies bhala merhla, l-istess bhalma ghamel l-Isqof Mario Grech fl-omelija tieghu ta’ nhar il-Hadd 15 ta’ Mejju, meta qal li “fostna hawn il-briganti li jinqdew b’kull mezz biex joqtlu l-merhla”, allura se tkun qieghda tkompli tinqata’ mir-realta’.

Ic-cittadin Malti u Ghawdxi m’ghadux ihossu parti minn merhla. Sar ihossu kunfidenti mieghu innifsu li jaghrbel, u jahseb bil-hila tieghu, qabel ma jasal ghal decizjoni. Perswaz li kienu bosta dawk li vvotaw ‘Le’ ghal ragunijiet validi li jien nirrispetta. Perswaz ukoll li wiehed irid iqis dawn ir-ragunijiet meta jasal biex ikun mfassal l-abbozz finali tal-ligi tad-divorzju.

Herqan biex nara x’se tkun il-pozizzjoni li se tiehu l-Knisja dwar il-ligi tal-koabitazzjoni. Min hu poggut qed jghix fi « stat tad-dnub » f’ghajnejn il-Knisja. Nippretendi li wara dik il-propoganda mill-pulpti, issa tohrog ifferocjata bid-doppju ta’ li harget dwar id-divorzju, fil-kwestjoni tal-ligi tal-koabitazzjoni. Ghaliex filwaqt li d-divorzju jgibek f’qaghda li tista’ terga’ tizzewweg, meta tkun poggut tichad ghal kollox l-istituzzjoni taz-zwieg. Bl-ebda mod ma qieghed ingib dan l-argument biex inhammar wicc min hu poggut. Dawk li qed jghixu pogguti ghandhom kull liberta’ li jaghmlu dan, izda fl-istess waqt ghandna naraw li kwalunkwe’ ligi tal-koabitazzjoni li tkun introdotta ma sservix biex izzid flok tnaqqas l-anomoliji li ghandna fil-ligijiet li jirregolaw il-familji.

It-tliet isqfijiet hargu jghidu li "Lil dawk kollha li ħadu sehem attiv fuq iż-żewġ naħat, nixtiequ nuruhom is-sogħba tagħna jekk xi ħadd ħassu mweġġgħa b’xi kelma jew azzjoni mill-membri tal-Knisja". Tali apologija giet tard wisq, ezatt waqt il-jum tal-votazzjoni, u allura lanqas biss tiswa’ l-inka li biha giet miktuba.

Medvedev vs Gonzi

Ghal min qed jiehu bic-cajt l-ahbar li d-dinja sejra tispicca s-sena d-diehla, nahseb li jkun ahjar li tirriflettu ghal darba tnejn qabel ma taslu ghall-konkluzjoni. Jien kull meta nara l-ahbarijiet hlief djar itiru mar-rih, nies ghaddejjin bid-dghajsa fit-triq li jghixu u rivoluzzjonijiet mhux qed nara! Tant hu veru li kollox qed jinqaleb ta’ taht fuq, li issa jidher li l-President tar-Russja Dmitry Medvedev qed juza l-istil ta’ Gonzi mall-midja, u Gonzi qed juza l-istil ta’ Medvedev hawn Malta.

Infatti dan Medvedev ghaggeb lil kulhadd xi hmistax ilu, meta quddiemu laqqa’ ruxxmata gurnalisti u filwaqt li tkellem hafna, min segwih stqarr li ma hassu li qal xejn specjali. L-istess bhalma mdorrijin naraw lil Gonzi hawn Malta. Gonzi min-naha tieghu ghazel li juza l-istil li s-soltu juza Medvedev, u nhar il-Hadd hareg jitkellem wahdu mal-lenti, l-istess bhalma jaghmlu mexxejja awtoritarji kull meta jhossuhom daharhom mall-hajt. Minn hawn lil Gonzi nghidlu, li ghalkemm tista’ tahrab, xorta ma tistax tistahba. Jinhadmu kif jinhadmu l-affarijiet, il-poplu ha decizjoni, u din id-decizjoni jehtieg li tkun rispettata.

Dan kollu ghidtulkom ta’ "brigant" li jien!

[Artiklu ppubblikat f'L-Orizzont tal-lum it-Tlieta 31 ta' Mejju, 2011, Pg.13]

Tuesday, May 17, 2011

Taqbel jew ma taqbilx, ivvota IVA!


Jekk taqbel mad-divorzju, għażla waħda għandek, nhar is-Sibt 28 ta’ Mejju mur ivvota IVA fir-referendum. Jekk inti ma taqbilx mad-divorzju, f’jum il-votazz­joni xorta mur ivvota IVA. M’għandekx għaliex iċċaħħad lil dawk li għandhom bżonnu milli jiħduh. Bid-divorzju f’pajjiżna, int li ma taqbilx miegħu tibqa’ żżomm id-dritt li ma tiddivorzja qatt.

Id-dehriet ta’ Tonio

F’din il-kampanja l-Kelma t’Alla mhux talli ġiet użata, talli saħansitra ġiet abbużata. L-istorja għallmitna li huma ħafna dawk li lesti jużaw ir-reliġjon bħal biċċa plastisin li jifformawha kif iridu huma. Il-MP Nazzjonalista JPO ġie kkwotat li qal li “pajjiżna qed jiżżerżaq lura għas-snin 80” għall-mod kif qed tiġi immanipulata l-opinjoni pubblika. JPO seta’ għamel riflessjoni oħra. Dik li wħud għażlu li jiżżerżqu lura lejn is-sittinijiet billi jċaħħdu lin-nies mis-sagramenti u jużaw il-pulpti bħala mezz ta’ propaganda kontra d-divorzju saħansitra waqt funeral!

Ninsab kuntent għal JPO għax ma jkollux dehriet bħal tal-Ministru Tonio Fenech, li mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura ’l hawn imissu rriżenja għal 77 darba. Dan Tonio qed jara l-Madonna mweġġa’ li Malta qiegħda tikkunsidra d-divorzju. Li jonqsu jara huma n-nisa msawtin jibku fi djarhom, jittamaw li xi darba jkollhom ċans ieħor li jibnu familja kuntenta!

Bl-iskuża tal-manifest

Waqt li jumejn ilu l-Prim Ministru ta’ dan il-Gvern tal-minoranza kien qed jitkellem f’Dar il-Ġustizzja fil-Libertà fil-Marsa, qalilna li bid-divorzju propost iż-żwieġ se jkun ifisser għaqda ta’ erba’ snin. Bħal dak li qallu li kull min se jkun qed jiżżewweġ se jitlaq lil żewġu jew lil martu eżatt dakinhar tat-tieġ. Kienet ħrafa oħra minn tiegħu! Id-divorzju kien imissu daħal f’pajjiżna mingħajr ebda tqan­żiħ u titubar.

Kien jidħol f’pajjiżna mingħajr il-barka tal-manifest elettorali, eżatt bħalma Malta ddaħħlet fil-programm tan-NATO, Partnership for Peace. Kien jidħol f’pajjiżna inkiss inkiss bħall-pagi doppji tal-Kabinett Malti, li kellhom il-viljakkerija jżidu lilhom infushom fi żmien fejn kwalunkwe Gvern rasu fuq għonqu fid-dinja, f’dan iż-żmien ta’ riċessjoni ekonomika, qed jara kif inaqqas is-salarji ministerjali u mhux iżidhom. Id-divorzju kien jidħol f’Malta biex jixhed li aħna soċjetà moderna, mhux soċjetà bħall-Filippini fejn għadhom isallbu n-nies fit-toroq fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira.

Iżda sfortunatament la f’pajjiżna m’għandniex Gvern riformista u wisq inqas rivoluzzjonarju, l-ewwel battalja li rridu nirbħu hija dik li meta nipprovaw immorru pass ’il quddiem, ma nispiċċawx immorru erbgħa lura. Dawk kollha li għandhom għal qalbhom id-drittijiet ċivili f’pajjiżna, minn issa jiħtiġilhom jaħilfu li jekk dan ir-referendum ma jgħaddix, mhux se jaqtgħu qalbhom milli jkomplu jipp­ridkaw u jaħdmu favur dawn it-tibdiliet soċjali u ċivili. Bidliet li Malta qiegħda tistennihom bħalma kull min jixtieq jiżżewweġ u ma jistax, qed jistenna li tidħol f’pajjiżna l-liġi tad-divorzju.

Tħabbru qalbu

F’intervista, Arthur Galea Salomone, li jrid iż-żwieġ bla divorzju, ħareġ jgħidilna li qalbu qiegħda tħabbru għal dawk li diġà qegħdin isibuha diffiċli biex jitimgħu familja waħda, u qed jaħseb tant fit-tul li qed jinkwieta għal dak li jista’ jiġri meta bid-divorzju, persuna mhux talli jkollha tmantni familja, iżda jkollha tmantni tnejn. Qalilna li qed jibża’ li tinħoloq forma ġdida ta’ faqar, meta din iċ-ċirkostanza fil-verità diġà qiegħda magħ­na. Jekk tħarsu madwarkom żgur jirnexxilkom taraw persuna li hija separata u fl-istess ħin qiegħda poġġuta ma’ xi ħadd ieħor.

Ħafna mill-argumenti tal-LE huma fjakki, għax daħlu għal din il-kampanja daqs li kieku kienet xi battalja morali. Mhux qed jirnexxilhom iġibu waħda tajba. Ipprovaw jagħmlulna qalbna ġunġliena billi jżeffnu t-tfal fin-nofs, u ħadd m’em­minhom, għax it-tfal ma jiddistingwux bejn divorzju, se­parazzjoni jew annullament. Hija biss il-firda tal-ġenituri tagħhom li tkiddhom. Issa qegħdin jorbtu d-divorzju mall-faqar. Ċert li lkoll tafu li mhuwiex id-divorzju li jġib il-faqar, iżda l-ħajja li dejjem qiegħda togħla taħt il-bandiera ta’ “min hu l-aqwa jħawwel u min le jitħawwel!”

[Ippubblikat fil-gurnal L-Orizzont tal-lum it-Tlieta 17 ta' Mejju, 2011]

Wednesday, May 4, 2011

Prospetti sbieħ għall-ħaddiema fl-Eġittu


Segwejt b’interess il-ħolqien ta’ partit politiku ġdid fl-Eġittu. Se jkun partit maħsub biex jagħ­ti lura ħafna mid-dinji­tà li l-ħaddiem tilef matul it-tmexxija ta’ Saadat u Mu­barak fl-Egittu. F’artiklu intitolat “L-Egizzjani qed jiktbu l-istorja” (2 ta’ Frar) li kont ippubblikajt fuq din l-istess paġna kont semmejt l-irwol kbir li kienu qegħdin jilagħbu t-trejdunjins biex eventwalment iseħħ l-ew­wel pass tar-rivoluzzjoni.

F’Settembru li ġej l-Egizz­jani se jkollhom jivvotaw. Ħafna huma tal-ħsieb li dawn l-elezzjonijiet se jispiċ­ċaw ikunu mbagħbsa. Iżda dan il-Partit Demokratiku tal-Ħaddiema (PDĦ), xorta hu lest li joħroġ għall-elezzjonijiet, biex jieħu l-istatura nazzjonali li tixraqlu. Dan hu partit li jġib l-appoġġ tal-Federazzjoni Eġizzjana tat-Trejdunjins, ta’ Soċjalisti Ri­vo­­luzzjonarji u ta’ Intellett­wali, fost oħrajn.

Bħalissa dan il-partit ġdid qed isegwi kawħa ta’ kumpa­nija tat-tessuti kbira li għaddiet f’idejn sidien Indoneż­jani fl-2007. Il-kawża li qed issir mill-ħaddiema qiegħda takkuża li l-kuntratt li bih il-kumpanija bidlet l-idejn kien wieħed mifni bil-kor­ruz­z­joni. Jekk il-kawża tintrebaħ il-PDH jagħmel ku­raġġ biex ikompli jħeġġeġ ħaddie­ma f’kumpaniji oħrajn li nbiegħu bix-xejn lil sidien bar­ranin biex jagħmlu kawża dwar id-drittijiet tal-proprje­tarji. Fil-prattika jridu li l-ħaddiema jieħdu f’idejhom il-mez­zi tal-produzzjoni, permezz ta’ proċessi ta’ nazzjonalizzazzjoni. Madanakollu m’għan­d­hom xejn kontra kumpaniji privati li jimxu b’mod etiku.

Tajjeb li naraw kemm se jkunu qegħdin iħarrġu l-ħaddiema biżżejjed b’tali mod li jkunu kapaċi jmexxu l-kumpa­niji b’mod organizzat, b’ħiliet meħtieġa u wara kollox b’mod sostenibbli. L-istorja tatna ħaf­na eżempji li juru li meta l-ħaddiem ħa l-mezzi tal-produzzjoni f’idejh, spiċċa ma kienx ta’ servizz tajjeb għalih innifsu. Għalhekk nawgura li jekk din l-esperjenza tirnexxi, ma tkunx imtappna bi żbalji qarsa li diġà konna rajna jseħħu f’diversi pajjiżi mingħajr suċċess.

U l-Libja?


Fil-Libja jidher li tispiċċa kif tispiċċa s-sitwazzjoni, il-poplu Libjan xorta se jbati. Il-Punent hu wisq interessat f’dan il-pajjiż, u r-raġuni hi sempliċi, għax iż-żejt Libjan hu ifjen u aktar aċċessibbli minn ta’ paj­jiżi oħrajn li wkoll qegħdin iqajmu rvellijiet f’pajjiżhom.

B’dan ix-xenarju quddiemna wieħed jispiċċa ma jafda l-ebda parti mdaħħla fil-kwistjoni Libjana.

“What’s Left?”

Is-Sibt li għadda, aħna ż-żgħażagħ tal-GWU għar-raba’ darba organizzajna l-konferen­za bit-tema “What’s Left?”. Attendew żgħażagħ minn diversi għaqdiet, fosthom Alternattiva Demokratika Żgħa­żagħ, Forum Żgħażagħ Laburisti, Moviment Graffitti, Moviment Azzjoni Xellug, Koperattiva Kummerċ Ġust, MOVE u Żminijietna – Leħen ix-Xellug. Il-Konferenza għa­mil­niha proprju lejlet Jum il-Ħaddiem bħala parti minn sensiela ta’ attivitajiet li organizzat il-GWU bit-tema “F’Ġie­ħek Ħaddiem”.

Sibna ċ-ċans li niddiskutu temi b’laqta filosofika, politika u trejdunjonistika. Jidher biċ-ċar li l-ħtieġa li nħabbtu l-ideat flimkien tib­qa’ dejjem importanti.

It-tema prinċipali tal-konferenza kienet id-90 sena mill-mewt ta’ Manwel Dimech. Patri Mark Montebello fittex li janalizza kemm Dimech għadu relevanti fil-kamp Xel­lugi llum il-ġurnata.

Waqt preżentazzjoni li għamel għal dawk preżenti, fisser kif Dimech ried li kull individwu jkun mgħammar b’għarfien siewi għall-emanċipazzjoni.

Fisser ukoll, kif il-GWU għandha prinċipji li pjuttost jixbħu lil dawk ta’ Dimech fin-natura Xellugija u Libertarja tagħhom.

Għalija li nagħmel parti mill-GWU hu ta’ unur kbir, aktar u aktar meta naħseb li Dimech serva ta’ xrara għall-ħafna mill-progress soċjali u ekonomiku li rajna jsir fit-tieni nofs tas-seklu għoxrin f’paj­jiżna, u nemmen li għadu jservi ta’ ispirazzjoni għal dawk li għandhom għal qalbhom il-progress soċjali.

(Dan l-artiklu gie ppubblikat f'L-Orizzont illum l-Erbgha 4 ta' Mejju, 2011)

Tuesday, May 3, 2011

Xaqq dawl għall-unjins


NHAR il-Ġimgħa li għadda kont tassew sodisfatt meta rajt il-ForUM, il-GWU, u s-CMTU jiddiskutu l-eventwalità li tinħoloq forma akbar ta’ koperazzjoni bejniethom. Il-mexxejja ta’ dawn it- tliet konfederazzjonijiet tat-trejdunjins ilkoll tkellmu f’dan l-ispirtu u reġgħet tqaj­met l-idea li jkun hawn Kunsill tat-Trejdunjins (TUC) f’pajjiżna. Trejdjunjonista veteran qalli li fiż-żmien li Anġlu Fenech kien Segretarju Ġene­rali tal-GWU diġà kien sar tentattiv li tinħoloq TUC f’pajjiżna. Kemm fl-2004 u anke fl-2008 kienet reġgħet tqajmet din l-idea.

F’artiklu li kont ktibt f’din l-istess kolonna nhar il-5 ta’ April li għadda, kont spjegajt x’kien it-tip ta’ xkiel li kienet qiegħda ssib il-ForUM, kemm biex tidħol f’fora Maltin bħalma hu l-MCESD u anke biex tidħol fil-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trejdunjins (ETUC). Il-Ħamis li għadda l-ForUM ġie affiljat fl-ETUC, u għalhekk l-atmosfera bejn it-tliet konfederazzjonijiet tinħass li hi aħjar minn dik ta’ ġimgħa ilu.

Bejn il-ForUM u l-GWU diġà jeżistu relazzjonijiet tajbin, u kif jaf kulħadd dawn diġà jaqgħu taħt il-kappa waħda tal-Għaqda Unjins Maltin. Issa hemm bżonn ta’ relazzjoni li taspira aktar fiduċja bejn dawn it-tnejn u s-CMTU. Meta wieħed jikkunsidra l-istorja, it-tradizzjoni u l-preġudizzji li eżistew fil-passat bejn dawn il-blokki, ċertament li biex wieħed jirnexxilu jasal f’kollaborazzjoni li tkun sostenibbli mhux se tkun ħaġa faċli. Kwalunkwe kolla­ bo­razzjoni għandha ssir fir-rispett tal-awtonomija u l-indipendenza tal-unjins kollha.

Tajjeb li f’dan l-istadju wie­ħed jiffoka fuq affarijiet semp­liċi li wieħed jista’ jikkollabora dwarhom, u mhux dwar affarijiet li għadhom mhux possibli li jsiru. Jistgħu jsiru korsijiet ta’ formazzjoni għax-‘shop­stewards’, jew inkella issa li t-tliet konfederazzjonijiet jaq­għu taħt il-kappa tal-ETUC jistgħu jsiru kampanji taħt il-linji gwida li jagħtu l-ETUC, bħal pereżempju kampanja kontra x-xogħol prekarju.



Djalogu soċjali

Għalkemm jien ċert li ħafna mid-djalogu soċjali li jsir u ħafna mill-konsultazzjonijiet li jsiru jkunu biss biex jagħtu stampa li qegħdin ngħixu f’xi ġenna demokratika. Għal­kemm jien ċert li l-Gvern jis­taħba wara rapporti u awtori­tajiet li joħloq hu stess biex jipprova jgħatti l-politika żbal­jata tiegħu; xorta nemmen li dawk li jixirqilhom spazju li jinstemgħu, għandhom jipparteċipaw fil-fora nazzjona-li.

Issa li l-ForUM ħadet l-affiljazzjoni mill-ETUC, ħadd ma jista’ jsib skuża f’pajjiżna li jeżistu ostakli biex il-ForUM ma jkunx parti mill-MCESD. Jekk tassew il-Gvern għandu rieda politika li t-tliet konfederazzjonijiet tat-trejdjunjins ikunu mismugħin, għandu jara li r-rappreżentanti tas-sidien u dawk tal-ħaddiema jingħataw vuċi ndaqs fuq l-MCESD, b’tali mod li l-ForUM tkun ukoll parteċipi.

Suġġeriment li nagħti lill-Onorevoli Chris Said hu li jiġ­bed l-attenzjoni tal-bord editorjali ta’ Il-Mument, biex fl-ispirtu tad-djalogu soċjali ma jibqgħux mingħalihom iħam­m­­ġu lill-GWU ta’ kull ġimgħa. Il-GWU la għandha bżonn min iħammiġha u lanqas min ineffaħha biha nnifisha. Jitkellmu għaliha għandha r-riżultati.

Mijiet ta’ ħaddiema ġodda qed jagħżlu lill-GWU biex tirappreżentahom, u dan qed isir ta’ kull xahar permezz tal-impenn li qed joffru l-uffiċjali fi ħdanha.



Qegħdin tard

Ir-rappreżentanti tal-ħad­diema qegħdin ’il fuq minn sentejn u nofs tard fit-twaqqif ta’ għaqda li tiġbor flimkien it-tliet konfederazzjonijiet tat-trejdunjins. Niftakru li f’Set­tembru 2008, il-Federazzjoni tal-Industriji u l-Kam­ra tal-Kummerċ, l-akbar għaq­diet tas-si­dien u n-negozjanti f’Mal­­ta, kienu ngħaqdu taħt isem wieħed biex ġew jissej­ħu “Il-Kamra”. Quddiem din ir-realtà ma jistax ikun li jibqa’ jkollna l-unjins jitkellmu b’vuċijiet differenti.

Il-proċess hu wieħed iebes, iżda ċertament li mhux wieħed impossibbli. Tajjeb li nosservaw mill-vi­ċin x’se jkunu l-manuvri tal-UĦM u s-Segretarju Ġe­ne­rali tagħha f’dan il-pro­ċess.

Jidher biċ-ċar li dawn tal-aħħar se jkunu fatturi determinanti biex naraw lis-CMTU tieħu l-kredibilità u l-fiduċja tal-ForUM u l-GWU. Il-GWU ilha għexieren tas-snin tħambaq li fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa.

Issa li l-bieb tbexxaq u tfaċċa xaqq ta’ dawl, m’għan­d­­niex nerġgħu nagħ­l­quh lura iżda nkomplu niftħuh biex xi darba naraw lill-ħaddiem Malti f’qagħda aktar f’saħ­ħitha li jieħu dak li hu tiegħu bi dritt.

(Ippubblikat illum it-3 ta' Mejju, 2011 fuq il-gurnal L-Orizzont)

Tuesday, April 19, 2011

Il-Kleru fil-Kampanja


Il-Knisja qiegħda tuża l-enerġija kollha tagħha biex tikkonvinċi lin-nies li d-divorzju m’għandux jid­ħol f’pajjiżna. Il-farsa hi li kif spiċċaw żviluppaw l-affari­jiet, dan id-dritt ċivili bażiku se naslu biex niddeċiedu dwa­ru b’referendum. Li kieku kell­na tmexxija politika li temmen fi Stat Lajk, fejn l-Istat ma jħallix lir-reliġjon titħallat mal-politika, u l-politiċi ma jidħlux fi kwistjonijiet re­liġjużi, kieku d-divorzju ilu li daħal.

'Meeting' jew purcissjoni?


Ħafna kienu dawk li atten­dew għall-purċissjonijiet tad-Duluri nhar il-Ġimgħa li għad­diet u staqsew lilhom in­fushom kienx iċċaqalqilhom l-ilma ta’ widnejhom. Ġie rrap­portat li ġralhom hekk il-Karkariżi, il-Qrendin u dawk ta’ Raħal Ġdid. Jien inzertajt f’Ħaż-Żebbuġ u d-diskors li beda jingħad minn fuq iz-zun­tier kellu rabta sħiħa, iżda sottili, mal-vot tar-referendum dwar id-divorzju. Dak li ċertament ma kienx sottili kien ‘billboard’ fuq iz-zuntier b’messaġġ kontra d-divorzju. Drajna narawhom f’Ħaż-Żeb­buġ!


L-uzu tal-energija


Dejjem għedt li l-Knisja għand­ha kull dritt tesprimi ruħha daqs kull tip ta’ istituzzjoni oħra f’pajjiżna. Ma­dankollu, dak li ddiżgustani huwa l-mod kif iżeffnu lit-tfal f’din il-kwistjoni. L-argument li t-tfal se jkunu qegħdin isof­ru jekk jidħol id-divorzju, ma jistax ikun bażwi iktar milli hu. Għiduli inthom x’diffe­renza tgħaddi għat-tfal jekk il-ġenituri tagħhom jisseparaw jew inkella jiddivorzjaw. F’għajnejn it-tfal fiż-żewġ każi għandek każ ta’ firda. Għalihom il-firda bid-divor­zju u l-firda bis-separazzjoni, huma l-istess, daqskemm hi l-istess ix-xemx li tiddi fuq l-Afrika u dik li tiddi fuq ir-Russja. Iż-żmien li nbellgħu r-ross bil-labra ilu li għadda!

La semmejt l-enerġija sola­­ri tajjeb li nagħmel punt dwar l-enerġija tal-Knisja. Minn qiegħ qalbi nittama li bħalma l-Knisja qiegħda ssib din l-enerġija kollha biex tiġ­ġieled dan l-“għadu” kbir tal-poplu msejjaħ “divorzju”, hekk ukoll issib l-enerġija li taqbad minn qrunhom problemi soċjali li qegħdin jifnu lil pajjiżna. Kemm-il darba sibt l-okkażjoni nfaħħar lill-Isqof t’Għawdex għal diskorsi li għamel fejn tratta kwistjo­nijiet bħall-faqar u l-immig­ranti bl-aqwa mod.

Jiena nissuġġerixxi lill-Knis­ja biex ġaladarba r-referendum ikun għadda, tintefa’ teħodha qatta’ bla ħabel kontra min qed idaħħal u jxerred id-drogi f’pajjiżna. Xbajt nara żgħażagħ tal-istess età tiegħi li spiċċaw skjavi tad-drogi. Sfortunatament il-klassi politika Maltija jew qatgħet qalb­ha, jew inkella tibża’ tittratta din il-kwistjoni li qiegħda tif­ni familji sħaħ. U għal dawk li forsi jgħixu f’bozza, infakkarhom li l-problema tad-dro­gi tidħol fid-dar tas-sinjur daqskemm tidħol f’tal-fqir. Tid­ħol fid-dar ta’ dak li ma jafx jaqra, bħalma tidħol fid-dar ta’ dak li qara l-filosofiji kollha li qatt eżistew. Tidħol fid-dar tal-familji “mħarbtin” daqskemm tidħol f’tal-familji “għaqlin”.

Iva jew le?

Ikolli nammetti li sejjer bi ħġari nivvota “Iva” għad-divorzju, mingħajr qatt ma ridt li din il-kwistjoni tkun deċiża b’referendum. Il-fatt li l-po­li­tiċi tagħna spiċċaw waslu biex iddeċidew li jsir referendum, juri kemm għadna lura milli jkollna Stat Lajk.

Il-Gvern kien kompletament mif­xul kif se jirnexxilu jżomm lil-Liberali u l-Konservattivi jgħixu taħt saqaf wie­ħed, u xejn ma jneħħili minn rasi li ttieħdu deċiżjonijiet li magħhom għandhom il-mar­ki tas-swaba’ tal-President Eme­ritus Edward Fenech Ada­mi.

Mill-banda l-oħra l-Oppo­żizzjoni ma riditx tħalli lil din il-kwistjoni ġġib qasma f’partit li f’dawn l-aħħar tliet snin ra kif għamel biex jin­għaqad kemm jista’ jkun.

Għalhekk int u jien se mmorru nivvotaw f’referen­dum li seta’ qatt ma sar għax bid-dħul tad-divorzju f’Malta min iħossu kuntent biż-żwieġ tiegħu għandu d-dritt jibqa’ jħobb lil żewġu jew martu għal dejjem.

Bl-istess mod bid-divorzju f’Malta, min ikun għaddej minn kalvarju fiż-żwieġ tie­­għu; min qiegħed jesperjenza l-vjolenza, wiċċ b’ieħor, jew nuqqas ta’ rispett; min huwa separat u poġġut iżda jixtieq jiżżewweġ bħal ħaddieħor; se jkun qiegħed jingħatalu dritt ġdid, jiġifieri dak li jkollu t-tieni cans li jgħix ħajja bħan-nies.

Dedika

Niddedika dan l-artiklu għal dawk il-250 immigrant li għerqu ’l barra minn Lampe­dusa nhar is-6 ta’ April li għad­da. Fost dawn għerqu wkoll 38 mara u ħamest itfal.

[Pubblikat illum it-Tlieta, 19 ta' April, 2011 f'L-Orizzont]

Tuesday, April 5, 2011

Post il-ForUM hu fl-ETUC


Iddispjacieni hafna nisma’ lil John Bencini, President tal-Unjins tal-Ghalliema (MUT) jghid li f’Lulju li ghadda rcieva telefonata mimlija theddid minn ghand trejdjunjonista prominenti f’pajjizna. Jiddispjacini hafna wkoll meta nara l-mod ipokrita kif topera s-CMTU, fejn sa issa ghamlet minn kollox biex iccahhad lil Forum Unjins Maltin (ForUM) milli jidhlu fil-Konfederazzjoni Ewropeja tat-Trejdjunjins (ETUC).

L-MUT kienet kissritha minn mas-CMTU meta kienet qed tahdem biex ikollna Kunsill tat-Trejdjunjins (TUC) f’pajjizna. Kunsill fejn it-trejdjunjins izommu l-indipendenza taghhom, izda jkollhom ukoll struttura li tghaqqadhom flimkien. Jitnaqqsu l-piki bejn it-trejdjunjins u jintuzaw rizorsi komuni ghall-gid tal-haddiema, fost bizibilju ta’ vantaggi ohra.

Filwaqt li l-MUT kienet qed theggeg it-twaqqif ta’ Kunsill bhal dan fl-ispirtu ta’ dak li s-Segretarju tal-ETUC John Monks kien propona lis-CMTU lura fl-2004. William Portelli (President tas-CMTU) fl-ahhar tal-2008 kien hareg jghid li din ma kinetx proposta f’waqtha. Tant ma kinetx f’waqtha li l-ETUC kienet proponietha lilhom erba’ snin qabel!

Persuna brava ohra fil-kamp tat-trejdjunjonizmu Malti hija Gejtu Vella, is-Segretarju Generali tal-Unjin Haddiema Maghqudin! Tant hu bravu li f’Dicembru li ghadda wasal biex jinsinwa li min qed jahdem favur TUC ghandu f’mohhu li jwaqqa’ l-Gvern. Ghalkemm mhix idea hazina li nwaqqghu dan il-Gvern tal-minoranza li qed ifalli f’setturi importanti hafna ghal pajjizna bhalma huma l-energija, is-sahha u l-livell tal-ghajxien; ma nafx kif qatt jista’ jkun li Vella jasal biex jimmagina li TUC li jgib l-ghaqda bejn it-trejdjunjins jista’ qatt jitwaqqaf bl-ghan li jitwaqqa’ l-Gvern. Veru li l-politika hija xjenza, izda qatt ma kont naf li ghal bravu Gejtu il-politika hija film tal-fantaxjenza!

Agenti tal-firda

Fit-trejdjunjonizmu ghandna bzonn mexxejja li jghaqqdu lill-haddiema u mhux li jifirduhom. Kemm William Portelli u anke Gejtu Vella jridu jibqghu iservu ta’ agenti tal-firda fost ir-rapprezentanti tal-haddiema. La jridu lill-ForUM tkun parti mill-Kunsill Malti ghall-izvilupp Ekonomiku u Socjali, l-MCESD u qed ifixkluhom milli jidhlu fl-ETUC. F’Dicembru li ghadda sahansitra ma ridux li l-ForUM ikun parti mic-Centru tal-iStudji dwar ix-Xoghol gewwa l-Universita’ ta’ Malta. Il-veru krucjata li ma taghmel l-ebda sens. Krucjata li zgur mhix ispirata mir-raguni.

Nixtieq nifhem ghaliex ghandhom din il-biza’ kbira li l-ForUM isir parti mill-ETUC. Hadd ma jnehhili minn rasi li jista’ jkun hemm xi ndhil politiku wara dan kollu. Nissuspetta li dawn l-agenti tal-firda jibzaw li jekk il-ForUM ikollhom rikonoxximent internazzjonali, fl-ahhar mill-ahhar dawn imbaghad ikollhom jigu rikonoxxuti fuq livell nazzjonali, f’fora bhall-MCESD.

Nittama bis-shih li nhar it-28 ta’ dan ix-xahar, meta jitlaqqa’ l-Kumitat Ezekuttiv tal-ETUC biex ikun deciz id-dhul tal-ForUM, Portelli jpoggi l-kliem li qal lill-gurnal lokali f’fatti. Huwa kien qal li s-CMTU m’ghandha xejn kontra s-shubija tal-ForUM fl-ETUC u fl-MCESD.

Etika

Fl-isfond ta’ dan kollu William Portelli kellu l-wicc johrog jghidilna li jrid isahhah l-etika fir-relazzjonijiet ta’ bejn l-unjins. Qalilna li wiehed mill-principji li jrid idahhal huwa dak li ufficjali f’unjin ma jkunux jistghu jattakkaw ufficjali ta’ unjins ohra fil-midja.

Lil Portelli minn hawn nghidlu: “Il-patti dwar l-etika kif qatt jistghu isiru f’mument bhal dan fejn inti stess qed taghmel l-ikbar bsaten fir-roti lill-ForUM, li jirraprezentaw 15% tal-haddiema membri fi trejdjunjin f’pajjizna. Nifhem li tixtieq taghmel minn kollox biex tevita l-attakki fuqek ghax kif ezatt hasset l-MUT dwarek ‘l fuq minn sentejn ilu, hekk ukoll qed ihossu dwarek nies ohra fil-kamp tat-trejdjunjins illum. Cjoe’ li inti qed tmexxi s-CMTU b’nuqqas ta’ professjonalita’ u demokrazija.”

Ghalhekk Sur Portelli, jekk tassew iggorr mieghek il-principju baziku tar-rispett reciproku bejn it-trejdjunjins; gorr dan il-principju anke barra minn xtutna fit-28 ta’ April li gej u wrina bil-fatti kemm ghandek kelma ta’ ragel.

(Dan l-artiklu gie ppubblikat f'L-Orizzont tal-lum it-Tlieta 5 ta' April, 2011)

Thursday, March 17, 2011

Il-Vantagg tal-Immigranti


Hafna jaraw l-immigranti bhala piz f’pajjizna. Nisimghu diskors bhal “Dawn jigu biex jiehdulna xogholna!”. Certament li pajjizna ghandu jkollu kontroll fuq min ikun irid jidhol f’Malta, filwaqt li d-dinjita’ ta’ dawn il-persuni ghandha tkun imharsa is-shih abbazi ta’ standards Ewropej u Internazzjonali.

Izda xi sforzi qed isiru sabiex l-immigranti f’pajjizna ma jibqghux jaghmlu xogholhom fil-mohbi tal-ekonomija taghna? Xi sforzi qed isiru biex huma wkoll jikkontribwixxu ghas-sistema tas-sahha f’pajjizna u ghall-hlas tal-pensjonijiet f’pajjizna?

Malta qed tixjieh

Il-poplu Malti qed jixjieh, u aktar ma jixjieh, inqas qed ikunu n-nies li jikkontribwixxu ghas-sistema tal-pensjoni f’pajjizna. Malta ghandha spiza kbira ta’ pensjonijiet fis-sena li tammonta ghal iktar min-nofs tal-ispiza socjali. Il-pensjoni hija dritt ta’ kull anzjan, specjalment jekk ikun ikkontribwixxa bis-shih ghaliha permezz tan-national insurance.

Wahda mill-hafna soluzzjonijiet li jezistu sabiex inzommu s-sistema tal-pensjonijiet f’sahhitha hija li nressqu lil dawk il-haddiema f’pajjizna li jaghmlu xoghol mhux dikjarat biex isiru parti mis-suq tax-xoghol formali f’pajjizna.

Facli tisfruttahom

Ovvjament, huma hafna dawk is-sidien f’pajjizna li jaraw lill-immigranti bhala haddiema li jistghu jithallsu inqas mill-paga minima. Bhala haddiema li tista’ thaddimhom minghajr ebda rabta ma’ ligijiet stabbiliti dwar kif tingagga u tnehhi l-haddiema mill-kumpanija li jkollok.

L-immigranti hafna drabi jkunu taht protezzjoni umanitarja. Ironikament min ikun taht din il-protezzjoni jkun jehtieglu li jgib il-permess li jahdem minn ghand is-sid tal-kumpanija li tkun qed thaddmu. Din is-sistema taghti lok ghal dawn il-haddiema immigranti sabiex jibqghu ma jkollhomx ix-xoghol taghhom konformi mal-ligi.

L-isfida l-kbira

L-ikbar sfida hija kif se tasal biex tohloq sistemi mill-inqas burokratici li jkunu prattici kemm ghall-immigrant li qed jahdem f’pajjizna, kif ukoll ghas-sidien li jehtiegu x-xoghol taghhom.

Certament li biex nilhqu dan l-ghan irid ikun hemm il-koordinazzjoni bejn id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, ir-rapprezentanti tas-sidien, l-unjins u l-amministraturi tac-centri miftuha ghall-immigranti, fost ohrajn. Huma sfidi kbar ghaliex huwa difficli tohloq prattici godda ma’ setturi ta’ haddiema li tista’ tghid li huma l-ucuh mohbija tas-suq tax-xoghol taghna.
Kontribut importanti

Galadarba l-immigranti jinsabu fostna nemmen li ghandhom kull dritt jibbenefikaw minn kura tas-sahha u protezzjoni socjali li taghtihom ghixien decenti, bhalma kull bniedem taht il-kappa tax-xemx jixraqlu. Fl-istess waqt ikun ghaqli li nheggu u noholqu sistemi ghal dawn in-nies sabiex isibuha iktar facli jikkontribwixxu ghall-holqien tal-gid f’dan il-pajjiz permezz tat-taxxa fuq id-dhul.

Il-bzonn li ninkoraggixxu lil dawk kollha li jaghmlu xoghol mhux dikjarat biex isiru parti mis-suq tax-xoghol huwa rikonoxxut minn kull min qed janalizza is-sostenibilita’ tal-pensjonijiet. Dan il-bzonn gie rikonoxxut mill-Bank Dinji permezz tad-dokument Pension Reform and the Development of Pension Systems mahrug fl-2006. Filwaqt li l-White Paper dwar il-pensjonijiet mahruga f’Malta fl-2004 ukoll tissuggerixxi li hadd m’ghandu jkun incentivat li jahdem fis-settur informali tal-ekonomija.

Ghalhekk il-vantagg tal-immigranti huwa dak li jistghu jikkumpensaw ghal din is-socjeta’ li qed tixjieh u m’ghadiex twelled tfal daqs kemm kienet qabel. Jistghu ikunu huma wkoll kontriburi fis-sistema tal-pensjonijiet taghna sabiex in-nanniet u l-genituri taghna wara li jkunu hadmu kemm felhu bhalma naghmlu ahna, jkollhom mohhhom mistrieh li ‘l quddiem se jibqghu jircievu l-pensjoni d-dar.

(Ippubblikat fil-gurnal L-Orizzont nhar l-Erbgha 16 ta' Marzu, 2011)

Wednesday, February 23, 2011

Bejn kobba mhabbla u habel wiehed



Gimghatejn ilu kelli l-okkazjoni nattendi kors dwar it-tigdid tal-unjins u l-ingagg ta’ membri zghazagh fi hdanhom, gewwa l-iskola tat-trejdjunjonizmu Julian Besteiro. Skola mmexxija mill-unjin Spanjola UGT gewwa Madrid. Hemm hafna sfidi komuni li l-unjins qed jaffaccjaw illum il-gurnata, izda wahda mill-ikbar hija dik li jibqghu jappellaw ghall-oqsma diversi tas-suq tax-xoghol li qed jinholqu billi joffru kemm servizzi personali kif ukoll negozjar kollettiv ghall-beneficcju ta’ kull membru.

Li stajt ninnota hu li hawn pajjizi fl-Ewropa fejn il-konfederazzjonijiet tal-unjins u unjins kbar ghandhom il-lussu jahdmu id f’id ghal ghanijiet komuni. Il-lussu li jlaqqghu ir-rizorsi taghhom u jigbdu habel wiehed. Fl-iSvezja saru progetti bejn hafna mill-konfederazzjonijiet sabiex iheggu iktar impjegati u haddiema jissiehbu f’unjin. Jekk niehdu ezempju mill-Italja naraw kif l-unjins ewlenin tal-pajjiz, cjoe’ ic-CGIL, ic-CISL u l-UIL jorganizzaw il-festa ta’ Jum il-Haddiem, fl-ewwel ta’ Mejju, bejniethom it-tlieta. Fi Spanja l-ikbar zewg unjins, cjoe’ l-UGT u c-CCOO, it-tnejn bi tradizzjoni Xellugija, ukoll jahdmu spiss id f’id. Hawn Malta il-GWU tara li tibni pont ma’ dawk kollha li lesti jahdmu genwinament ghall-gid tal-haddiema u l-professjonisti bhalma qed taghmel mall-ForUM.

Sfortunatament hawn oqsma trejdjunjonistici li ma jridux jaraw il-koperazzjoni tissahhah f’dan il-qasam. Hawn min filli jilghabha li jkun fuq in-naha tieghek, u filli jivvinta ntopp biex jipprova jhassar kollox.

Mhux l-ewwel darba li ktibt li bhalma l-Federazzjoni tal-Industriji inghaqdet haga wahda mall-Kamra tal-Kummerc biex holqu “Il-Kamra”, hekk ukoll it-trejdjunjins ghandhom jaraw li jkollhom saqaf wiehed li tahtu jittiehdu l-iktar decizjonijiet importanti f’isem il-haddiema Maltin u Ghawdxin. Dan isir b’rispett ghat-tradizzjonijiet, it-twemmin u l-istili tat-tmexxija differenti li jhaddnu.

Permezz ta’ Kunsill tat-Trejdjunjins tassew rapprezentattiv inkunu iktar f’sahhitna biex naraw li hadd ma jidhaq b’dik il-persuna li l-qligh taghha gej biss minn impjieg part-time. Biex nishqu mas-sidien sabiex jipprovdu l-ilbies protettiv mehtieg, u fl-istess waqt nezigu mall-haddiema biex juzawh kif suppost kull meta jkun bzonnjuz. Biex nipprovdu l-edukazzjoni mehtiega sabiex persuna tkun iktar imhejjija halli tilqa’ ghall-isfidi ta’ suq globalizzat. Missjonijiet bhal dawn u bosta aktar jistghu facilment isiru permezz ta’ rizorsi komuni. Dan isir iktar u
iktar mehtieg f’pajjiz zghir bhal taghna fejn id-duplikazzjoni tar-rizorsi jaf tfisser biss hala ta’ flus u hin.

Ahna z-zghazagh ghandna l-obbligu li nkunu l-holqa mehtiega sabiex l-unjins jirfsu rifsa soda fuq l-ghatba tal-futur. Hemm bzonn li nkunu iktar kreattivi u nnovattivi biex naraw li l-unjins jibqghu dejjem imfittxija mill-haddiema u l-professjonisti. Jehtieg li nazzardaw nidhlu ghal progetti li hadd qatt qabilna ma wettaq sabiex il-haddiem jibqa’ jkun rapprezentat u mismugh kif xieraq fuq il-post tax-xoghol.

(Pubblikat f'L-Orizzont tal-lum l-Erbgha 23 ta' Frar, 2011)

Wednesday, February 2, 2011

L-Egizzjani qed jiktbu l-istorja



Hafna segwew dak li gara fit-Tunezija, u dak li qed jigri fl-Egittu. Il-professuri tad-demokrazija lanqas kienu jafu kif se jaqbdu jitkellmu. Min-naha jridu jbellghuhilna li huma l-paladini tad-demokrazija fid-dinja u min-naha jridu jahbulna l-interessi finanzjarji, militari u geo-politici li ghandhom fir-regjun. Laghbu hafna bil-kliem, u ghamluha ta’ bir-ruhhom li ma semghux lill-poplu tal-Egittu jghid lill-Hosni Mubarak “Dabbar rasek!”.

Fost dawn il-paladini sibna lil President tal-iStati Uniti Obama li ghalkemm serva ta’ nifs gdid u frisk fejn George Bush, xorta kellu jibqa’ lsir tal-interessi militari u finanzjarji li din il-qawwa ghandha fir-regjun. Min-naha tal-Ewropa hargu t-tliet l-akbar ekonomiji tal-Unjoni Ewropeja; b’Cameron tal-Ingilterra, Sarkozy ta’ Franza u Merkel tal-Germanja. Dawn, ta’ Konservattivi li huma, ghalkemm hambqu dwar il-liberta’ tal-uzu tal-mezzi tal-komunikazzjoni bhal mobiles u l-internet, ukoll ghamluha ta’ bir-ruhhom li ma fehmux li l-ikbar ghan tal-irvellijiet Egizzjani huwa li jghidu lil Mubarak; “Dabbar rasek!”.

Mohamed ElBaradei, imwieled fl-Egittu, eks-Direttur Generali tal-Agenzija Internazzjonali tal-Energija Atomika (IAEA) bejn l-1997 u l-2009, u li sahansitra ha l-Premju Nobel ghall-Paci fl-2005, huwa lest li jkun il-mexxej ta’ Gvern temporanju li tassew ikun jirraprezenta ilhna differenti tal-pajjiz Egizzjan. Dan ElBaradei m’huwiex xi opportunist li qed jirkeb fuq il-mewga tal-irvellijiet ghall-gwadann politiku tieghu. Ilu jaghmel zjajjar madwar l-Egittu u jheggeg liz-zghazagh sabiex jahdmu ghal iktar libertajiet f’pajjizhom. ElBaradei qed jishaq fuq punt semplici u importanti, dak li n-nies mhix behsiebha tgheja sakemm tara lil Mubarak idabbar rasu.

Inkun qed nonqos jekk ma nsemmix s-sehem qawwi tal-unjins f’din it-taqbida kontra tip ta’ tmexxija li l-Egizzjani xebghu minnha. F’dawn l-ahhar snin l-unjins Egizzjani ghamlu eluf ta’ strajks, fosthom sit-in strajks u protesti sabiex juru li ma jaqblux mall-politika ta’ Mubarak. Il-Hadd li ghadda stess diversi unjins fl-Egittu waqqfu Federazzjoni ghat-Trejdjunjins Indipendenti sabiex ikollhom vuci iktar soda u solidarjeta’ akbar fil-hidma ta’ bejniethom.

Il-qiegha ilha tishon, u fl-ahhar il-borma faret. Jien kont il-Kajr f’Settembru li ghadda sewwa sew ma’ genb il-Muzew tal-istorja u l-Pjazza Tahrir li bhalissa hija c-centru ta’ din ir-rivoluzzjoni. Deher bic-car li t-trakkijiet il-hodor mimlija bil-pulizija kienu jintuzaw bl-ghan li jithassru l-protesti. Din kienet grajja ta’ kuljum fil-qalba tal-Belt Kapitali.

Izda bhalma jafu hafna, il-politika ghandha habta timxi mal-ligijiet tax-xjenza. Hemm ligi li tghid li ghal kull azzjoni, ikun hemm azzjoni indaqs imma kuntrarja. Dak kollu li l-Egizzjani ilhom isofru s-snin, donnhom kellhom il-hila jisfogawh lura f’gimgha shiha. Nittama li bhalma zmien ilu rnexxielhom jibnu l-meravilja kbira tal-piramidi, illum jirnexxilhom jibnu socjeta’ demokratika li taghti importanza lid-demokrazija industrijali, lill-gustizzja socjali u lill-ugwaljanza. Minn hawn lil Mubarak nghidlu, “Zmienek ghamiltu, dabbar rasek!”.

(Ippubblikat fil-gurnal L-Orizzont Pg15, nhar l-Erbgha 2 ta’ Frar, 2011)

Thursday, January 6, 2011

Id-Direttiva dwar il-hin tax-xoghol



L-Unjoni Ewropea qieghda terga’ titlob l-opinjoni tat-trejdjunjins u ta’ min ihaddem madwar il-pajjizi fi hdanha sabiex tanalizza x’inhuwa l-ahjar mod kif tirrevedi r-regolamenti dwar il-hin tax-xoghol. Din id-direttiva (2003/88/EC) hija mahsuba sabiex il-haddiema jkollhom bilanc ahjar bejn ix-xoghol u l-hin hieles. Fl-istess waqt taghti kaz is-sahha u s-sigurta’ tal-haddiema fuq il-post tax-xoghol peress li sighat twal iwasslu ghal iktar stress u riskju ikbar ta’ periklu kemm ghal min jahdem iz-zejjed u anke ghall-kollegi u l-qraba taghhom.

Fost affarijiet ohra din id-direttiva tistabbilixxi li l-haddiem ma ghandux jahdem iktar minn medja ta’ 48 siegha (bis-sahra inkluza) kull sebat ijiem; li ghal sitt sighat xoghol konsekuttivi ghandu jinghata brejk; li f’kull perjodu ta’ 24 siegha ghandu jkun hemm mill-inqas hdax-il siegha konsekuttivi ta’ serhan mix-xoghol; u drittijiet marbuta ma’ sahha ghal dawk li jahdmu ta’ bil-lejl.

F’Malta l-haddiem jinghata c-cans li jahdem iktar minn medja ta’ 48 siegha fil-gimgha diment li dan isir bi qbil ma’ min ihaddmu, u ma jkun hemm l-ebda’ theddida ghas-sahha u s-sigurta’ tal-haddiem innifsu u l-kollegi tieghu. Dan gej minhabba l-fatt li l-Gvern u t-trejdjunjins Maltin jaqblu li jsir hekk ghal ragunijiet varji li jafu jkunu ta’ vantagg ghal min ihaddem sabiex ikollu iktar disponibilita’ tal-haddiema tieghu, u anke ta’ vantagg ghall-haddiem li jkun irid ilahhaq mal-ispejjez li l-familji jaffaccjaw minn gimgha ghall-ohra.

Fil-prattika


Hawn min jargumenta li m’ghandniex nibqghu noffru c-cans lill-haddiema li jahdmu iktar minn medja ta’ 48 siegha fil-gimgha, sabiex nippromwovu ghajxien b’sahhtu tal-haddiema u naghtu l-ispazju ghall-holqien ta’ impjiegi godda. Ghalkemm dawn l-argumenti jaghmlu sens, u ghandhom bazi soda, xorta jibqa’ l-fatt li hafna huma dawk il-haddiema li jekk iccahhadhom minn ammont ta’ sighat ta’ sahra li jaghmlu fil-gimgha ma jkunux jistghu ilahhqu mall-hajja.

Tistghu tistaqsu lil dawk il-familji li kull xahar jipprovaw jghaddu b’paga wahda biex tindunaw jekk dan huwiex minnu. Tistghu tistaqsu lil dawk il-koppji li kkalkulaw is-self fuq id-dar taghhom fuq iz-zewg pagi li kellhom f’dak iz-zmien li ftiehmu mall-bank, u issa qieghdin f’qaghda finanzjarja inqas tajba.

Targa targa

Direttivi bhal dawn li jkunu qeghdin jigu diskussi fl-Unjoni Ewropea ghandhom il-habta jkunu prezentati lill-imsiehba socjali bhallikieku huma xi par zarbun li jista’ jidhol f’riglejn kullhadd. Ir-realtajiet li jaffaccjaw il-pajjizi madwar l-U.E. huma ferm differenti. Per ezempju pajjizi Skandinavi bhall-Finlandja u l-iSvezja, certament li huma f’qaghda differenti minn pajjizi bhar-Rumanija u l-Bulgarija. Ghalhekk, filwaqt li nifhem bic-car li sa mill-bidu nett taghha din id-direttiva saret b’intenzjoni tajba, huwa difficli ferm li din id-direttiva tinghata qies wiehed ghal kullhadd.

Nemmen li l-ewwel targa li l-haddiema Maltin u Ghawdxin ghandhom jitilghu hija dik li:
- jergghu jassiguraw ghajxien dicenti mill-medja ta’ 40.7 sighat fil-gimgha li qed jahdmu fl-impjieg full-time taghhom.
- jkun hawn paga minima li tirrifletti l-ispejjez li jkollha taghmel familja ta’ kull gimgha.
- zidiet li jaghtu kumpens ghall-gholi tal-hajja jkunu kkalkulati b’riflessjoni xierqa ghall-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u l-prezzijiet tal-gass u l-fjuwil.

Izda l-istess nies li ghadhom kemm taw zieda lilhom infushom ta’ 600 ewro fil-gimgha, ghandhom il-wicc ikunu kontra z-zieda fil-paga minima. Ghandhom il-wicc li fil-parlament jigu jaqghu u jqumu minn dak li jghidu l-unjins serji f’pajjizna, u jivvotaw “kontra bil-qalb” meta jkunu mitluba jnaqqsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Il-mewg li ssib kontriha l-GWU huma kbar, izda fortunatament m’ahniex bahhara tal-bnazzi.

Ghalhekk, galadarba l-haddiem ikun f’qaghda li b’medja ta’ 48 siegha xoghol fil-gimgha, ikun qed jaqlaghha kif suppost, ikun iz-zmien opportun sabiex pajjizna jikkunsidra jibqax jaghti l-ghazla li l-haddiema jahdmu iktar minn medja ta’ 48 siegha fl-impjieg taghhom. B’dan il-mod inkunu certi li b’din id-direttiva l-haddiem jigwadanja biss, u mhux jispicca jintefa’ pass ‘l quddiem u erbgha lura.