Sunday, December 19, 2010

Iva għad-Divorzju



Aħna ż-żgħażagħ tal-GWU naqblu mad-divorzju għaliex lesti naffaċċjaw ir-realtajiet soċjali ta’ pajjiżna. Nixtiequ li kieku kull koppja li tiżżewweġ tibqa’ tgħix fl-armonija sa meta tasal biex tmut, iżda nammettu li mhux dejjem ikun il-każ.

Ma nistgħu qatt indawru wiċċna quddiem ir-realta’ ta’ dawk l-10,569 persuna f’Malta li jew annullaw iż-żwieġ tagħhom, jew isseparaw, jew inkella ħadu rikonoxximent tad-divorzju tagħhom mill-Qorti Maltija (Lifestyle Survey - NSO, 2007).

Sodisfatti ferm li f’pajjiżna qed tikber l-alleanza li tgħid “Iva għal-liġi tad-divorzju f’Malta” u li qed tpoġġi ruħha ‘l fuq mill-politika partiġġjana. Din qed tagħti każ il-ħtieġa ċivili tas-soċjeta’ tagħna. Soċjeta’ li aktar iva milli le tkaxkar wisq saqajha sa ma tasal biex tindirizza r-realtajiet li jkunu qed jinbtu fi ħdanha.

Din hija kwestjoni li titratta dritt ċivili. Dritt li mhux se jkun qed jolqot lill-poplu kollu, iżda lil settur ta’ nies li jeħtiġuh. Għalkemm ma nħossux illi referendum huwa l-aqwa għodda f’każ bħal dan, ma rridux naħlu ħin prezzjuż infettqu fuq dawn it-teknikalitajiet. L-”Iva” tal-GWU Youths għad-divorju tiġi mingħajr ebda “jekk” jew “imma”, fil-jum tar-Referendum.

Id-divorzju li għandna f’moħħna ma jkunx faċli takkwistah bħallikieku qed tixtri nofs tużżana pastizzi. Mill-banda l-oħra ma jridx ikun diffiċli biex tiksbu daqs li kieku trid taqsam xmara mimlija kukkudrilli. Konvinti favur divorzju responsabbli. Divorzju li jagħti każ tal-martirju li tgħaddi minnu persuna li żewġha jew martu jabbandunaw lilha u lit-tfal tagħha. Divorzju li jagħti każ il-ħtiġijiet ta’ persuna li tkun traduta minn żewġha, u li tkun tixtieq it-tieni ċans li jkollha żwieġ stabbli.

F’moħħna għandna wkoll l’hekk imsejħa “poġġuti” li jixtiequ jirregolarizzaw ir-relazzjoni tagħhom permezz taż-żwieġ, iżda ma jistgħux. Għalhekk quddiem dawn ir-realtajiet kollha ma jifdlilna l-ebda dubju li vot favur id-divorzju huwa vot favur il-familja Maltija.

Bl-ebda mod ma aħna lesti naraw jinħoloq antagoniżmu mall-Knisja f’din il-kwestjoni. Din hija kwestjoni tal-istat li dwarha l-Knisja għandha kull dritt tesprimi l-opinjoni tagħha. Bil-liġi tad-divorzju f’Malta, l-ebda koppja miżżewġa ma hi se tkun sfurzata ġġib id-divorzju.

Għalina d-divorzju m’huwiex soluzzjoni, iżda ma jistax ikun li pajjiżna jibqa’ mċaħħad minn liġi tad-divorzju li tagħti ċ-ċans lil kull individwu jirregolarizza l-istatus ċivili tiegħu. L-argument li d-divorzju jqanqal it-tifrik fil-familji huwa sempliċiment ħmerija, għaliex mingħajr id-divorzju f’Malta xorta kellna 7% tal-miżżewġin kollha li ħadu l-annullament, separazzjoni jew divorzju fl-2005. Dan il-persentaġġ hemm il-ħsieb li jitla’ għal 17% sal-2015.

Ċerti li jekk nagħżlu l-istatus quo inkunu biss qed inkaxkru saqajna biex ma naffaċċjawx din ir-realta’ soċjali. L-“Iva” tagħna għad-divorzju tista’ tagħmel minn pajjiżna wieħed iktar soċjalment ġust. Pajjiż li jgħożż il-valur tal-ugwaljanza u tal-liberta’ tal-individwu.

[Ippubblikat f'It-Torca tal-Hadd 19 ta' Dicembru, 2010]

Trade unions' inconceivable acts



It is something inconceivable to have trade-unionists putting sticks in the wheels of other trade unions. UĦM’s disagreement with the creation of a trade union council in Malta, and CMTU’s vote against ForUM’s participation in the Centre for Labour Studies can easily serve as examples.

To have employers’ representatives contradicting the wishes of the trade unions is somewhat understandable; though they tend to collaborate when need be. On the other hand, it is something out of this world to have unions giving hard time to other unions.

Behind the trade unions’ scene lie kilometers of partisan political chains which have to be broken once and for all. The trade unions should base their policies on what suits the workers, rather than what is the political allegiance at stake. Allegiances are to be set up with political parties (when necessary) on a case-by-case basis, but should not in any way hinder the trade-unions’ unity.

I sincerely hope that all the trade unions’ representatives who are still blind folded due to their political allegiances are challenged once and for all within their unions, in order to have a new generation of trade unionists who are solely committed to the workers’ plight.

[Published: MaltaToday on Sunday - 19.12.10]

Tuesday, December 14, 2010

It-twaqqif ta' Kunsill tat-Trejdjunjins


Qrajt b’interess dak li kiteb id-Deputat Segretarju Generali tal-GWU, is-Sur Michael Parnis, nhar il-Hamis 9 ta’ Dicembru, 2010, f'L-Orizzont (Artiklu intitolat Ghaqda akbar bejn it-Trejdjunjins).

F’dan il-pajjiz ghandna sitwazzjoni miskina ghaliex sfortunatament ghad hawn min ghadu jqis it-trejdjunjin bhala ghodda f’idejn il-partiti politici, flok ghodda politika f’idejn il-haddiem, kif ta’ bil-haqq trejdjunjin ghandha tkun.

Iz-zminijiet inbidlu, u jekk qabel kien hawn partit politiku f’Malta li kien jidentifika ruhu kompletament mall-haddiema, u appuntu kien jismu “Partit tal-Haddiema”, illum dan l-istess partit hass li jrid jiddiversifika l-alleanzi tieghu fis-socjeta’ biex ikollu bazi elettorali usa'. F’dan l-isfond nasal biex ma naqbilx mal-impressjoni zbaljata li prova jaghtina s-Sur Gejtu Vella, Segretarju Generali tal-UHM.

Gejtu Vella, prova jaghti l-impressjoni li tezisti xi rabta bejn it-twaqqigh tal-Gvern u l-idea li jitwaqqaf Kunsill tat-Trejdjunjins. Vella jidher li ghandu idea zbaljata ferm dwar l-ghanijiet tat-trejdjunjins li jridu jsahhu l-ghaqda ta’ bejniethom. Illum il-gurnata, fil-pajjizi tal-Unjoni Ewropea kollha jew gja’ jezistu, jew inkella hemm il-htiega ta’ Kunsill tat-Trejdjunjins.

Dan nghidu ghaliex ilkoll nafu li llum il-forzi tas-swieq, aktar iva milli le qed johonqu r-rieda ta’ kategoriji shah ta’ nies. Il-maggoranza l-kbira tal-Gvernijiet fl-Ewropa poggew is-suq fic-centru tal-politika taghhom, u warrbu fil-genb lill-persuni li suppost qed jirraprezentaw. F’pajjizna qed jittiehdu mizuri li jattakkaw direttament l-ghixien tal-haddiema, u tal-professjonisti, ta’ kuljum.

Cert li hemm kwestjonijiet komuni li dwarhom l-unjins kollha f’pajjizna jistghu jahdmu f’ghaqda bejniethom. Izda bl-ghamad politiku quddiem ghajnejn xi whud ma jista’ qatt ikun li t-trejdjunjonisti kollha f’pajjizna jzommu fil-quccata tal-prijoritajiet taghhom dak li proprju twaqqfu ghalih, cjoe’, it-titjib fil-kwalita’ tal-ghixien tal-haddiema.

Kunsill tat-Trejdjunjins jaghti lok sabiex:

- issir tfittxija akbar ghal dak li jghaqqad lill-unjins f’pajjizna.

- maz-zmien ikollna iktar unjins li l-policies taghhom ma jkunux ibbazati fuq alleanzi politici izda fuq dak li tassew ghandu bzonn il-haddiem li jirraprezentaw.

- l-ghaqda fost il-unjins tissahhah.

- il-principji u l-valuri li jhaddnu l-unjins ma jkunux ghodda ta’ konvenjenza, izda ghodda ta’ konvinzjoni.

- il-vuci tat-trejdjunjins f’pajjizna jkollha l-istess qawwa li ghandhom istituzzjonijiet ohra f’pajjizna, bhal nghidu ahna l-partiti politici u l-knisja.

Wara kollox nemmen li biex jitnehhew ideat qodma, l-unika soluzzjoni tkun li jitnehhew nies b’ideat qodma mit-trejdjunjins. Ghalhekk nawgura li l-generazzjoni gdida ta’ trejdjunjonisti tkun wahda lesta li tinghaqad f’dak kollu li jkun komuni bejnietha, u mhux tohloq hitan bejnietha stess, li fl-ahhar mill-ahhar jaghmlu hsara biss lill-istess haddiema li suppost tkun qed tirraprezenta.

[Ittra pubblikata f'L-Orizzont ta' nhar it-Tnejn, 13 ta' Dicembru, 2010]