Wednesday, October 20, 2010

Id-Dritt tad-Divorzju


Ħadt gost li l-Isqfijiet ta’ Malta u ta’ Għawdex iddeċidew li jo­ħorġu ittra pastorali dwar id-divorzju. Inħoss li esponenti tal-Knisja bħal Mons. Anton Gouder u Mons. Said Pullicino qabżu l-linja meta żeffnu fin-nofs id-dnub, waqt li kie­nu qegħdin jitħadtu dwar dan id-dritt bażiku.

Inħoss li f’dan il-mument l-Arcisqof Cremona għandu juri min tassew qed imexxi l-Knisja f’Malta, u ma jħallix esponenti fi ħdan il-Kleru joħolqu konflitti u antago­niżmu żej­jed. Meta taqra din l-ittra pas­torali minn bejn il-linji tin­duna li l-lingwaġġ tal-Isqfijiet fih ir-rieda li ma jkunux ripe­tuti żbalji li saru fl-imgħoddi mill-Knisja Kattolika f’Malta.

Ghoqiedi

F’din l-ittra l-Isqfijiet ifakk­runa fl-Iskrittura Mqaddsa billi jikkwotaw l-Evanġelju ta’ San Mattew meta jingħad li “dak li għaqqad Alla m’għandux jifirdu l-bniedem” (Mt 19, 5,6). Ħafna mill-argumenti li qiegħda ġġib il-Knisja biex tiġġustifika l-fatt li hija kontra d-divorzju, huma proprju siltiet mill-Bibbja u ftit li xejn issemmi r-realtajiet soċjali li għaddej minnu pajjiżna. Ħaġa li qatt ma rnexxieli nsib tweġiba għaliha hi dik li għalkemm “dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem”, mhux l-ewwel darba li naraw qassisin li jinżgħu s-suttana, u jagħżlu li ma jibqgħux jaqdu l-missjoni li jkunu daħħlu għaliha. Ikun hemm min wara li jitlaq minn qassis jagħżel li jkollu sieħba u wara forsi jagħżel ukoll li jiżżewweġ.

Mhuwiex l-istess Alla dak li jsejjaħ lil persuna biex tid­ħol għas-saċerdozju, jew is-Sagrament tal-Ordni Sagri? Naħseb li bħalma l-liġi tad-divorzju se tkun qiegħda tiddaħħal mill-bniedem għall-bniedem, l-istess kien ġara meta l-Awtoritajiet tal-Knisja ddeċidew li qassis jista’ jkollu t-tieni ċans f’ħajtu billi jkun jista’ jneħħi s-suttana minn fuqu.

Mhux cikkulata

Il-Knisja għandha turi aktar kunfidenza magħha nnifisha. M’għandhiex toqgħod tibża’ mid-divorzju daqs li kieku se tkun xi ċikkulata li malli tixtieqha taqbad u te­ħodha.

Il-Knisja qiegħda tippro­ġetta d-divorzju daqs li kie­ku kienet dik il-mazza li tfarrak iż-żwiġijiet. Ir-realtà hi li ż-żwiġijiet qegħdin jitfarrku mingħajr m’għandna d-divorzju. Sew jekk ikun b’an­nullament, jew inkella b’sepa­razzjoni, iż-żwieġ ikun sfax­xa. Għalhekk id-divorzju ma jista’ jitqies bl-ebda mod agħar minn dawn it-tnejn li semmejna.

Għalkemm naqbel mad-di­vorzju, ma jfissirx li jien favur divorzji ‘no-fault’ fejn il-parti li tagħżel li tiddivorzja tkun tista’ tagħmel dan mingħajr ma tippreżenta raġuni valida quddiem il-qorti. Dan it-tip ta’ divorzju huwa komuni f’ħafna mill-Istati tal-Istati Uniti. Mill-banda l-oħra ma jkunx għaqli li min ikun irid jiddivorzja jkollu jaqla’ fwiedu biex jagħmel dan. Għandna niftakru li min ikun qed isofri krudeltà, abbandun jew adulterju (fost raġunijiet oħrajn) għandu jin­għata d-divorzju kif mis­tħoqq mingħajr dewmien żejjed min-naħa tal-Qorti.

Mhix is-soluzzjoni

Li taqbel mad-divorzju ma jfissirx li tkun tħares lejh bħala s-soluzzjoni għall-prob­lemi fiż-żwiġijiet u barra minn­hom. Iżda ċertament jaf iservi ta’ għodda biex inneħħu ħafna anomaliji li diġà jeżistu.

Bħal dik li Malta tip­permetti divorzju li jġibu minn barra dawk li għandom bwiet eħxen minn ta’ ħaddieħor, filwaqt li Malti li flus x’iroxx m’għandux, dan ma jistax jagħmlu f’pajjiżna stess. Bħall-anomalija li għan­dna koppji poġġuti sempli­ċiment għall-fatt li ma jis­tgħux jiżżewġu mill-ġdid wara li fallielhom l-ewwel żwieġ.

Naħseb li kulħadd jixtieq li l-familji tagħna jkunu ħienja u mingħajr xkiel ta’ xejn. Iżda mill-banda l-oħra kulħadd jaf li bejn dak li nixtiequ u dak li qed iseħħ madwarna hemm differenzi kbar. Ċert li l-ebda koppja li tkun għaddejja tajjeb qatt ma tagħżel li tinfired għalxejn b’xejn. Ma jagħmilx sens li d-divorzju jkun deċiż permezz ta’ referendum f’pajjiż­na. Dan għandu jkun dritt ċi­vili bażiku li l-Parlament jivvota favuru biex tassew nuru l-kredenzjali ta’ pajjiż li jemmen fil-libertà tal-individwu.

chriscut@onvol.net

Pubblikat f'L-Orizzont ta' nhar l-Erbgha 20 ta' Ottubru, 2010
http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=67063

Sunday, October 17, 2010

Id-Divorzju waqt l-Omelija


MA JIEN se ngħid xejn ġdid. Se nipprova nikkonvinċi lili nnifsi li ngħix iktar qrib tal-Belt Valletta, milli tal-Belt Kapitali Iranjana, Tehran. Dak li l-Vigarju Ġudizzjali Mons Arthur Said Pullicino (ASP) qal lill-Imħallfin u lill-Amministraturi tal-Ġustizzja waqt quddiesa li mmarkat il-bidu tas-Sena Forensi ma niżilli xejn tajjeb. Wera biċ-ċar kif esponenti tal-Knisja għadhom jaħsbu li l-Knisja għandu jkollha ħakma sħiħa mhux biss fuq il-kuxjenza tal-individwu, iżda anke fuq dik tal-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna, bħalma huma l-Qrati tal-Ġustizzja.

Mons ASP jgħid li f’soċjetà li għadha tħaddan il-valuri nsara l-amministrazzjoni tal-ġustizzja għandha tqis il-liġi t’Alla bħala l-pedament tagħha. Isostni li “Din il-liġi hija miktuba fil-qalb ta’ kull bniedem u hija meħtieġa biex tinżamm l-ordni u l-paċi.” Hawnhekk tajjeb niftakru kemm gwerer u mwiet saru f’isem Alla u l-liġi tiegħu. Il-Monsinjur ASP jgħid ukoll li “Jekk nanalizzaw is-sitwaz-zjoni f’pajjiżna naraw li kull ma jmur qegħdin niddakkru minn dak li qed jiġri f’pajjiżi oħra, prinċipalment fl-Ewropa, fejn is-sitwazzjoni tal-ammi-nistrazzjoni tal-ġustizzja qiegħda ssib ruhħa f’pożizzjoni li jkollha tikser il-liġi ta’ Alla minħabba li l-pajjiż, bil-liġijiet tiegħu, qed jivvijola l-bażi fundamentali tal-Liġi Divina Naturali permezz tal-applikazzjonijiet tal-liġijiet tad-divorzju, tal-abort, ta’ żwiġijiet ta’ persuni tal-istess sess, tal-ewtanasja, eċċ. Dan qed isir f’isem it-tolleranza u l-hekk imsejħa drittijiet fundamentali”.

Meta jerġa’ jirreferi għad-divorzju, Mons ASP jasal biex jgħid li “Hija (il-Knisja) biss għandha tgħallem li min jikkopera b’xi mod għall-introduzzjoni tiegħu fil-liġijiet tal-pajjiż, minn japplika liġi tad-divorzju u min jirrikorri għalih, sakemm ma jkunx il-parti innoċenti, ikun qed jikser il-liġi ta’ Alla u għalhekk ikun qed jidneb b’mod gravi”.

Dan huwa li jwassalni biex nemmen li meta esponenti tal-Knisja ma jkollhomx karta oħra x’jilagħbu biex jirreżistu bidla partikolari, dawn jibdew ibeżżgħu bid-dnub. L-istess dnub li nafu li lanqas individwi li jifformaw parti mill-kleru ma beżgħu minnu meta wettqu atti pedofili u ta’ moħqrija fuq tfal innoċenti. L-istess karta tad-dnub li rajniha tintlagħab fis-snin sittin permezz tal-Interdett fuq min kien qed jippriedka favur soċjetà fejn il-poteri tal-istat ikunu mifruda minn dawk tal-Knisja. L-istess karta tad-dnub li provat iċċaħħad lill-Maltin milli jaqraw il-ġurnali li jridu, jisimgħu il-kelliema li jridu jisimgħu u jkunu ħielsa li jaħsbu.

Huwa għalhekk li Mons ASP għandu jifhem li meta l-Imħallfin u l-Maġistrati jkunu qegħdin jaqdu dmirijiethom fil-Qrati tal-Ġustizzja dawn ikunu qegħdin jissalvag-wardjaw il-liġijiet tal-istat Malti u mhux il-liġi ta’ Alla jew xi liġi divina naturali. Malta Ewropea tal-2010 hija Repubblika Demokratika u mhux Gżira Teokratika. Mons ASP għandu kull dritt jippriedka dwar l-importanza tal-liġi t’Alla, iżda m’għandu qatt jaħseb li dan jista’ jsir fin-nuqqas ta’ tolleranza lejn dawk li jġibu d-divorzju minn barra l-pajjiż u dawk li ’l quddiem għad ikollhom id-dritt iġibuh minn pajjiżna permezz tal-Qorti Maltija.

Mons ASP ma kkwota l-ebda studju soċjali meta għamel id-dikjarazzjoni goffa li “Waqt li tibqa’ kostanti fil-proklamazzjoni ta’ dan it-tagħlim u dawn il-prinċipiji, kull ma għandha tagħmel il-Knisja hija li turi d-diżastru soċjali li d-divorżju jġib mie-għu fil-pajjiż, bħalma ġara f’kull pajjiż fejn din il-liġi ilha li ġiet introdotta”. Skont il-Vigarju Ġudizzjali d-dinja kollha għaddejja minn diżastru soċjali barra Malta u l-Filippini, l-uniċi żewġ pajjiżi fejn id-divorzju għadu ma daħalx. Jidher biċ-ċar li Mons ASP kien qed jibbaża kliemu fuq impressjonijiet li għandu jew li ried jgħaddi lil ħaddieħor, u mhux fuq l-evidenza.

F’pajjiżna ma nħossx li hawn diżastru soċjali. Li naf fiċ-ċert huwa li skont il-Lifestyle Survey maħruġ mill-NSO fl-2007 f’Malta għandna 10,596 persuna li annullat iż-żwieġ, isseparat jew iddivorzjat. Li naf hu li għandna 6,073 persuna poġġuti f’pajjiżna. Minn dawn il-persuni kollha, żgur li nsibu ħafna li ma jridux jibdlu l-istatus tagħhom, iżda s-soċjetà tagħna m’għandhiex tibqa’ ċċaħħad lil dawk li jemmnu fiż-żwieġ milli jsibu l-okkażjoni li jerġgħu jiżżewġu permezz tad-dritt li jiddivorzjaw. Għalhekk li tkun favur id-divorzju, awtomatikament ifisser ukoll li tkun favur iż-żwieġ. 

Ippubblikat f'It-Torca tal-Hadd 17 ta' Ottubru, 2010

Wednesday, October 13, 2010

Vincent Esposito deserves national award


The executive committee of the GWU Youths was very touched while attending the ceremony held in honour of Vincent Esposito’s career as a trade unionist. Mr Esposito was one of the General Workers’ Union’s pioneers.

Though 85 years old, he had the energy to deliver a great speech. He emphasised the importance of unity among workers and argued (rightly so) that this can reap fruit for the workers. At the same occasion, secretary general Tony Zarb told the audience the state should honour Mr Esposito because his involvement in trade unionism was not only beneficial to workers but also for the common good of the country.

GWU Youths think such proposal should not go unnoticed. Hence, firstly we would like to show our gratitude to Mr Esposito for all the sacrifices and hardships he did and experienced in order to be an effective trade unionist. And, secondly, we would like the President to consider Mr Esposito as a prospective member of the Order of Merit.

People like “Ċensu” are an inspiration for all those who believe in social justice and economic democracy.

[Letter to the Editor Published on The Times of Malta on Wednesday 13th October, 2010]

Is-solidarjeta' taghmilna sinjuri


F’din is-sena li l-Unjoni Ewropea ddedikat ghall-Faqar u l-Eskluzjoni Socjali, gie misjub li fis-sena 2007 Malta kellha 14.7% tal-popolazzjoni tghix fuq l-ghatba tal-faqar. Dan il-persentagg ifisser 57,000 persuna li qed jghixu realtajiet differenti u jithabtu biex ma jhallux il-faqar jirbahhom.

Nies li qabel kienu jqisu rwiehhom bhala parti mill-klassi tan-nofs raw il-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom imorru lura, jew inkella tilfu l-impjieg tajjeb li kellhom qabel biex issa spiccaw sabu xoghol li jaghtihom inqas kundizzjonijiet tajbin u inqas paga. Dan qed iwassal biex il-faqar ikompli jinfirex fost dawk li ghandhom ix-xoghol, ghall-kuntrarju ta’ dak li kien jigi nnutat qabel, cjoe’ li l-faqar ikun marbut ma’ nies li m’ghandhomx xoghol.

Solidarjeta’

L-Isqof ghal Ghawdex Mario Grech ma setghax isib kliem ahjar fl-Ittra Pastorali tieghu intitolata “Socjeta’ fejn tghammar is-Solidarjeta’” ippubblikata fit-tieni Hadd tax-xahar li ghadda. L-Isqof Ghawdxi qal li “Waħda mill-kawżi ta’ dan il-faqar kollu hija l-individwaliżmu li ħolqot il-kultura kapitalista”. Din il-kultura kapitalista qed tissarraf f’politika li tfaqqar in-nies u tbieghdna mill-principju li mas-sinjur ghandu jgawdi dak li ghandu l-inqas. Flejjes kbar jinstabu fil-pront biex ikunu salvati l-banek jew inkella il-munita Ewro. L-istess hegga ma tintweriex meta jkun propost li toghla l-paga minima u biex jimtlew toqob fil-ligi li jippermettu lis-sidien icahhdu lill-haddiema taghhom minn drittijiet li ghal haddiema ohrajn huma bazici.

Income Tax

Bhala cittadini Ewropej ghandna nqisu d-diskors favur it-tnaqqis tal-Income Tax bhala diskors tat-twerwir. Irridu naraw li ma nharsux sal-ponta ta’ mnehirna, u niftakru li jekk se nhallu lil min inaqqsilna l-income tax irridu wkoll inhallu lill-istess nies inaqqsulna servizzi bhas-sahha b’xejn ghall-familjari taghna, edukazzjoni b’xejn ghal uliedna, u beneficcji socjali meta ahna jigrilna xi haga fuq il-post tax-xoghol.

Nifthu ghajnejna berah, ghax mhux kull ma jleqq hu deheb. Ahjar naghmlu sagrificcju personali u naraw li nibqghu inhallsu l-kontribuzzjoni taghna minn din il-paga li ggebbidha kemm iggebidha qatt ma tasal fejn tixtieq biha, milli jigi zmien fejn il-politici ta’ pajjizna jghidulna “Issa li naqqastlek it-taxxa fuq id-dhul se jkolli nnehhilek hafna mis-servizzi socjali”. Kburin mill-Welfare State, u ghandna naraw li t-tibdiliet li naghmlu jkunu biex nsahhuha u mhux biex ingarrfuha.

Certament li l-Gvern mhux qed jghaddi messaggi tajbin meta jaghti offerti specjali lil min ikun ghadu ma fediex l-income tax tieghu. Ahna li l-income tax tinqatghalna ma’ kull paga li nircievu certament li qatt m’ahna se nibbenefikaw minn offerti specjali bhal dawn. Huma negozji kbar li hafna drabi jgawdu sew minn dawn l-offerti ta’ Tonio.

L-irwol tal-Gvern

Sfida kbira li ghandna quddiemna hija zgur dik li nippressaw il-Gvern u noffru l-proposti taghna sabiex f’oqsma importanti bhas-Sahha u l-Edukazzjoni l-Gvern jara li s-servizzi li huma offuti mit-taxxi taghna jkunu tal-aqwa livell. Fil-qasam tas-sahha ghandna sitwazzjoni fejn bnejna sptar gdid u zidna mall-problemi l-qodma. Fl-Edukazzjoni huma hafna z-zghazagh Maltin li qed johorgu mis-Sekondarja minghajr lanqas ikollhom hiliet bazici tal-kitba, tal-matematika jew hiliet vokazzjonali.

Ma nkunu qed nippretendu xejn zejjed meta nezigu li l-Gvern itejjeb il-politika tieghu f’oqsma vitali bhas-Sahha, l-Edukazzjoni u x-Xoghol biex jinqered il-faqar. Minn sondagg li ghamlet il-Eurobarometer is-sena l-ohra, 89% tal-Ewropej intervistati qalu li jehtieg li tittiehed azzjoni urgenti mill-Gvern tal-pajjiz biex il-faqar ikun imnaqqas.

Il-loghba tal-bibien

Certament li hemm faqar li wiehed igibu b’idu, bhal nghidu ahna bl-abbuz tad-drogi u l-loghob tal-azzard. Hemm faqar iehor li jista’ jkun ikkawzat minhabba cirkostanzi li ma setghux jippermettu lill-individwu jaghmel mod iehor bhal fil-kaz tas-self tal-flus bl-uzura. Huma x’inhuma l-fatturi, certament li m’ghandna qatt naghlqu ghajnejna quddiem ebda cirkostanza jew inhossuna aqwa minn haddiehor ghaliex m’ahniex ingarrbu l-istess tip ta’ faqar. Niftakru li l-bieb li naghlqu lil haddiehor illum, jista’ jkun l-istess bieb li nkunu nixtiequh miftuh l-ghada.

P.S. Dan l-artiklu niddedikah lil Wayne Vella, zaghzugh ta’ 25 sena mill-Mgarr li tilef hajtu fuq il-post tax-xoghol fis-17 t’Awwissu li ghadda. Il-kondoljanzi lill-familja tieghu, u lill-shabu f’dan il-mument ta’ niket.

Ippubblikat fil-Gurnal L-Orizzont ta' nhar l-Erbgha l-1 ta' Settembru, 2010.