Friday, July 30, 2010

Parkegg fil-Mater Dei


Dawk li jaħdmu fl-Is­ptar Mater Dei u għandhom paga ta’ Skala 12 jew aħjar jidħlu jipparkjaw b’xejn fil-parkeġġ al­lokat għalihom. Ħafna minn dawn huma l-infermieri, it-tobba, u dawk li jaħdmu fil-laboratorji u fl-amministrazzjoni tal-isptar. Min għandu paga inqas minn dawn li sem­mejt, ilu sa mill-ftuħ tal-isptar iħallas kull darba li jid­ħol għax-xogħol filgħodu biex ikun jista’ jipparkja f’dik li hi meqjusa “Area C” u fejn se jkun qed jinbena l-isptar għall-kura tal-kanċer. Issa li dik il-biċċa art ġiet żgumbrata biex ikun jista’ jin­bena dan l-isptar, in-Nursing Aides bdiet tinqatgħalhom €0.47 ċenteżmu mill-paga kull darba li jużaw is-servizzi ta’ parti mill-parkeġġ li ġie allokat lilhom bis-saħ­ħa tal-GWU.

Ma nsib l-ebda loġika f’din il-ħaġa. Min għandu l-iżjed paga ma jħallasx għall-par­keġġ u min għandu inqas iħal­las. Ma tagħmilx sens, u mhix ġusta. Naf li t-taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi qiegħ­da tagħmel l-almu tagħ­ha biex ma jibqax ikun hemm diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema, f’dan is-sens. Ċertament li n-Nursing Aides għand­hom jingħataw id-dritt li jipparkjaw b’xejn kull darba li jidħlu għax-xogħol. Din il-problema nħol­qot għax min ippjana l-isptar ma ħasibx għal postijiet ta’ parkeġġ biż­żej­jed biex jakkomoda lill-ħad­diema, lill-paz­jenti u lil qrabathom.

Il-Gvern jagħmel tajjeb jekk jilqa’ l-proposta li għamel l-Uf­fiċċju Nazzjonali tal-Awditjar f’Mejju tal-2009, meta f’inkjes­ta li għamel dwar id-Direct Or­ders u l-Out-Sourcing li seħ­ħew fil-Mater Dei, dan l-uf­fiċċ­ju fost oħrajn ippropona li l-par­­keġġ tal-Isptar Mater Dei ikun am­ministrat direttament minn impjegati tal-Gvern, kemm rigward l-operat tiegħu u anke l-ġbir tal-qligħ li jsir minnu.

B’hekk ikun qed jiffranka ħafna spejjeż li l-Gvern qed iħallas lill-privat, joħloq klima aqwa għal kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawk li jope­rawh u jagħti lill-Gvern saħ­ħa diretta biex jindirizza prob­lemi li jinħolqu minn żmien għal żmien.


Muturi

Bħala sewwieq ta’ mutur naf kemm fit-triq jeżisti nuq­qas kbir ta’ rispett għal min isuq il-muturi. Kultant bil-kemm ma nibdiex naħseb li hawn bosta sewwieqa tal-ka­rozzi jieħdu pjaċir joħolqu l-os­takli għal dawk li jsuqu l-mu­turi. Għalkemm l-irqajja’ ta’ diżil fit-toroq naqsu fejn qa­bel, xorta għadhom ikunu spissi l-aċċidenti kkawżati lis-sewwieqa tal-muturi minħabba f’hekk.

Il-ħofor fit-toroq u n-nuq­qas ta’ kwalità tat-tarmak aktar jagħmluha faċli għas-sewwieqa biex jitilfu l-kon­troll tal-mutur tagħhom.

Fir-rapport ta’ it-Torca ta’ nhar il-Ħadd, 25 ta’ Lulju, 2010, intitolat “L-UE timbotta dak li injorat l-ADT” ħareġ biċ-ċar kif Transport Malta mhix qiegħda tagħti l-attenzjoni meħtieġa lejn is-sigurtà fit-toroq tagħna, hekk kif mill-UE kollha kienet Malta u r-Rumanija biss li żie­det l-aċċidenti fatali tat-traffiku bejn l-2008 u l-2009.

Safejn naf jien, fl-Isptar Ma­ter Dei, l-unika żona li nżam­met riservata għall-mu­turi hi bankina wiesgħa bis­wit il-parkeġġ tad-Dipartiment tal-Out-Patients. Naħ­seb li tkun idea ferm tajba jekk issir tinda għall-muturi.

Kemm il-ħaddiema tal-isptar u anke dawk li jżuru l-Out-Patients jew inkella lil qrabathom, jieħdu pjaċir li jekk imorru bil-mutur sal-isptar, dan ma jinteliex bin-nida tal-lejl jew inkella ma jsirx jik­wi bix-xemx sakemm ter­ġa’ tiġi biex tirkbu.

Jekk hu minnu li rridu ninċentivaw aktar vetturi żgħar fit-toroq tagħna għandna naraw li jkollna l-infrastruttura adeg­wata u li t-toroq tagħna jkunu aktar siguri.

[Dan l-artiklu kien pubblikat f' L-Orizzont nhar l-Erbgha 28 ta' Lulju,2010]

Saturday, July 17, 2010

Speaker again calls for updated House voting procedure


The Speaker has again urged both sides to agree on an updated procedure for voting in Parliament in order to remove the doubts raised during the vote on the power station extension on May 6.

Michael Frendo said his appeals so far had not yielded any results.

The Chair felt it was imperative that an electronic voting system was introduced in the House, as was the case in many Parliaments abroad.

Until that happened, it was “imperative, important and urgent” for the two sides to agree on a procedure for clarifications when a vote was in doubt, and how to regulate a situation when a member made a genuine mistake while voting.

In the absence of an electronic voting system, the two sides also needed to agree on the best system to be adopted when MPs were asked to declare their votes.

Dr Frendo made his comments in a ruling following a request by Labour MP Justyne Caruana.

During the power station debate, Minister Tonio Borg said that Dr Caruana had been heard voting against the opposition motion. Dr Caruana strenuously denied the claim and requested the Chair to explain why the Clerk had not asked her to clarify her vote, if there was any doubt.

The Speaker confirmed that the Clerk had not paused after calling Dr Caruana and had not requested a confirmation of the vote because at that stage, the Clerk had not understood Dr Caruana to have voted against the motion.

Dr Frendo said the Chair was seriously concerned about the voting procedure adopted to date because it had not been able to conclude from the recordings how Dr Caruana and other MPs had voted, hence the need for a new system.

In another ruling, Dr Frendo said that there was no breach of privilege in the complaint raised by Government Whip David Agius against newspapers l-orizzont and illum and against correspondent Christopher Cutajar.

Similarly, Dr Frendo did not find that a letter to the editor published in May in In-Nazzjon constituted a breach of privilege. The complaint was raised by Opposition Whip Joe Mizzi against the editor of the newspaper

He found for Parliamentary Secretary Jason Azzopardi on a breach-of-privilege complaint raised last May against two Labour media – One TV and maltastar.com.

The Speaker said he would be referring the issue to the Standing Committee on Privileges, adding that he augured that an amicable solution between the two parties would be found.

[Published in The Times of Malta - Thursday, 15th July, 2010]

Sunday, July 11, 2010

Ix-Xoghol Prekarju


F’pajjizna nistghu nghidu li s-suq tax-xoghol huwa maqsum fi tlieta. Ghandna settur pubbliku li jokkupa mas-27% tas-suq tax-xoghol Malti, filwaqt li s-settur privat jokkupa it-73% li jifdal. Fis-settur pubbliku hafna mill-haddiema huma f’union. Filwaqt li fis-settur privat ghandna sitwazzjoni fejn nistghu nghidu li nofs il-haddiema jinsabu f’union u n-nofs l-iehor m’humiex (Baldacchino, 2009).

Shubiji fl-unions

Is-shubiji fil-unions Maltin bejn l-2003 u l-2008 naqsu bi 2%. Meta nqabblu pajjizna ma’ pajjizi EwroMediterranji ohra nindunaw kif fil-Grecja kien hemm zieda ta’ 6%, f’Cipru zdiedu b’5.7% u l-Italja rat zieda ta’ 4.3%. Ghalkemm kien hemm pajjizi ohra fl-Unjoni Ewropea li sofrew tnaqqis kbir bhalma gara lil Litwani u l-iSlovakki li garrbu tnaqqis ta’ 34.1% kull wiehed, xorta l-Ufficjali tal-unions iridu jahsbu bis-serjeta’ kif f’Malta ma naslux f’sitwazzjoni fejn il-haddiema li jaghzlu li ma jissihbux f’union jew inkella jkunu mcahhda milli jissiehbu f’union, jizdiedu.

Prekarjeta’

Jekk hemm tip ta’ xoghol li jehtieg li niqfulu bil-mezzi kollha possibli, certament li huwa x-xoghol prekarju. Ix-xoghol prekarju insibuh f’impjiegi li m’humiex imhallsa tajjeb, u li ma jaghtux sigurta’, stabilita’ u protezzjoni lil min ikun qed jesperjenzah. Il-globalizzazzjoni, flimkien mat-tnaqqis tal-impjiegi fis-settur tal-manifattura u z-zieda fl-impjiegi fil-qasam tas-servizzi, holqu ekonomija li titlob iktar flessibilita’ mill-haddiema. Bl-iskuza ta’ din il-flessibilita’ iktar haddiema qed jaraw il-kundizzjonijiet tax-xoghol taghhom jiddghajfu, u l-kwalita’ ta’ hajjithom issir inqas tajba.

F’pajjizna ghandna zewg general unions li jilqghu fosthom kwalunkwe’ tip ta’ haddiema. Haga tal-iskantament hi kif hija biss il-GWU li qed taghmel emfasi shiha fuq il-konsegwenzi hziena li x-xoghol prekarju jgib mieghu kemm ghall-haddiema u anke ghall-familji taghhom. Il-GWU qed taghmel dan b’mod kontinwu f’pajjizna bhal per ezempju fil-harsien tad-dinjita’ ta’ persuni immigranti, u anke f’fora internazzjonali bhalma sar ricentament mis-Segretarju Generali Tony Zarb waqt Konferenza tal-Ghaqda Dinjija tax-Xoghol (ILO).

Il-valur tax-xoghol

F’sondagg li sar mill-Eurobarometer, dwar il-Faqar u l-Eskluzjoni Socjali (2009) 56% ta’ dawk intervistati qalu li l-ikbar fattur li jikkontribwixxi għall-faqar huwa l-qgħad, filwaqt li 29% qalu li huwa x-xogħol prekarju l-ikbar fattur li jikkontribwixxi ghall-faqar. Dan juri kif ic-cittadin Ewropew jaghmel rabta shiha bejn il-qaghda tal-impjieg tal-individwu u c-cans tieghu li jkun meqjus bhala fqir.

Fi stqarrija mahruga mill-European Trade Union Confederation (ETUC) f’April li ghadda, is-Segretarju Generali John Monks stqarr li “x-xoghol prekarju qed jinfirex f’oqsma tas-socjeta’ fejn dan il-fenomenu sa issa kien ghadu ma wasalx”, huwa qal ukoll li x-xoghol prekarju jimmina “lin-nies, lis-socjeta’ u lid-demokrazija.” u li ‘l quddiem ix-xoghol prekarju se jkun qed iwassal biex il-faqar ikompli jinfirex u jservi biex l-Ewropa tmur lura. Monks jitfa’ dawl fuq demokrazija li ftit ghadna naghtuha importanza, id-demokrazija ekonomika. Bosta esponenti tal-importaturi, industrijalisti u negozji mdaqqsa jaqblilhom hafna li d-demokrazija ma tinfiltrax fil-postijiet tax-xoghol.

Jidher bic-car li l-Gvern Malti m’huwiex qieghed jaghti kaz il-konsegwenzi hziena li x-xoghol prekarju jgib mieghu. Gja’ qed jaghti kuntratti lil kumpaniji li jhaddmu b’kundizzjonijiet hziena tax-xoghol. Jekk niehdu bhala ezempju l-mod kif qed jithaddmu l-careworkers gewwa l-iSptar Mater Dei, nindunaw kif il-Gvern qed jikkontribwixxi biex ix-xoghol prekarju jkompli jinfirex anke fis-settur pubbliku.

Bla dubju il-htija taz-zieda fix-xoghlijiet prekarji hija l-istess politika neo-liberali li wasslet lid-dinja tesperjenza recessjoni ekonomika globali li ghadna qed insofru minnha sal-lum. Din hija politika li taghti lok lil min ihaddem sabiex jimpjega n-nies f’impjiegi part-time iktar milli full-time. Dan jixhduh il-figuri tal-Ufficcju Nazzjonali tal-iStatistika li wrew kif bejn l-2008 u l-2009 kien hemm tnaqqis ta’ 677 impjieg full-time u zieda ta’ 2,357 impjieg part-time .. Qed ikollna wkoll kazi fejn impjegati jkunu registrati bhala self-employed b’mod ingust, u anke jcahhduhom minn beneficcji li wiehed soltu jkollu bhal sick-leave u c-cans li tiehu l-ammont ta’ vacation leave li jixraqlek u tibbenefika minnu minghajr restrizzjonijiet zejda.

Il-biza’ li jissiehbu

Nies li qed jesperjenzaw ix-xoghol prekarju jinzammu mbezza’ milli jissiehbu f’union. Hafna drabi jkunu bezghana li jekk jaqbzu ghal drittijiethom jitkeccew mix-xoghol. Din il-biza’ tkun doppja ghal tali haddiema ghaliex wisq probabbli jkun ferm difficli ghalihom li jirnexxilhom isibu xoghol iehor minhabba nuqqas ta’ kwalifiki u/jew hiliet. B’hekk il-kultura ta’ “Haddem u kecci” (Hire and fire), isservi ta’ theddida kbira ghal dawn il-haddiema.

Min ihaddem f’dawn l-oqsma jaqbillu jzomm din l-atmosfera tax-xabla mdendla. Dan ghaliex kull fejn ikun hemm l-unions, hafna drabi isiru ftehim kollettiv minn zmien ghal zmien bil-ghan li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema kollha. Meta l-haddiema ma jassoccjawx ruhhom f’ghaqdiet li jkollhom ghanijiet komuni, dawn jibqghu mifrudin u minghajr sahha ta’ xejn quddiem min ihaddimhom. Ta’ min wiehed jirrealizza li dawn ir-realtajiet huma tal-misthija, meta tqis li id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani (1948) tghid car u tond li “Kullhadd ghandu d-dritt li jifforma u jinghaqad ma’ trejdjunjins ghall-protezzjoni tal-interessi tieghu”.

Proposti Konkreti

Meta kien qed jaghmel diskors fl-International Labour Office (03.10.2008), Marcello Malentacchi, li allura kien Segretarju Generali tal-International Metalworkers’ Federation propona erba’ ghanijiet li wiehed ghandu jpoggi quddiemu biex jitrazzan ix-xoghol prekarju. Dawn huma:
1. Titwaqqaf l-espansjoni massiva tax-xogħol prekarju.
2. Il-kundizzjonijiet u l-pagi ta’ dawk li għandhom xogħol prekarju ikunu l-istess bħal tal-ħaddiema b’xogħol regolari.
3. Il-ħaddiema jkunu mħaddma direttament u mhux ikunu mikrija minn min qed iħaddimhom.
4. L-impjiegi definiti ikunu restritti għal każi fejn il-ħtieġa hija leġittima.

Barra minn hekk nemmen li mizura konkreta biex jitrazzan ix-xoghol prekarju tista’ tkun dik li toghla l-paga minima nazzjonali. Minn studju li ghamlet il-Caritas hareg bic-car li b’paga minima ta’ 152 ewro persuna ma tistax tghaddi. Il-Caritas uriet kif basket ta’ affarijiet bazici ghal familja medja Maltija jiswa’ 313-il ewro. Ilkoll nafu kemm il-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma fost l-oghla fl-Ewropa, li l-prezzijiet tal-medicini huma barra minn kull proporzjon, li l-prezz tal-ikel donnu ma jridx jieqaf jitla’ ‘l fuq u l-beneficcji socjali li nhallsu ghalihom mhux qed nibbenefikaw minnhom kull meta jkollna bzonnhom.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerc Helga Ellul harget titkellem kontra l-proposta li toghla l-paga minima. Dan kollu qalet li harget tghidu f’gieh il-kompetittivita’. Li naf zgur huwa li fil-kompetizzjoni ta’ hafna familji biex jipprovaw jeghlbu l-gholi tal-hajja jew qed johorgu ta’ telliefa jew qed ikollhom bzonn jahdmu ferm iktar minn erbghin siegha fil-gimgha biex ikampaw. Ellul, konvenjentament taghzel li tifred il-kwestjonijiet socjali minn dawk ekonomici. Argumenti bhal dawn huma l-boghod mir-realta’. Jiena cert li jekk genitur ikollu iktar paga, dan ikun jista’ jaghti edukazzjoni ahjar lil uliedu. Nahseb li Ellul taqbel mieghi bi tfal iktar edukati, jkollna ekonomija iktar kompetittiva.

Certament li hemm ukoll il-htiega li tigi aggornata l-Employment Industrial Relations Act sabiex taghti mill-inqas spazju ghall-holqien ta’ xogholijiet prekarji li ghalkemm huma ta’ gid ghal min irid jaghmel il-qligh malajr, zgur li ma joffrux hajja trankwilla u ta’ kwalita’ lil min ikun qed jesperjenzah.

Widnejn l-Ewropa

Il-Burokrati ta’ Brussell, immexxija mill-hbieb tal-Partit Nazzjonalista, ghandhom ras taz-zonqor u akkost ta’ kollox iridu jsalvaw ekonomija neo-liberali li gja’ dahhlitna fi sqaqien mill-ikbar. Ma jridux jaghtu widen ghal politika li taghti kaz lill-hafna, u jridu jkomplu jharsu l-interessi tal-ftit.

Is-soluzzjonijiet ghal dawn il-krizijiet ekonomici gew miktuba fuq il-hajt mill-ETUC, permezz tad-Dikjarazzjoni ta’ Parigi (Mejju, 2009). Fost affarijiet ohra din id-dikjarazzjoni tipproponi:
• Iktar impjiegi u mpjiegi ahjar permezz ta’ pjan ta’ rkupru ekonomiku Ewropew.
• sistema tal-welfare iktar f’sahhitha sabiex tkun provduta iktar sigurta’ u ugwaljanza, u biex tkun evitata l-eskluzjoni socjali
• Drittijiet aqwa ghall-haddiema u t-tmiem tad-dominanza ta’ principji tas-suq li jkabbru x-xoghol prekarju.
• Hlas ahjar ghall-haddiema, permezz ta’ negozjati kollettivi.
• Solidarjeta’ Ewropeja kontra l-eccessi tal-kapitalizmu.

Certament li biex politika bhal din tirnexxi jinhtieg naraw il-partecipazzjoni tal-haddiema fuq livell politiku, u socjali tikber dejjem aktar, ghax kif jghidu “Hadd ma jahsillek wiccek, biex tkun ahjar minnu.”

[Artiklu ppubblikat f'It-Torca tal-Hadd 11 ta' Lulju, 2010]

Thursday, July 8, 2010

Tliet punti lill-Knisja


Il-Knisja Kattolika li hi maghmula minn bnedmin li jizbaljaw daqs haddiehor taghmel sewwa jekk ma tidholx f’nases li ma jixirqilhiex tidhol fihom. Il-Knisja taghmel hafna gid, izda meta taghmel id-deni ghandha tara li tirrikonoxxih u taghti gustizzja mill-iktar fis lil dawk li tkun ikkawzatilhom il-hsara.

DJ-at-heart

Fid-dokument intitolat “Nirrestawraw il-Festi flimkien” mahrug mill-Arcidjocesi ta’ Malta f’Ottubru 2009, l-Arcisqof Cremona rringrazzja lil dawk “li qed jaghmlu sforzi biex il-Festi taghna jkunu ‘totalment Insara’”. Fl-istess waqt il-Knisja lesta tuza d-dekorazzjonijiet taghha ghall-kuncerti muzikali li zgur m’humiex celebrazzjonijiet religjuzi.

Il-gimgha li ghaddiet il-Knisja tal-Furjana ippartecipat fil-kuncert muzikali tal-Isle of MTV. Il-faccata tal-Knisja ddedikata lil San Publiju kienet mixghula kollha, filwaqt li l-koppla nxtelghet mill-erba’ nahat sabiex tkun parti mill-ispettaklu tal-Isle of MTV. L-Arcisqof jikteb car u tond li “Il-Festa rriduha tkun dejjem vera celebrazzjoni religjuza Maltija li taghti glorja ‘l Alla u li jkunu jistghu jattendu ghaliha u jgawduha familji bl-ulied.”

Fil-fehma tieghi, bhalma l-Knisja tesigi li n-nies jaghmlu mill-Festi fl-irhula u l-ibliet taghna celebrazzjoni religjuza, hekk ukoll nifhem li dekorazzjonijiet li huma intenzjonati ghal celebrazzjonijiet religjuzi ma jintuzawx f’avvenimenti li m’ghandhom l-ebda element religjuz. Ghalhekk ma nistax nifhem ghaliex il-Knisja tal-Furjana giet mixghula waqt dan il-kuncert.

Jista’ jkun li l-Parrocca tal-Furjana giet imhallsa somma tajba biex tixghel il-faccata u l-koppla taghha waqt dan il-kuncert? Jista’ jkun li l-Knisja lesta twarrab principji li ssemmi bl-iswed fuq l-abjad, biex ma titlifx introjtu importanti? Jista’ jkun li ghal Knisja id-diski tad-DJ-at-heart David Guetta ghandhom xi element religjuz li jien ghadni ma ntbahtx bih?

No Response

Gustizzja li ddum ma tasal, hija gustizzja mcahhda. Jidher bic-car li l-vittmi tal-abbuzi minn membri tal-kleru gewwa l-Istitut ta’ San Guzepp f’Santa Venera mhux qed tinghatalhom il-gustizzja misthoqqa. Lawrence Grech u Joseph Magro, tnejn mill-vittmi f’dan l-iskandlu qalu li f’seba’ snin mindu nbeda dan il-kaz qatt ma gew imsejha mir-Response Team tal-Kurja.

Jidher car li z-zmien jittawwal apposta, biex kemm jista’ jkun l-affarijiet jibirdu, u meta l-Arcisqof ikollu xi intervista bhalma kellu f’The Sunday Times of Malta tal-Hadd 27 ta’ Gunju, joqghod jinheba wara l-fatt li r-Response Team ghadu qed jinvestiga l-kaz. L-istess tattika li l-Gvern juza meta jinheba wara l-istituzzjonijiet li johloq hu stess, biex iz-zejt jinzamm milli jitla’ f’wicc l-ilma jew biex jghid li mhux minnu jiddependi.

Ma taghmilx kuragg kbir meta tiftakar li l-Papa prezenti, meta kien Kardinal, wera bic-car li hu wkoll ried li kazi bhal dawn jinzammu sigrieti mill-Knisja. F’Mejju 2001 kien baghat ittra lill-Isqfijiet Kattolici fejn fiha qalilhom sabiex jasserixxu d-dritt tal-Knisja li taghmel l-inkjesti taghha fil-maghluq, u li jzommu evidenza kunfidenzjali sa ghaxar snin wara li l-vittmi ikunu saru adulti.

Ir-ritratt ta’ Lawrence Grech imlibbes ta’ tfajla meta kien ghadu teenager huwa xhieda cara li dawn it-tfal li llum huma adulti kienu qed jitrabbew f’ambjent ta’ hsara kbira ghas-sahha mentali taghhom, u ghalhekk jixirqilhom il-gustizzja llum qabel ghada.

Qassisin mizzewga

Il-Knisja taghmel sew jekk tistaqsi lilha nnifisha jekk ghadux jaghmel sens li tezigi li l-membri tal-kleru ma jkunux mizzewga. Li l-Knisja tibqa’ thares lejn l-espressjoni sesswali tal-bniedem bhala xi haga li tikkontamina lill-membri tal-kleru fi hdanha, hija xi haga li ma taghmilx sens.

Il-President tal-Bolivja, Evo Morales, waqt laqgha li kellu mall-Papa f’Mejju li ghadda tah proposta cara fejn qallu li l-Knisja “m’ghandhiex tichad parti fundamentali min-natura tal-bniedem u ghandha tabolixxi c-celibat” fost il-qassisin.

Bhalma fil-passat il-Knisja kellha l-kuragg taghmel qabziet ‘l quddiem, bhal fil-kaz tal-Koncilju Vatikan it-Tieni, nemmen li hekk ukoll ghandha taghmel illum sabiex bl-attivitajiet taghha tinterpreta dejjem aktar il-kliem ta’ Kristu. Dan taghmlu filwaqt li ma toqghodx tuza l-energija taghha biex issalva gieh l-awtorita’ taghha li ma hija mmexxija minn hadd hlief bnedmin fallibli bhalna.