Wednesday, June 9, 2010

Sistema tas-sahha marida


Fil-qasam tas-sahha, il-Gvern mhux qieghed jaghti s-servizz li jixraq lic-cittadin. Minn ghalih illi jekk joffri servizz tajjeb u fil-hin lic-cittadin ikun qed jaghmel pjacir lil xi hadd. Jinsa’ li t-taxxa fuq id-dhul taghna tohrog ma’ kull paga li nircievu, ghall-kuntrarju ta’ dawk li t-taxxa fuq id-dhul taghhom jistghu idawruha kif jaqblilhom jew inkella jistennew sa ma tinhafrilhom.

L-isptar Mater Dei gie mpitter minn bosta esponenti tal-Gvern bhala s-soluzzjoni ghan-nuqqasijiet li kienu gja’ jezistu fil-qasam tas-sahha. Dan xejn ma kien minnu. Bosta huma dawk li gejjin mill-professjoni medika, bhal tobba u infermiera, li jaqsmu mieghi l-hsibijiet taghhom dwar l-operat tal-isptar Mater Dei. Jinhass is-sentiment li m’huwiex isir bizzejjed biex nilhqu l-ghan li c-cittadin jinghata servizz tajjeb u fil-hin.

F’certu dipartimenti tinhass htiega kbira li jinholqu iktar timijiet ta’ tobba taht konsulenti specjalizzati. Dan minhabba l-fatt li qed ikunu spissi l-kazi fejn persuni li jintbaghtu bl-ittra tat-tabib tal-familja (minhabba xi ugigh jew kumplikazzjoni fis-sahha) bl-ghan li jkunu nviztati minn tobba specjalizzati, jinghataw appuntament ghal xhur jew inkella ‘l fuq minn sena wara. Tilhaq mhux timmormra sa ma jasal l-appuntament!

Jekk jinholqu iktar timijiet ta’ tobba specjalizzati biex jipprovdu vizti gewwa l-out-patients (kura sekondarja) u jekk hemm bzonn jirreferuhom biex ikunu operati jew mizmuma ftit zmien fl-isptar (kura terzjarja), ikunu iktar il-kazi li jissolvew malajr.

Madanakollu xorta hemm il-problema li:
1. Thallew jingemghu listi ma jispiccaw qatt ta’ nies jistennew l-operazzjonijiet.
2. Hemm bzonn li x-xoghol jitqassam ahjar fl-Operating Theatres sabiex id-domanda tan-nies tintlahaq izjed.
3. L-iSptar Mater Dei ma jesghax sodod bizzejjed.
4. Il-holqien ta’ sptar Onkologiku, bhala estensjoni tal-iSptar Mater Dei ghadu biss tahziza fuq karta, u lanqas l-ewwel gebla tieghu ghadha ma tqghiedet.

Bla dubju dawn l-inefficjenzi fil-kura tas-sahha tal-istat, li ghaliha nhallsu inti u jien mit-taxxi taghna, qed joholqu ambjent iktar tajjeb biex is-settur privat tas-sahha ikompli jissoda gewwa pajjizna. Min jiflah ihallas ghaliex jaqlaghha tajjeb, jew inkella investa f’assikurazzjoni personali ghal sahhtu, jaghmel sew li jmur jinqeda mill-isptarijiet privati. Hekk jew b’hekk jikkontribwixxi ghal inqas iffullar fl-isptarijiet tal-istat. Izda min ma jiflahx ihallas, irid jew ma jridx xorta qed ikollu jispicca jmur jinqeda ghand specjalisti privati.

L-ikbar bicca f’din il-kwistjoni hi li l-istess konsulenti li jaghtu s-servizz taghhom lill-istat, jaghtu wkoll is-servizz taghhom fil-privat. M’hemmx ghalfejn nghidilkom li dan kollu jwassal biex jinholqu certi kunflitti ta’ interess. Naf konsulenti li huma ta’ kuxjenza kbira mall-klijenti taghhom, u lil dawn ninzghalhom il-kappell. Izda x’jigri meta fic-centru tal-kura tas-sahha tidhol r-reghba ghall-flus? Jista’ jkun li certi individwi jinghata iktar attenzjoni jekk ikunu marru ghall-vizta privata qabel ma jmorru ghall-kura fl-isptar tal-Gvern?

Dawn huma mistoqsijiet illi tajjeb li naghmluhom. Jinhtieg li l-affarijiet li m’ghandna ndarru qatt f’pajjizna, naghzlu li ma nhalluhom jindraw qatt. Jekk dan isir inkunu qed inkomplu nimlew il-kultura taghna bir-reghba ghall-profitti. Jekk dan isir, ahna li niddependu mill-paga ghall-ghajxien taghna, inkunu qed incedu quddiem sistema li ma tghoddx ghalina. Ma nkunux qed inzommu l-bibien miftuha sabiex il-kura tas-sahha li niehdu, nihduha fil-hin u ta’ kwalita’ gholja. L-Inglizi jghidu “Justice delayed; justice denied”, f’dan il-kaz nistghu nghidu “Healthcare delayed; healthcare denied”.

[Pubblikat f'L-Orizzont tal-lum 9 ta' Gunju, 2010]