Monday, May 31, 2010

Kwestjoni socjali u morali



Id-diskors tal-Isqof t’Ghawdex Mario Grech, waqt il-konferenza mtella’ minn Progettimpenn nhar is-Sibt, 15 ta’ Mejju, ta hafna x’wiehed jixtarr dwar il-mod kif tahsibha l-knisja dwar iz-zwieg, u dwar dawk li ma jahsbuhiex bhalha. Kien hemm diskorsi li l-Isqof Grech ghamel dwar it-temi tal-Immigranti u l-Faqar, li jien qbilt mall-principju taghhom, izda rigward it-tema taz-zwieg il-kaz huwa differenti.

L-iktar haga li qed izzomm lura lil Monsinjur Grech milli jifhem l-opinjoni ta’ min irid jara l-affarijiet tal-iStat ikunu mhaddma b’mod separat mill-affarijiet tal-Knisja hija l-kwestjoni tal-morali. L-Isqof Grech jikkritika bis-shih ir-relattivizmu morali, u bhall-Papa Benedittu XVI jara l-morali bhala par zarbun ta’ qies wiehed, li b’xi mod kulhadd ghandu jara li jdahhlu f’saqajh.

Din l-idea qatt ma nista’ naqbel maghha. Hija antikwata u b’mod zbaljat tibqa’ tghodd lill-Knisja bhala l-awtorita’ assoluta fuq il-morali tas-socjeta’. Huwa fatt li l-Knisja hija parti mill-iStat, izda l-argumentazzjoni tal-Isqof Grech qieghda tpoggi lill-iStat bhala bicca ghodda f’idejn il-Knisja. Dan ma jirriflettix il-fatti. Huwa argument li jzid in-nuqqas ta’ ftehim bejn min bhali jixtieq li jara d-dritt tad-divorzju introdott f’pajjizna u dawk li bhall-Isqof Grech jaraw il-kisba ta’ dritt bhal dan bhala theddida fuq il-morali tas-socjeta’ taghna.

Ghalhekk religjuzi bhall-Isqof Grech jaraw id-dritt tad-divorzju bhala mod kif inkunu ta’ theddida ghall-valuri tradizzjonali. B’mod differenti jiena nahseb li d-divorzju huwa mod kif nirrispondu ghar-realtajiet socjali ta’ pajjizna. B’dan il-mod, cittadin li ghandu l-istess fehmiet tal-Isqof Grech, u jinduna li z-zwieg fallielu, jahdem skont il-kuxjenza tieghu u jaghzel li jissepara jew jikseb l-annullament, filwaqt li min ihoss li s-soluzzjoni ghaz-zwieg tieghu tkun id-divorzju, ukoll ikollu d-dritt li jaghzel. Dan jaghmel il-kuxjenza propjeta’ tal-individwu u mhux propjeta’ nazzjonali jew ta’ xi awtorita’ ohra mmexxija mill-bniedem.

Tajjeb li wiehed iqis li Stat li jdahhal id-divorzju, ma jfissirx li jkun Stat li jinkoraggixxi l-firdiet fil-familji. Min jipprova jaghti x’jifhem dan, ikun biss qed jilghab il-loghba tal-ingann sabiex jiddefendi l-istatus quo akkost ta’ kollox. Ghandna nemmnu fil-familji bhala c-celloli tas-socjeta’ taghna. Iktar ma jkunu f’sahhithom il-familji, iktar tkun f’sahhitha s-socjeta’. Madanakollu relazzjonijiet ta’ persuni li kellhom jisseparaw mill-ewwel sieheb jew siehba taghhom fiz-zwieg, ikunu jistghu jergghu isibu l-istabilita’ taghhom permezz tad-divorzju li jaghtihom ic-cans jizzewgu ghal darba ohra. Ghalhekk id-divorzju jservi ta’ ghodda li thalli lil min jinghaqad fiz-zwieg mill-gdid, u mhux ghodda li theggeg lil mizzewweg jinfired.

Dan il-punt iwassalni biex nitfa’ harsti fuq il-Ligi tal-Koabitazzjoni li l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Socjali fil-Parlament qed jilqa’ s-suggerimenti ghall-abbozz taghha. F’diskussjoni mtella’ mill-Forum Zghazagh Laburisti, nhar it-18 ta’ dan ix-xahar, bit-tema tal-Koabitazzjoni, inghatajt l-opportunita’ nesprimi l-hsibijiet tieghi dwar din il-ligi. Fost affarijiet ohra ghidt li l-ebda Ligi tal-Koabitazzjoni ma tista’ tnehhi l-htiega tad-divorzju f’pajjizna. Aktar minn hekk, jekk ikollna l-Ligi tal-Koabitazzjoni, minghajr id-Divorzju, se jkunu qed jinholqu iktar anomaliji milli ‘gja jezistu.

Rigward din il-kwestjoni kien propju l-Prof. Peter Serracino Inglott li waqt konferenza mtella’ mill-Konfederazzjoni Maltija tal-Organizzazzjonijiet tan-Nisa, nhar il-21 ta’ Mejju, gie rrappurtat li qal li l-gvern ghandu jiffoka iktar fuq it-tema tad-divorzju milli fuq il-Ligi tal-Koabitazzjoni. Id-differenza principali bejn l-argumenti ta’ l-Isqof Grech u l-Prof. Serracino Inglott, hija li tal-ewwel qed jorjenta hsibijietu fuq kriterji morali u tat-tieni qed ipoggi r-realta’ socjali fic-centru ta’ hsibijietu.

Il-hasra hi li l-Gvern mhux qieghed jiehu pozizzjoni cara. Irid jipprova joghgob lil dawk li qed jaraw din il-kwestjoni bhala wahda morali, bl-istess mod li joghgob lil dawk li jqisuha bhala wahda socjali. Ghalhekk iktar lest li joqghod jilghab bil-kliem biex jipprova joghgob lil dawk li qed ipoggu rwiehhom fuq naha jew ohra tal-munita, milli jaghti twegibiet konkreti permezz ta’ politika cara.

Il-hasra hi li bil-politika ambigwa tal-Gvern hafna familji m’humiex qed ihossuhom trattati b’mod gust mis-socjeta’, u s-sens ta’ “Kulhadd jirranga kif jistà” qed jithalla jirrenja taht dan il-Gvern tal-minoranza.

[Pubblikat fil-gurnal It-Torca tat-30 ta' Mejju, 2010]

Tuesday, May 18, 2010

Minn Marsaxlokk ghal Brussell

Pubblikat fil-gurnal KullHadd tal-Hadd 16 ta' Mejju, 2010

Mario Galea kien jaf x’inhu jaghmel meta vvota favur il-mozzjoni tal-Partit Laburista dwar il-Power Station antika tal-BWSC. Galea huwa min-nahat ta’ Marsaxlokk, u l-kuxjenza ma taghtux li jivvota kontra n-nies li twieled fosthom u jghix maghhom.

Xejn m’hu se jnehhili l-hsieb minn rasi li Galea seta’ safa vittma ta’ theddid jew pressjoni zejda minn shabu tal-Gvern tal-minoranza, biex idawwar il-vot tieghu.

Il-‘Clerk of the House’ thawdet meta semghet lil Galea jghid ‘Yes’ cara favur il-mozzjoni tal-Partit Laburista. Agixxiet daqs li kieku l-irwol taghha kien jitlobha ggorr il-bandiera ta’ partit u mhux il-bandiera tal-pajjiz. L-Ispeaker Michael Frendo ma damx ma hareg ta’ dilettant f’din il-kwistjoni u biex jiffavorixxi lil shabu ghazel li jisma’ recording, li sar b’hafna mill-mikrofni mitfija. Ma tax kaz in-notamenti tal-‘Clerk’ li kienu juru bic-car li Galea ivvota “Yes”, u ghalhekk ir-rizultat kien 35 favur u 34 kontra. Stejjer li tismaghhom fir-Repubbliki tal-Banana.

David Agius, il-frosta tan-naha tal-Gvern tal-minoranza, dam jahsibha sal-Hadd li ghadda biex jivvinta li ra ‘siggu jtir f’nofs il-Kamra’. Donnu qed jara wisq films ta’ Harry Potter, jew inkella qed ibati b’dawk li jghidulhom ‘hallucinations’. Bniedem li jikkopja ghal darba, darbtejn, tlieta biex jirnexxilu jghaddi mill-ezamijiet zgur li ma jqanqal l-ebda fiducja.

Kienet id-Deputat Registratur tal-Università li f’Novembru li ghadda fil-qorti qalet li Agius kien inqabad jikkopja. Sfortunatament ghal Agius u ghal shabu tal-Gvern minoritarju, f’dan l-ezami ma jistghux jikkopjaw. L-ebda fabbrika tal-gideb m’hi sejra twaqqaf lil hadd milli jsejjah il-kuntratt tal-BWSC bhala wiehed korrott minn rasu sa saqajh.

Issa jinhtieg li l-battalja Parlamentari li nbdiet f’Malta, tkompli fi Brussell. Jinhtieg nuru lill-Ewropa kollha li l-qatran f’imnifsejna ma rriduhx u ma nihtiguhx. Jekk damu ma qabdu lill-Malta mall-‘grid’ Ewropew tal-energija zgur li m’huwiex tort taghna li nhallsu t-taxxi kif suppost. Kellhom ic-cans kollu biex jinvestu f’Power Station tal-gass, izda anke l-politika tal-energija bidlu biex jiffavorixxu power station li tiggenera 31 tunellata ta’ hmieg velenuz kuljum. Issa huwa c-cans li nsabbtu saqajna fil-Parlament ta’ Brussell.

F’din il-kwistjoni barra minn shabna tal-Partit Socjalista Ewropew, minghajr dubju ghandna nsibu l-appogg tal-Hodor u tax-Xellugin. Ta’ min infakkru li kien hawn min sa ftit xhur ilu riedha li hu xi kelb tal-wolf, izda imbaghad spicca hareg ta’ poodle. Lil Franco Debono minn hawn nghidlu li power station mahmuga bhal din ma tistax ma taqbilx maghha bil-paroli biss, izda kien jinhtieglek ma taqbilx maghha bil-fatti, u tivvota “Yes” fil-Parlament bhalma ghamel siehbek Mario Galea.

Hija hasra jekk waqt li l-Ispeaker kien qed jisma’ r-recordings tal-mikorofni mitfija, int kont ukoll wiehed minn dawk li setghu tefghu pressjoni zejda fuq Galea biex jivvota bil-maqlub, fit-tieni vot li skont ir-regoli tal-procedura ma kellu qatt jittiehed.

Sunday, May 9, 2010

Iva ghall-kburija. Le ghan-nostalgija.


Pubblikat f'It-Torca tal-lum 9 ta' Mejju, 2010

Ghal min irid jibdel l-affarijiet minn kif qeghdin, in-nostalgija taf isservih ta’ katina li xxekklu. Hafna drabi n-nostalgija tlibbes lil dak li jkun nuccali tal-passat li jhallik tara biss il-mumenti sbieh ta’ epoka partikolari. Spiss nitkellem ma’ attivisti li kienu jiffurmaw parti mill-Moviment tal-Haddiema fiz-zmien li saru patafjun ta’ ligijiet socjali ghall-gid ta’ kull Malti, u dawn jghidulek “Fi zmienna ridt tara kemm konna niksbu gid ghall-haddiema!”

Ghalkemm nirrikonoxxi l-kburija li dawn in-nies izommu f’qalbhom ghal dawn il-mumenti li fihom il-persuni kienu mizmuma fic-centru tal-politika, nistqarr li din l-attitudni aktar ghandha mnejn taghmel hsara milli gid. Lilna z-zghazagh attivi fil-kamp trejdjunjonistiku u politiku, din l-attitudni nostalgika min-naha ta’ attivisti akbar minna fl-eta’, ma taghmlilna xejn ghajr hsara.

Dan ghaliex in-nuccali tan-nostalgija jhalli lil dak li jkun janalizza l-qaghda ta’ madwaru bir-realtajiet tas-snin l-imghoddija. Dan ghaliex l-ideat godda jkunu meqjusa bhala theddida ghall-mod kif minn gie qabel dejjem dara jhaddem l-attivizmu tieghu fi hdan dawn l-isferi. Dan ghaliex jaghti impressjoni li dak li seta’ jitwettaq il-bierah, m’ghandniex hila nwettquh illum.

Din l-attitudni nostalgika hija l-frott ta’ Gvern tal-Lemin li ilu jmexxi lil dan il-pajjiz ghal ghexieren ta’ snin. B’din it-tmexxija rajna sensiela ta’ telfiet tal-haddiema, a skapitu ta’ rebhiet irregistrati minn dawk li ghandhom l-industriji u l-kummerc f’idejhom.

Huwa mekkanizmu li jhalli lil dak li jkun isib wens f’kisbiet tal-passat, minn flok isib kuragg sabiex jaghmel il-kisbiet tal-futur. Bhal dak il-bokser li malli jiehu tkaxkira fuq ir-ring, flok jara li jerga’ jitharreg biex jibda jaghmel rebhiet godda, jidhol f’qoxortu u jsib wens fil-kampjonati li jkun rebah qabel.

Ghalhekk ghandna naraw li nnehhu minn wiccna dan in-nuccali tan-nostalgija. Qed jixrob sahhet hafna nies u jaghti vantagg lill-avversarju etern taghna li dejjem ra kif jaghmel il-quccata tal-politika tieghu l-privileggi tan-nies li qeghdin fil-qalba tal-qalba tal-poter.

In-nostalgija hija katina tal-passat, li ma thalliniex nahsbu mod iehor minn dak li hasbu ta’ qabilna. In-nostalgija tinkoraggina inreggghu l-arlogg lura, u mhux immexxuh ‘l quddiem. In-nostalgija ggib lilna li twelidna biex naghmlu l-bidliet ghall-gid, sabiex nibzghu mill-istess bidliet li tant huma mehtiega jsiru.

Ghalhekk bil-qawwa kollha ghandna nkunu kburin daqs kull min ippartecipa fil-gid li sar fil-passat mill-moviment tal-haddiema. Madanakollu qatt m’ghandna nkunu lesti nilbsu n-nuccali tan-nostalgija. Minn flok ghandna naghrfu r-realtajiet socjali, politici u ekonomici ta’ madwarna, u nharsu ‘l quddiem biex naghmlu minn hidmietna hidma effettiva u li ggib ir-rizultati mehtiega ghall-gid ta’ min hu sod imma gust u ghal dawk li huma dghajfa izda herqana li jirnexxu.

Thursday, May 6, 2010

Nahdmu biex niehdu li hu taghna



Pubblikat f'L-Orizzont tal-Erbgha, 5 ta' Mejju, 2010

Ħafna minna l-ħaddiema u l-professjonisti, qed ninqabdu f’nasba. Qed naħlu wisq enerġija nanalizzaw x’inhu jiġri lilna, flok nitfgħu pressjoni fuq dawk li qed jiġu jaqgħu u jqumu mill-kwalità tal-ħajja li qed ngħixu.

Nagħmlu sew li nagħmlu dimostrazzjonijiet. Madanakollu m’għandniex nispiċ­ċaw il-Moviment tal-Anniversarji. Nhar l-1 ta’ Mejju, 2008, Dr Lawrence Gonzi wera kemm jistma d-dimos­trazzjonijiet tal-ħaddiema u ddeskrivihom bħala “passiġ­ġata”. Infatti id-dimostrazzjonijiet kontra l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li saru fit-28 u d-29 ta’ Frar stmahom bħala “passiġġata”.

Ovvjament dan qalu biex jipprova jxejjen l-importanza ta’ Jum il-Ħaddiem. Iżda barra minn hekk wera kemm hu u l-konservattivi sħabu jaqgħu u jqumu mid-dimos­trazzjonijiet tal-ħaddiema. Kif diġà kelli l-okkażjoni nikteb fuq dan il-ġurnal, qed nagħmlu l-iżball li ngħejjew f’nofs it-tiġrija. Kif jaf kul­ħadd it-tiġrija sal-barkun! M’aħ­niex nuru biżżejjed ku­raġġ u determinazzjoni.

Nem­men li bħala l-akbar trejdunjin f’Malta andna nimxu b’sistema fejn jekk nistgħu nifformaw koalizzjoni, dan nagħmluh bil-qalb kollha, iżda fejn ma nsibux min lest jingħaqad magħna, għandna nagħżlu li negħlbu l-isfidi weħidna.

Fil-fehma tiegħi hemm tliet miri importanti biex in-nies tal-flus u l-Gvern ma jib­qgħux ikunu dominanti fuq il-ħaddiema li jaqilgħu l-għaj­­xien tagħhom mill-paga li jir­ċievu kull xahar. L-ewwel, nagħrfu liema ħaddiema m’aħniex nolqtu bħala trejd­unjin. It-tieni tkun dik li jirnexxielna nsieħbu ma­għna lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu ma’ kum­paniji ostili għat-trejdjunjins jew inkella ħaddiema li s’issa għażlu li jibqgħu barra. It-tielet tkun dik li l-kisbiet li ma nistgħux nagħ­mlu permezz tad-dimostrazzjonijiet, nagħmlu­hom minn fuq il-post tax-xogħol.

Ilkoll nafu kif il-mezzi tax-xandir pubbliku qed jintużaw sfaċċatament biex il-poplu jkun aljenat minn dak li jkun qed jolqotna fil-preżent. Għal min imexxi l-PBS aktar hu importanti li niddiskutu x’seħħ 30 sena ilu milli naraw kif se taffettwa saħħitna l-power station “maħmuġa” li ddeċieda li jixtri l-Gvern. Għal min imexxi l-PBS xejn ma jimporta jekk il-Gvern Mal­ti qed ikun l-aktar wieħed li jin­fluwenza l-għoli tal-prezzijiet f’pajjiżna, meta mqabbel mall-Gvernijiet tal-Ewropa kol­l­ha. Għal min imexxi l-PBS xejn ma jimporta jekk il-ħaddiema f’Malta qed ikollhom l-inqas żidiet fil-paga tagħhom, meta mqabblin mall-ħaddiema kollha tal-UE.

M’hemm l-ebda distinzjoni bejn il-Partit fil-Gvern u l-istat. Għalhekk it-temi li jħammru wiċċ il-partit fil-Gvern huma t-temi li x-xandir pubbliku dej­jem jagħżel li jaħbihom, jagħ­tihom l-inqas importanza, jew inkella jara kif se joħloq skużi biex ibenġel fatti li ħadd ma jkun jista’ jiċħad. Din hi biss biċċa mill-magna tal-ħasil tal-imħuħ li l-Gvern juża biex pro­b­­lema li jkun fiha daqs zokk ta’ ħarruba, tibda tidher daqs tibna. B’hekk ixejjen il-qilla ta’ fina biex naħdmu biex niġġieldu l-inġustizzji u l-poteri abbużivi li ħafna draw jiffangaw fihom.

Dan kollu qed ngħidu biex nuri li dawn it-tliet miri huma miri għoljin li mhux se nsibu għajnuna mill-apparati.

B’hekk l-ewwel mira titlob minna li neżaminaw ir-realtajiet li għad­dejjin minnhom il-ħaddiema f’pajjiżna, u kif se nagħmlu biex jirnexxielna nibdew ninfiltraw f’kumpaniji fejn l-unjins għadhom meq­jusin bħala ‘persona non grata’ u fejn il-ħaddiema jin­żam­mu mbeżżgħin milli jieħdu mqar ‘sick leave’.

Dawn huma realtajiet li nsibuhom f’Malta, f’postijiet tax-xogħol li jibdew mil-lukandi u jispiċċaw fl-isptarijiet.

Ġaladarba jirnexxielna nippenetraw f’dawn il-postijiet tax-xogħol hemm bżonn li naraw li l-preżenza tat-trejdjunjonist fuq il-post tax-xogħol tkun waħda li ma taqta’ xejn, biex kull imsieħeb jew imsieħba jħossu li l-unjin qiegħda spalla ma’ spalla magħhom. Dan kollu jpoġġina f’pożizzjoni li dak li ma jirnexxilniex niksbu permezz ta’ “passiġġata”, niksbuh billi nuru li l-valur tax-xogħol li jagħmel il-ħaddiem u l-professjonist ħadd ma jista’ jabbuża minnu.

Għalhekk għandna nżom­mu dejjem idejna fuq il-ferita għax inkella nispiċċaw biss filosfi li l-ħin tagħna nqattgħuh nanalizzaw il-kwistjonijiet ta’ madwarna. Li jgħodd għalina hu kif se nagħmlu biex jitneħħew dawn il-pożizzjonijiet ħżiena li fihom intefgħu ħafna mill-ħaddiema. It-triq hi twila, imma ċert li fit-tarf tal-mina għad hemm id-dawl.

Christopher Cutajar huwa Assistent Segretarju taz-Zghazagh tal-GWU