Sunday, April 18, 2010

X'ried Manwel Dimech?


Manwel Dimech, twieled fil-Milied tal-1860 u miet eziljat f’Lixandra, l-Egittu, nhar is-17 ta’ April, 1921. Kien xrara kbira ghal dawk li riedu li Malta tkun Maltija, minghajr irbit kolonjali. Kien vuci qawwija favur “id-dawl”, li ghal Dimech kien ifisser l-emancipazzjoni socjali u politika tal-bniedem.

Dimech ried li l-persuna tkun wahda shiha u ghalhekk kapaci taqdef ghal rasha. Fost affarijiet ohrajn li l-imsehbin tal-ghaqda li kien waqqaf hu bl-isem ta’ “Ix-Xirka tal-Imdawlin” kienu mistennija jitghallmu kien hemm dik li; jaqraw u jiktbu sewwa bil-Malti, idoqqu strument, jirkbu ziemel u jsuquh, jghumu, u jisparaw xkubetta. Ried li l-imsiehba jkunu informati tajjeb, minghajr ebda nuqqas ta’ informazzjoni jew taghlim. Dimech kiteb li ‘Nies minfuhin bihom infushom ma nixtiqux naraw, imma anqas ma rridu naraw nies li ma jghoddu rwiehhom b’xejn..’

Dimech ried li Malta tkun kburija bl-identita’ taghha, u f’nofs “Il-Kwestjoni tal-Lingwa” fejn kullhadd kien mitluf jekk Malta hix wahda Ingliza (Anglo-Sassona) jew Taljana (Latina), Dimech wera bic-car li Malta ghandha tkun Maltija. Dimech kiteb ‘Qatt temmnu li jhobb lil Malta, min ma jhobbx l-ilsien taghha…’. Ried li jinkitbu aktar kotba bil-Malti, u li dawn ikollhom Malti suret in-nies.

Dimech ried li Malta tkun Repubblika. Ghalhekk fl-1913 Dimech stqarr car u tond “Repubblika! Repubblika! Repubblika, Maltin, biex [xi] darba nkunu nazzjon ħielsa, li tagħmel kif trid hi, u mhux kif irid ħaddieħor.” Ghal min kien jigih biza’ kbir li jaqa’ l-Imeperu Ingliz, jew li ma jzommx lil Malta aktar b’tieghu, it-twegiba ta’ Dimech kienet dik li Malta ghandha ‘twaqqaf il-bandiera taghha, issir saltna jew repubblika bil-bandiera taghha, bil-president taghha, bil-ligijiet taghha, bl-ilsien taghha, bit-truppi taghha u bl-igfna taghha.’ Skont Patri Mark Montebello, li tana bijografija ricerkata sal-anqas dettalji dwaru, ghal Dimech jum l-Indipendenza qatt ma kellu jkun mifrud minn Jum ir-Repubblika.

Dimech ried li l-haddiem jahdem tmien sighat kuljum, jinghata somma flus jekk ikorri waqt ix-xoghol, jinghata l-industriji fejn jahdem u jekk ikun hemm bzonn kien lest li jghin lill-haddiema jaghmlu strajk. Dimech ried li jinbnew dak li hu sejjah ‘Palazzi tal-Haddiema’ u li llum nirreferu ghalihom bhala Housing Estates. Ried paga indaqs ghar-ragel u ghal mara, biex fi kliemu l-mara ‘tkisser il-ktajjen li xehtu fuqha’. Ried li l-vot ikun ta’ kullhadd, kemm tas-sinjur u anke tal-fqir, kemm tan-nisa u anke tal-irgiel. Dimech jikteb kif ‘Ix-Xirka tal-Imdawlin’ kienet lesta ‘taghmel gwerra l-aktar harxa lit-tradituri li jkunu bieghu l-poplu, u ma thallihomx jieklu fil-paci l-hobz tat-tradiment’.

M’ghandniex ghalfejn nghidu li Dimech kien vizjonarju kbir. Mhux talli hareg mill-habs bhala bniedem li ma kienx lest li jerga’ jaghmel id-deni lill-haddiehor, talli ghamel il-gid lill-Malta kollha billi nebbah lil dawk ta’ madwaru u lil dawk li kellhom jigu warajh ghall-veru Helsien ta’ pajjizna. Il-qawwa fir-rieda ta’ Dimech, kienet turi kemm dan kollu seta’ jsir u l-istorja taghna ratu jsir ghexieren ta’ snin wara. Fi kliem Dimech stess ‘Minghajr rieda m’hemmx setgha’.

Ghalkemm dan il-bniedem kbir miet bhal hanzir eziljat minn artu, gensu u familtu, hawnhekk qieghdin illum naghtuh qima tal-gid kollu li ghamel fi zmienu u ta’ dak kollu li ghadda lilna. Il-monument tas-Sette Giugno gie mnehhi minn Pjazza San Gorg u abbandunat. Jekk dan il-monument ma jergax jitpogga f’post prominenti fil-Belt Kapitali taghna, ahna li l-memorja taghna ma jhassarhilna hadd ghandna naraw li ‘l quddiem naghmlu monument akbar biex infakkru lil din il-grajja, sabiex nikkompensaw ghat-tkasbir tal-istorja taghna. Bl-istess mod, l-ebda paladin tad-demokrazija m’ghandu jazzarda jnehhi l-monument ta’ Manwel Dimech minn quddiem Kastilja. Ikun biss qed iheggigna naghmlu wiehed identiku f’kull pjazza tar- rahal jew belt gewwa pajjizna.

Sewwa jaghmel il-Partit Laburista li kull sena jfakkar il-memorja ta’ dan il-bniedem kbir. Il-Partit ghandu jara li minn issa jlaqqa’ akkademici bit-tir li jhejju biografija ta’ bniedem li kien hu li hafna minn dak kollu li Dimech holom, wettqu waqt li kien mexxej tal-Partit Laburista. Din il-biografija nippublikawha nhar is-6 ta’ Awwissu, 2016, f’gheluq il-mitt sena minn twelidu. B’hekk l-istorja jiktibha min ghandu jiktibha!

(Dan l-artiklu gie pubblikat fil-gurnal KullHadd ta' nhar il-Hadd 18 ta' April, 2010)

Sunday, April 4, 2010

It-Tarzna ghalqet: issa xi jmiss?



Din il-gimgha rajna t-tarzna ta’ Malta taghlaq. Minn hdanha rajna hergin nies kbar li waqqfu lill-Partit Laburista u lill-General Workers Union. Fiha dahlu kitbiet ta’ mdawlin bhal Voltaire, ta’ Socjalisti u intelletwali bhal George Bernard Shaw, u ta’ rivoluzzjonarji bhal Karl Marx. Fiha rajna haddiema jappoggjaw lil mexxejja kbar fl-istorja ta’ pajjizna, bhal Manwel Dimech u Dom Mintoff. Fiha rajna ribelljonijiet kontra l-hakma Ingliza u kontra l-faqar ekonomiku u socjali, bhal dik tat-28 t’April, 1958. It-tarzna ghamlitna kburin f’hafna mumenti fl-istorja.

Il-poter l-ewwel!

Kien hemm lupu li biddel sufu u ghemilu ma biddlux. Laghab il-loghba li qalbu kienet mall-haddiem, izda fil-verita’ kienet imwahhla biss mall-poter. Ghad-Demokristjani il-poter jigi l-ewwel, xejn ma jigi qablu, u qatt m’ghandu jkun mittiefes. Mhux ghad-Demokristjani f’Malta biss, izda anke ghal shabhom madwar il-Majjistral dinji.

Ezempju car nistghu nisiltuh mill-htif ta’ Aldo Moro, li sar mill-Brigate Rosse f’Marzu 1978. Kien il-President tad-Demokristajni fl-Italja, ma kienx ihares bl-ikrah lejn id-dinja Gharbija, ghen lill-Gvernijiet Laburisti mmexxija minn Mintoff u ridt jaghmel kompromess storiku mall-Kommunisti fl-Italja. Waqt li kien mahtuf, hambaq kemm felah ma’ shabu d-Demokristjani biex jaghtuh xi forma ta’ ghajnuna biex ma jkunx maqtul. F’gieh il-poter, ghazlu li jhalluh imut bhal kelb f’Mejju tal-istess sena, l-aqwa li jzommu l-poter taghhom fl-Italja mhux mimsus. Hafna huma r-ragunijiet ghaliex m’ghenuhx, izda mhux fl-interess ta’ dan l-artiklu li nidhlu fihom.

Il-weghdi sa qabel l-ahhar elezzjonijiet generali jinsabu miktubin bl-iswed fuq l-abjad minn Dr. Gonzi nnifsu. Cari kienu l-kliem li l-haddiema se jkollhom aktar xoghol u xoghol ahjar. Huma s-sinjal car ta’ klikka politika li ma xebghet qatt turi d-debba u tqabbez il-hmara.

Vendikazzjoni storika

Il-halfa kienet wahda, u giet onorata, dik li jdghajfu s-sahha tal-General Workers Union. Vendikazzjoni storika li saret billi jitberbqu t-taxxi tal-poplu fuq kuntratti maghmulin hazin apposta u haddiema li jinghataw somom ta’ liri biex l-ghaqda ta’ bejniethom iddub fix-xejn u johorgu ‘l barra minnha. Dak li fl-Ingilterra Thatcher ghamlet bil-kunflitti, huma ghamluh billi roxxew flus fdati lilhom.

Dan kollu sehh filwaqt li l-haddiema tat-tarzna kienu jkunu impingija bhala r-reddiegha tal-poplu, il-mazzra ta’ pajjizna jew il-brimba li jehtieg jehtieg tinqatel. Il-fatti juru lid an huwa biss gideb, li sfortunatament dahal f’imhuh ta’ haddiema ohra u twemmen.

Inharsu ‘l quddiem

Inutli nibku fuq halib li ‘gja xxerred. Ghall-maghmul m’hemmx kunsill. Ahna li nahdmu favur l-ghixien ahjar tal-haddiema u tal-professjonisti, m’ghandniex triq ohra hlief li nharsu ‘l quddiem.

Jinhtieg li unjin bhalma hija l-GWU tkompli tinfiltra f’setturi godda tal-ekonomija bhal Gaming Indusrty u l-Call Centres. Jinhtieg li tibda tirraprezenta lil dawk il- haddiema ta’ lukandi u fabbriki li qatt ma rnexxielha tidhol fihom ghaliex is-sidien taghhom huma wisq otili lejn l-unjins. L-intraprizi zghar u medji, li jirraprezentaw l-akbar bicca tal-attivita’ ekonomika f’pajjizna, ukoll ghandhom ikunu ppenetrati. Jinhtieg li l-prezenza tal-unjin fuq il-lant tax-xoghol tkun tinhass aktar, fejn ma jkunx Mose’ li jmur ghand il-muntanja izda l-muntanja li tmur ghand Mose’. Jinhtieg li terga’ tinstab id-determinazzjoni li l-kampanji li jinbdew jitkomplew sa dakinhar li tinkiseb ir-rebha favur il-haddiem.

Bidliet

Cert li hafna minna xbajna naraw lill-haddiema jaghmlu telfiet wara ohrajn quddiem kapitali enormi ta’ flus immexxija minn dawk li xejn u hadd ma jxebbaghhom. Il-qligh jehtieg li jsir, u ghandu jithalla jsir, ghax minghajru jitkissru n-negozji u jintilfu l-impjiegi. Izda l-qligh ghandu dejjem isir fir-rispett tal-istess persuni li huwa b’xoghlhom li jsir il-qligh. Ghalhekk ir-rapprezentanti tal-haddiema u tal-professjonisti, ghandhom jaraw li jaghmlu l-ghalmu kollu taghhom sabiex jahdmu favur bidliet fil-ligijiet tax-xoghol, sabiex ikunu rispettati l-istess ligijiet u sabiex isiru l-bidliet mehtiega fil-mod kif isir it-trejdjunjonizmu.

M’huwiex zmien sabih ghall-haddiema, la f’Malta u lanqas fil-pajjizi kollha li jghixu realtajiet pjuttost l-istess ghal taghna. Izda z-zmien tajjeb ghall-haddiema, ma jistax jigi minghajr il-kapacita’ tal-haddiem innifsu. Wisq nibza’ li l-haddiem ghandu tendenza li jsib metodi kif jghix mall-problemi. Dan jaghmlu billi johloq ghalih innifsu privileggi zghar li bihom ihossu ghaddej ahjar minn siehbu li jkun ghaddej mill-istess problemi. Appuntu ghalhekk, l-isforzi tal-individwu huma biss kapaci jrazznu l-problemi u mhux jeliminawhom. Dan kollu joqtol l-isforzi kollettivi, li huwa biss permezz taghhom li l-problemi jinghelbu u mhux jindraw.

Partecipazzjoni

L-gheluq tat-tarzna, li b’inkejja jew b’ironija sar appuntu f’lejlet Jum il-Helsien, ghandu jpoggi quddiemna l-haddiema u l-professjonisti, li l-ghixien taghna ngibuh mill-paga, ruxmata mistoqsijiet. Mistoqsijiet li l-uniku mod kif inwegbuhom huwa billi nippartecipaw f’unjins u partiti politici li ghandhom ghal qalbhom il-kwestjonijiet li tassew jaffettwaw l-ghixien taghna ta’ kuljum.

Il-partecipazzjoni taghna hija wahda mic-cwievet sabiex inkunu ghaqlin bizzejjed biex ma nibilghux il-lixka ta’ min hu ossessjonat bil-poter. Ghaqlin bizzejjed biex ma nibilghux gideb bhal dik li l-haddiema tat-tarzna kienu xi reddiegha tal-poplu.