Wednesday, March 24, 2010

Ghazliet f'sahhithom


Fi sbieh it-Tnejn 22 ta’ Marzu, assistejna ghal grajja importanti fl-istorja tal-iStati Uniti tal-Amerika. Ghaddiet ir-riforma fil-qasam tas-sahha li r-Repubblikani tant opponew ghaliha u li l-Partit Demokratiku permezz tal-mexxej Obama tant stinka biex tiddahhal. Fil-qasam tas-sahha Amerikan il-bniedem se jkun qed jitpogga fic-centru u r-reghba tal-flus fil-genb. Se jkun spicca z-zmien li min m’ghandux biex jifdi assikurazzjoni, jista’ jinsa’ li jifdi sahhtu lura. Se jkun spicca z-zmien fejn ic-cittadin Amerikan tinstablu elf skuza biex ma jkunx jista’ jigi provdut il-kura tas-sahha minhabba vers partikolari fuq il-polza tal-assikurazzjoni.

F’Malta

Hawn Malta fil-qasam tas-sahha ghandna xquq kbar. Filwaqt li kien qed jinbena l-isptar Mater Dei ma tawx kaz li jsahhu l-poliklinici, jipprovdu l-isptarijiet b’ammont xieraq ta’ infermiera kwalifikati, jindirizzaw l-kunflitti ta’ interess li konsulenti li jahdmu mall-gvern u fil-privat ghandhom. Fi ftit kliem ma poggewx lill-persuna fic-centru tal-politika tas-sahha, izda minn flok l-ghan ahhari taghhom kien li z-zigarella tal-Mater Dei tinqata’ qabel it-8 ta’ Marzu, 2008.

Illum ghandek sitwazzjoni fejn ghalkemm is-sahha fuq il-karta hija b’xejn, is-sistema mhux qed tahdem kif suppost. Persuna li jkollha attakk tal-gebla malajr jghidulha li l-ewwel appuntament li jistghu jaghtuha ghall-vizta ta’ specjalist tkun ghas-sena ta’ wara. Persuni li jkollhom kundizzjoni li jridu jghixu biha tul hajjithom mhux dejjem qed jinghataw l-appuntament fil-hin li propjament ikun imisshom jigu inviztati. M’ghandix ghalfejn insemmi is-sighat twal li qiehed jistenna jekk ikollu bzonn imur l-emergenza, ghaliex f’hafna mill-kazi ma jkunx jista’ jinqeda mill-poliklinika.

Dan biex ma nsemmux il-mod kif tlaqtet sala gdida gewwa l-Mater Dei bejn zewg swali ezistenti sabiex tikkompensa ghan-nuqqas ta’ sodod li ghandu dan l-isptar. Bl-ebda mod ma jien inpoggi fid-dubju l-kapacita’ tal-professjonist Malti, qieghed biss nuri kemm min qed ifassal it-triq ‘l quddiem ghall-kura tas-sahha, mohhu jwassal biss sal-ponta ta’ mniehru.

Paga Socjali

Cert li sforzi akbar f’dan is-settur jistghu isiru sabiex jerga’ jkollna sistema li tilqa’ u mhux tinbotta lil dak li jkun. Madanakollu ahna li naraw it-taxxa fuq id-dhul tinqata’ lilna ma’ kull paga li nircievu, hekk ukoll nippretendu li nkunu moqdija tajjeb u fil-hin meta nigu biex nuzaw is-servizz tas-sahha. Din hija ‘Paga Socjali’ li l-Gvern m’ghandux icahhadna minnha, ghaliex ahna nikkontribwixxu ghaliha bix-xoghol taghna.


Tirrepetix zbalji

Ghalhekk il-Gvern ghandu jara li ma joqrobx lejn politika tas-sahha li fl-iStati Uniti ghadhom kif tawha l-genb. Il-Ministeru tas-Sahha ghandu jitghallem mill-izbalji ta’ pajjizi ohra u mhux jirrepetihom. Fid-dokument ta’ konsultazzjoni li l-Ministeru tal-Politika Socjali mmexxi minn Dalli hareg is-sena l-ohra, giet proposta sistema fejn kull cittadin jirregistra ruhu ma’ tabib tal-familja tal-ghazla tieghu. Fih jghid li f’din is-sistema l-gdida li ghandu fi hsiebu se jkun qed jaghzel lil dawk li jifilhu jhallsu minn dawk li ma jifilhux.

Sistemi bhal dawn dejjem jispiccaw ifallu, ghaliex meta taqta’ linja tispicca twegga’ lil dawk li jigu ezatt ‘l fuq mill-istess linja li tkun qtajt. Barra minn hekk persuna li llum tkun tiflah thallas, malajr ikeccuha mix-xoghol u tispicca ma tiflahx thallas. Ghalhekk tajjeb li l-Gvern jimpjega tobba tal-familja li jkopru lil dawk ic-cittadini kollha li minn jeddhom jaghzlu li s-servizz tas-sahha taghhom iriduh b’xejn mill-bidu sal-ahhar. Gvernijiet Nazzjonalisti dejjem ftahru li tawh l-ghazla lic-cittadin. Inheggeg lill-Ministeru tas-Sahha li anke f’dan il-kaz jaghti l-ghazla.

L-ghazla f’idejna

M’ghandix ghalfejn insemmi li l-ghazla ‘gja qed jaghtuhilna f’oqsma ohra bhal dak tal-energija. Ghandek l-ghazla li jew thallas prezz qares ghac-cilindru tal-gass, jew inkella ssajjar fuq il-kenur. Ghandek l-ghazla li jew thallas il-kontijiet tad-dawl, inkella jaqtghuhulek. Bhala mara ghandek l-ghazla li jew tohrog tahdem inkella insa li familtek ikollha kwalita’ ta’ hajja dicenti. Ghandna l-ghazla li jew ma nsibux il-medicina b’xejn fl-ispizerija tal-Gvern jew inkella mmorru nixtruha minn butna. Tana l-ghazla li jew jinqatalna d-dawl minn zmien ghal zmien jew inkella jibnilna ‘power station’ li ta’ kuljum tiggenera 31 tunellata ta’ skart tossiku u li mic-cmieni taghha tohrog intejjen kbar ta’ korruzzjoni.

Dawn huma l-ghazliet li qed ipoggilna quddiemna dan il-Gvern li nesa xi tfisser il-kuxjenza socjali. F’kelma wahda halef li jhassrilna sahhitna.

Sunday, March 14, 2010

It-Tkabbir tal-Port Hieles


Fil-21 ta’ Jannar li ghadda l-MEPA approvat li jitkabbar it-Terminal Numru 1 tal-Port Hieles f’Birzebbuga, fil-menqa f’Wied il-Buni. Fi Frar tas-sena li ghaddiet il-MEPA ma kienetx accettat dan l-izvilupp. Issa qieghda tghid li accettatu ghaliex “sar progress sinifikanti min-naha tal-operatur tal-Freeport” b’tali mod li l-impatt fuq l-ambjent se jkun qed jittaffa.

Biex l-izvilupp ikun jista’ jsir imiss li jinhareg l-Environmental Operational Permit. Dan se jkun qed jistabbilixxi bil-miktub x’metodi se jkunu qed jintuzaw biex jittaffa l-impatt ambjentali kkawzat minn hsejjes, dhahen, vibrazzjoni, kimici, l-ammont ta’ sighat ta’ xoghol involuti u affarijiet ohra, flimkien ma’ pjan imfassal biex l-ambjent jinghata l-attenzjoni li tixraqlu.

L-Ambjent

Il-Professur Edward Scicluna, MPE f’isem il-Partit Laburista, mill-ewwel kien ha azzjoni billi wara li l-MEPA xeghlet id-dawl l-ahdar fuq l-izvilupp talab lill-Kummissjoni Ewropea tinvestiga jekk f’din il-kwestjoni inkisritx id-Direttiva Ewropea tal-2003 li titlob li jkun ezaminat l-impatt ambjentali ta’ progetti bhal dawn. Huwa kien qal li “l-ebda informazzjoni gdida dwar l-impatt socjali” li jista’ jkollu dan il-progett ma kienet miksuba mill-MEPA bejn id-decizjonijiet li ttiehdu s-sena l-ohra u din is-sena. Jidher illi fl-istudju li ghamlet l-Adi Associates Environmental Consultants (Adi) ma kkunsidrax l-impatt li dan l-izvilupp jista’ jhalli fuq ir-residenti tal-madwar bhala parti mill-impatt socjali ta’ dan l-izvilupp.

Wiehed ghandu jqis illi bl-izvilupp kif propost il-bastimenti se jibdew ikunu eqreb taz-zona residenzjali, u b’hekk tali studju certament li ma jistax jithalla barra. B’dan l-izvilupp l-operat tal-Freeport se jkun mitejn metru biss boghod mir-residenti. Min jaqra l-Pjan Lokali ghas-sit ta’ Wied il-Buni, mahrug fl-1995, jinduna kif it-tir ta’ dan il-pjan fil-fatt huwa li l-art f’dan is-sit ghandha sservi ta’ ‘buffer zone’ bejn il-Port Hieles u z-zona residenzjali u hija mahsuba li ma tohloqx inkonvenjenzi lil dawk li jghixu fil-qrib.

Haga ohra li l-konsulenti tal-Adi ghazlu li jhallu barra mir-rapporti li gew kummissjonati lilhom kienet dik li jfittxu sit alternattiv ghal dan l-izvilupp. Jidher bic-car li sit alternattiv ghal dan l-izvilupp seta’ facilment ikun it-tkabbir ta’ Terminal 2. Izda ovvjament dan ma giex ikkonsidrat bhala l-ewwel ghazla peress li t-tarf ta’ dan it-terminal ma jgawdix mill-kenn li jgawdi Terminal Nru. 1, u l-izvilupp tieghu jitlob aktar kumplikazzjonijiet minhabba il-fond tal-bahar li hemm fuq dik in-naha.

Dredging

Wiehed ma jridx jinsa it-thaffir tal-qiegh li diga’ inghata l-permess. Dan jissejjah ‘dredging’, u jsir sabiex il-bastimenti jkollhom fond bizzejjed biex ikunu jistghu jidhlu lejn il-bajja, iduru u jsorgu ‘l gewwa. Is-Sindku ta’ Birzebbuga, Joseph Farrugia, qalilna kif id-‘dredging’ se jikkawza hsara fuq ir-ramla, ghaliex partijiet minnha tibda tingarr ‘l barra mill-kurrenti li jingibdu lejn it-thaffir li jkun sar. Dan isir aktar possibli minhabba li l-bastimenti jibdew iduru aktar qrib tal-bajja, u b’hekk il-kurrenti jinholqu aktar fil-vicin.

M’huwiex eskluz li parti mit-tarf tal-hekk imsejjah “moll tal-Enemalta”, li jinsab biswit il-monument li jikkommemora il-grajja tal-laqgha ta’ Bush ma’ Gorbachev f’Dicembru 1989, tkun imnehhija sabiex il-bastimenti li jsorgu ma’ dan il-moll jibdew isorgu aktar qrib ix-xatt, biex b’hekk il-bastimenti li jkunu dehlin lejn Wied il-Buni jkollhom spazju bizzejjed biex idawru u jsibu posthom.

Impatt ekonomiku

Barra l-impatt ambjentali li tali zvilupp kapaci jgib mieghu, wiehed ghandu jikkunsidra wkoll l-impatt ekonomiku. Progett bhal dan jista’ johloq ix-xoghol ghal bosta nies. Il-Freeport qed tghid li qed tippjana li ‘l quddiem tibda tiflah mat-tliet miljun kontejner tal-ghoxrin pied. Certi fatti ma jaghtux daqshekk kredibilita’ lil dawn l-ambizzjonijiet. L-industrija tal-garr tal-kontejners ma tantx rat zminijiet sbieh dan l-ahhar. CMA CGM, il-kumpanija li topera l-Freeport, u li hija it-tielet l-akbar operatrici fid-dinja f’dan il-qasam, sofriet telf ta’ madwar 379 miljun ewro fl-ewwel nofs tas-sena li ghaddiet.

F’Ottubru li ghadda l-agenzija tal-ahbarijiet Reuters qalet li d-djun li qed tiffaccja s-CMA CGM huma ta’ madwar $5.6 biljuni jew inkella €4.12 biljuni. Dawn il-figuri jqanqlu certu thassib, meta maghhom izzid il-fatt li r-residenti ta’ Birzebbuga spiss jinnutaw li l-krejnijiet ikunu mghollija ‘l fuq, u ghalhekk ma jkunux qed igorru ebda kontejners. Nhar il-Hamis li ghadda filghodu, din kienet is-sitwazzjoni li sibna meta morna biex naraw jekk dak li jghidu r-residenti huwiex minnu (ara r-ritratt). Jidher li l-mira li l-Port Hieles jigi jesa’ tliet miljun kontejner ma tantx iddoqq quddiem sitwazzjoni fejn l-industrija tal-garr tal-merkanzija mad-dinja, u anke l-operatur tal-Port Hieles innifsu m’humiex ghaddejjin mill-aqwa zminijiet taghhom.

Turizmu

Settur importanti ghall-ekonomija Maltija huwa certament it-Turizmu. Punt interessanti li tqajjem mill-Perit Karmenu Vella waqt laqgha mtella’ fit-18 ta’ Frar gewwa s-sala tal-Kunsill ta’ Birzebbuga kien dak li progett bhal dan se jkompli jnaqqas it-tgawdija tal-bajjiet. Bl-esperjenza tieghu bhala Ministru ghat-Turizmu, bejn l-1996 u l-1998, Vella qal li waqt laqghat barra minn Malta bil-ghan li jingieb aktar turizmu lejn Malta, spiss kienu jkunu dawk id-drabi fejn il-barranin kienu jaraw in-nuqqas ta’ bajjiet bir-ramel f’pajjizna bhala xi haga li tinbuttahom milli jitfghu harsithom fuq Malta. Huwa semma’ kif barra l-impatt fuq ir-residenti tal-madwar, dan il-progett se jkollu impatt fuq it-turizmu Malti, b’mod partikolari fin-naha t’isfel ta’ Malta.

Residenti

Din il-laqgha li fiha esprima ruhu l-Perit Vella kienet organizzata minn Grupp imwaqqaf fuq Facebook bl-isem ta’ ‘No to Freeport Extension’ li ghandu mal-1,715-il membru msiehba fih. Kienet laqgha fejn ir-residenti urew il-mod li bih jistghu jaghtu daqqa t’id sabiex jaraw li dan l-izvilupp tal-moll fil-menqa ma jsirx.

Il-Birzebbuga Environment Action Group (BEAG) ukoll qed jahdem ferm rigward din il-kwistjoni. Infatti dan il-grupp qed ikun prezenti f’laqghat li jsiru bejn l-operatur tal-Freeport, il-MEPA u l-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuga. Hawnhekk ta’ min wiehed isemmi li dawn il-laqghat qabel kienu qed isiru bil-partecipazzjoni tal-MEPA u l-Operatur tal-Port Hieles biss. Kien wara li l-Kunsill gibed l-attenzjoni tal-MEPA, f’Jannar li ghadda, li kemm il-Kunsill u l-BEAG saru jkunu prezenti ghal laqghat bhal dawn.

Tkellimna mas-Segretarju tal-BEAG, John Grech, li qalilna kif bhalissa dan il-grupp qed iheggeg lir-residenti ta’ Birzebbuga biex jattendu ghal dimostrazzjoni favur l-ambjent li qed tittella’ minn ghaqdiet ambjentali u Kunsilli Lokali gewwa l-Belt Valletta, nhar is-Sibt 13 ta’ Marzu fid-9 ta’ filghodu.

Min-naha tieghu is-Sindku Joseph Farrugia, maghruf minn kull min jafu bhala “ir-Riki” qalilna kif huwa fil-hsieb tal-Kunsill Lokali li jaghmel tahdita pubblika f’Birzebbuga, bl-ghan li r-residenti tal-lokal ikunu informati dwar dak kollu li qed jigri rigward id-‘dredging’ u l-izvilupp propost fil-menqa. Intant il-bierah il-Kunsill Lokali laqqa’ l-ghaqdiet kollha f’Birzebbuga sabiex ikunu diskussi l-izviluppi li qed isiru dwar dan il-kaz.

F’dan iz-zmien li l-kliem ‘zvilupp sostenibbli’ qieghed fuq fomm kulhadd, jidher car li dan il-kaz seta’ sab bilanc bejn it-tkabbir fl-operat tal-Port Hieles, u t-tgawdija tal-bajja mir-residenti, flimkien mat-trazzin fuq l-impatt ambjentali. Spiss qed ikunu dawk il-kazi fejn l-interessi ta’ dawk li jridu jaghmlu l-flus qed jigu l-ewwel u l-interessi ta’ dawk li jixtiequ jgawdu l-ambjent fejn joqoghdu jigu t-tieni. Jonqos naraw kemm istituzzjoni bhal MEPA se tkun qed taghti piz ghal dak li r-residenti ghandhom xi jghidu, flimkien mal-argumenti teknici u legali li l-Kunsill se jkun qieghed iressaq biex dan l-izvilupp isir, izda mhux fejn propost.

chriscut@onvol.net

Thursday, March 4, 2010

Mill-Belt ghall-post tax-xoghol


Il-folol li attendew bi hgarhom nhar il-Hadd 28 ta’ Frar, u fil-jum ta’ wara, gewwa l-Belt Valletta, urew bic-car li dak li qed tghid il-GWU u dak li qed jghidu l-Forum Unions Maltin huwa propju l-vuci li l-poplu jixtieq isemma’.

Hawn min qed jghid: Imma issa x’hadna billi ghamilna zewg protesti u l-Gvern baqa’ ma biddilx il-kontijiet ezagerati li dahhal mill-ewwel ta’ Jannar li ghadda?

Inghatajna l-messagg li l-Gvern irid jibqa’ trux. Ghalhekk dan il-konfront li qed johloq il-Gvern mal-unjins, m’ghandux jieqaf hawn. S’issa l-Gvern ha kollox bic-cajt. Haseb li hareg rebbieh u li ghaddiet tieghu. La ahna li naghmlu parti mill-unjins konvinti li dawn il-kontijiet se jkunu qed ikissru lill-familji, lil dawk li jhaddmu n-nies, lill-professjonisti u lill-haddiema, allura m’ghandniex nohorgu minn dan il-konfront sakemm il-Gvern ma jissospendix dawn il-kontijiet ezagerati ghal-livell li kienu f’Jannar 2009.

Jekk nieqfu milli niggieldu din il-glieda, ma jkunx biss il-Gvern li johodna bic-cajt, izda jaghmel hekk ukoll il-poplu. Biex inkunu kredibbli jehtigilna naraw li ma nzarmawx f’nofs it-tigrija. Il-vot parlamentari tat-Tnejn, l-ewwel ta’ Marzu, kienet konferma ta’ Gvern li la jrid jisma’ mill-unjins li jifhmu minn xhiex huma ghaddejja l-membri taghhom, u lanqas irid jisma’ mill-poplu li ma jridx ihallas kontijiet ezagerati, li bhalhom hadd m’hu qed ihallas fl-Ewropa.

B’hekk issa li l-unjins ghollew lehinhom fit-toroq u l-Gvern ghazel li jibqa’ trux, il-messagg ghandu jitwassal mill-postijiet tax-xoghol. Dan ghandu jsir fl-oqsma kollha possibli li jsiru l-azzjonijiet industrijali. Kollox ghandu jkun meqjus mill-A saz-Zeta, izda galadarba dawn ikunu msejha, l-ebda pass lura ma ghandu jsir sakemm il-Gvern ikun kostrett li jissospendi dawn il-kontijiet.

M’humiex il-protesti tal-haddiema u l-professjonisti li jkeccu x-xoghol minn pajjizna. Hija l-politika tal-Gvern li qieghda titfa’ pizijiet ezagerati fuq min ihaddem u min jahdem. Gvern li jaqa’ u jqum minn sahhitna, mill-ambjent li nghixu fih u mill-gholi tal-hajja li naffaccjaw, jehtieg nuruh li l-glidiet taghna qed naghmluhom bis-serjeta’ u lesti nwassluhom sal-ahhar.