Sunday, February 28, 2010

X'wassal ghal protesta ta' llum?


Ippubblikat fil-gurnal KullHadd ta' llum it-28 ta' Frar, 2010

Il-protesta msejha mill-GWU u l-Forum Unjins Maltin, li se ssir illum fit-3.30pm gewwa l-Belt Valletta, qieghda ssir jum qabel ma jittiehed il-vot fil-parlament dwar mozzjoni mressqa mill-oppozizzjoni. Il-mozzjoni tghid li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma “anti-socjali, jimminaw l-ekonomija u x-xoghol” u “se jghabbu lill-familji u n-negozji b’pizijiet akbar li se jkollhom impatt qawwi fuq il-livell ta’ l-ghajxien u l-kompetittivita’ ta’ pajjizna.”

Kemm mat-tnedija ta’ din il-protesta u anke nhar l-Erbgha li ghadda waqt rally organizzat ghall-attivisti tal-GWU, Tony Zarb, is-Segretarju tal-GWU, sahaq li l-protesta tal-lum se sservi bhala l-ewwel pass, filwaqt li t-tieni pass se jithabbar fil-protesta nnifisha. Nhar l-Erbgha li ghaddew ta dettall iehor, meta qal li dan “it-tieni pass”, se jkun qed isir bil-qbil tal-hdax-il unjin kollha involuti. Dawn l-unjins jirraprezentaw madwar 65% tal-haddiema unjonizzati f’Malta.

Dan huwa zvilupp interessanti fit-trejdjunjonizmu Malti. Jekk qabel il-haddiema tal-id wehidhom kienu kapaci jkunu l-mutur tal-progress socjali, illum qed naraw sitwazzjoni differenti. Qed naraw li l-haddiema tal-id u dawk li jipprovdu s-servizzi qed joholqu alleanzi ma’ professjonisti li qabel kont issibhom jahdmu b’mod indipendenti minn unjins ohra ghaliex kienu jemmnu li drittijiethom jistghu jiksbuhom b’mod awtonomu, minghajr l-ghajnuna ta’ shab ohra.

L-MUT u s-CMTU

F’Novembru tal-2008 kienu ghoxrin l-unjins li nghaqdu biex jiprotestaw kontra l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. F’dak il-perjodu stess l-unjin tal-ghalliema, l-MUT, kienet qieghda tishaq li ghandu jitwaqqaf Kunsill tat-Trejdjunjins sabiex ir-rapprezentanza tal-haddiema u l-professjonisti f’Malta tkun wahda aktar maghquda ibbazata fuq front wiehed. Dan kien qed isir minhabba l-klima tajba li kienet qed tinholoq bejn l-unjins dak iz-zmien.

Kien qed isir ukoll fuq rakkomandazzjonijiet li John Monks, Segretarju Generali tal-Konfederazzjoni tat-Trejdjunjins Ewropej (ETUC) ta lis-CMTU fl-2004, li kienet tghid li ghandu jinholoq Kunsill Malti ghat-Trejdjunjins maghmul apposta ghac-cirkostanzi Maltin. B’reazzjoni ghal dawn l-izviluppi William Portelli, President tas-CMTU, qal li proposta bhal din ma kienetx qed issir f’waqtha. Gejtu Vella, Segretarju Generali tal-UHM, kien sostna li Kunsill bhal dan ma kienx se jservi fl-aqwa interess tal-haddiema.

L-MUT bdiet thoss li fis-CMTU kien hemm nuqqas ta’ professjonalita’ u demokrazija fil-mod kif jitwettqu l-affarijiet, kif ukoll kellha pozizzjoni differenti dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, milli kellha l-istess CMTU. B’hekk l-MUT sejhet ghall-vot sigriet fi hdanha, li permezz tieghu gie deciz li twarrab mis-CMTU.

Il-ForUM u l-GWU

Dan wassal biex l-MUT inghaqdet mall-Forum Unjins Maltin (ForUM), li fiha tinkludi infermiera, periti, akkademici tal-universita’, inginiera, u haddiema tal-MEPA, fost ohrajn. Jidher bic-car li l-kwestjoni tat-tariffi gabet lil dawn il-professjonisti u haddiema ifittxu alleanza mall-GWU, u nistghu nghidu li mill-bidu ta’ din il-kwestjoni dawn iz-zewg konfederazzjonijiet baqghu maghqudin sal-lum.

Il-ForUM unjins Maltin qed jithalla barra milli tkun raprezentata fil-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali (MCESD), u dan qieghed iwassal biex “id-djalogu socjali” li qed isir fi hdan il-Kunsill m’huwiex qieghed ikun tassew raprezentattiv tal-qaghda li l-haddiema u l-professjonisti qed jaffaccjaw f’pajjizna.

Il-GWU ghazlet li ma tippartecipax fil-laqgha tal-MCESD li saret nhar it-13 ta’ Jannar li ghadda. Dan ghamlitu ghaliex hasset li ma jistax ikun li l-konsultazzjoni ssir wara li it-tariffi tad-dawl u l-ilma kienu diga’ ddahhlu fl-ewwel ta’ Jannar. B’referenza indiretta ghal dan il-fatt, William Portelli, president tas-CMTU semma’ kif “unjin ohra”, b’referenza ghall-GWU, ghazlet li ma tippartecipax fit-tahditiet dwar it-tariffi, u kompla billi qal li dan ghamlitu b’detriment ghad-djalogu u ghall-haddiema li kienu qed jistennew is-soluzzjonijiet mill-unjin taghhom.

Tony Zarb qieghed jishaq li waqt il-laqgha tal-MCESD tat-13 ta’ Jannar l-ebda wahda mill-unjins prezenti ma tkellmet biex isir tibdil f’dawn it-tariffi. Qal li f’idejh ghandu l-minuti ta’ din il-laqgha, u jekk dan li qed jghid hu jkun kontrastat, lest li jippubblika dawn il-minuti. Jekk dak li qed jghid Zarb huwa minnu, dan ikun ifisser li l-unjins prezenti ghal dik il-laqgha, ghalkemm kienu jafu li qed jiddiskutu xi haga li diga’ ttiehdet decizjoni dwarha, hassew li m’ghandhomx jikkontrastaw dawn it-tariffi.

Dan ikun ifisser ukoll li ghal Vince Farrugia, li jmexxi l-GRTU, it-tariffi li hu stess sejjah bhala l-oghla fl-Ewropa f’Dicembru li ghadda, wara ma sab xejn x’jikkummenta dwar id-dhul taghhom x’hin gie biex jiddiskutihom fl-MCESD. It-tariffi mhux residenzjali, li jolqtu lis-self employed zghar u tan-nofs se jkunu qed joghlew bi 52% minn dawk imhabbra f’April li ghadda. Certament dan se jkun ifisser ugigh ta’ ras kbira ghall-membri li l-istess Farrugia jirraprezenta.

Haga naturali

Dawn is-sitwazzjonijiet fil-qasam trejdjunjonistiku, flimkien mas-sitwazzjoni ta’ Gvern li jilghabha li jemmen fid-djalogu socjali, hallew lill-GWU u l-ForUM minghajr ebda ghazla ohra hlief li jirrikorru ghall-protesta tal-lum. Ta’ min wiehed jghid li l-qawwa tal-folol prezenti llum fil-Belt Valletta, jistghu iservu ta’ qies importanti ghal dawn l-unjins sabiex jaraw x’sahha ghandu jkollu “it-tieni pass” taghhom.

Fid-dawl ta’ dan kollu hija haga ferm naturali ghal kull Ewropew li tkun imsejha protesta nazzjonali f’sitwazzjoni fejn:

  • il-hlas ghall-ilma u d-dawl qieghed l-oghla fl-Ewropa
  • l-gholi tal-hajja f’Malta huwa t-tieni l-oghla fl-Ewropa
  • il-Gvern l-ewwel jiddeciedi wahdu, u wara jlaqqa’ l-korpi kostitwiti
  • il-Gvern huwa nieqes bil-kbir mill-kuxjenza socjali

Saturday, February 27, 2010

Lehinna jehtieg jinstema'


Ahna z-zghazagh ghandna dmir x’naqdu. Ghada jehtieg li fit-3.30pm inkunu l-Belt biex nuru li rridu Gvern b’kuxjenza socjali u mhux Gvern li mad-djun li bilfors ikollna nidhlu ghalih, qieghed izidilna l-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’31% fuq dawk li kienu mhabbra f’April li ghadda, tripla l-prezz tal-gass u jrid idahhal il-hlas fil-kura tas-sahha.

Ahna z-zghazagh tal-GWU inheggu lil dawk kollha li jifformaw parti mill-Unjin Haddiema Maghqudin, l-Assoccjazzjoni Medika Maltija, l-Unjin tal-Impjegati tal-Banek u l-unjins l-ohra li jifformaw parti mis-CMTU, sabiex ghada wara nofsinhar jinghaqdu maghna ghal din il-protesta favur Gvern b’kuxjenza socjali.

Nemmnu li din is-sejha li ghamlu l-GWU u l-Forum Unjins Maltin, hija sejha illi maghha ggib responsabilita’ kbira. Nippretendu li l-protesta t’ghada sservi bhala l-ewwel pass f’mixja u mhux bhala “il-mixja”. B’dan infissru li jekk il-Gvern mhux se jisma’ mill-messagg li se nkunu qed inwasslu, allura ghandha ssir hidma kordinata bejn l-unjins kollha li qed jippartecipaw, u dawk kollha li ghad iridu jinghaqdu, sabiex isiru l-azzjonijiet industrijali li jinhassu mehtiega sakemm il-Gvern ma jibqax trux.

Il-GWU u l-Forum Unjins Maltin, ghandhom izommu l-kredibilita’ li diga’ jhaddnu billi juru rwiehhom lesti li l-hidma taghhom favur Gvern b’kuxjenza socjali ma tieqafx sakemm tara l-frott taghha. Dan ghandu jsir bil-mezzi kollha li tipprovdi l-ligi. Azzjonijiet industrijali bhal strajks huma l-ghazliet li dan il-Gvern ikun qed joffri lill-unjins galadarba jibqa’ trux ghal dak li jrid il-poplu.

Ahna z-zghazagh tal-GWU induru fuq dawk kollha li jahsbu li l-protesta jista’ jkun li ma taghmilx effett fuq Gvern trux bhalma ghandu pajjizna. Lil dawn nghidulhom li min jipprova jaghmel xi haga ghandu mnejn jitlef jew inkella jirbah, filwaqt li dawk li jiddeciedu li ma jiprovaw jaghmlu xejn ikunu qed iqisu rwiehhom b’telliefa.

Ahna nemmnu li hadd minna m’ghandu jqis ruhu b’tellief. Ghalhekk inti u l-familja kollha tieghek ghandkom tkunu maghna f’dan l-ewwel pass ta’ din il-mixja, sabiex fl-ahhar mill-ahhar Malta taghna jkollha Gvern b’kuxjenza socjali.

Sunday, February 21, 2010

Il-Privatizzazzjoni tat-tarzna


Ippubblikat fil-KullHadd tal-lum 21 ta' Frar, 2010

It-tarznari bhalissa ghaddejjin minn taqlib li qatt ma raw bhalu. Bhal donnhom dehlin f’fazi ohra tal-istorja taghhom. Nistghu nghidu li l-akbar zewg fazijiet li ghaddew minn fuq it-tarzna kienu dik li serviet ta’ mutur ghall-flotta Ingliza fil-Mediterran, imbaghad dik li serviet ta’ azjenda nazzjonali mmexxija minn Gvernijiet li kellhom pjani differenti ghaliha. Kien hemm l-eccezzjonijiet tal-perjodi 59-63 meta tmexxiet minn Baileys Ltd. u 63-68 meta tmexxiet minn Hunter. Bhalissa l-pjan huwa dak li t-tarzna tiprivatizza erbgha partijiet.

Offerti

Dan il-process qed jitmexxa mill-Ministeru tal-Finanzi, bl-ghajnuna tal-MIMCOL, li hija agenzija ta’ konsultazzjoni fl-istess Ministeru. Din tipprovdi appogg lill-korporazzjonijiet u entitajiet parastatali u dawk tas-settur pubbliku, u tghin fil-processi ta’ privatizzazzjoni li jidhol ghalihom il-Gvern. Jidher li s’issa, l-offerta preferuta ghan-naha fejn issir it-tiswija tal-vapuri fuq ix-xaqliba ta’ Bormla, hija dik ta’ Palumbo spa., li ghandu t-tarznari tieghu f’Napli u Messina. F’dawn it-tarznari Palumbo jsewwu, jibnu, jikkonvertu u jaghmlu manutenzjoni ta’ vapuri u anke jimmanifatturaw. In-naha ta’ Manoel Island, fejn isir ix-xoghol fuq il-jottijiet, jidher li se tittiehed mill-Manoel Island Consortium.

Iz-zewg partijiet l-ohra, dik tas-Superyachts li tigi f’bacir numru tlieta u l-bini tal-vapuri fejn l-eks Marsa Shipbuilding, ghadu mhux car f’idejn min se jkunu qed jghaddu. Palumbo u l-Manoel Island Consortium inghaqdu biex tefghu offerta ghal Malta Superyachts, wara li l-offerti li saru qabel, minn dawn it-tnejn b’mod individwali, minn Melita Group u minn Hili Group ma gewx meqjusa bhala sodisfacenti.

Meta wiehed jikkunsidra ghand min tista’ tghaddi l-eks Marsa Shipbuilding, l-affarijiet isiru anqas cari. F’Gunju li ghadda il-Valletta Gateway Terminal dehru bhala preferuti li jiehdu n-naha tal-Marsa f’idejhom. Madanakollu, f’Jannar, il-Ministru Fenech wiegeb ghal mistoqsija parlamentari li saret mid-Deputat Leo Brincat, u wera li t-tahditiet ghal din il-parti tat-tarzna ghadhom lura.

Trasparenza


Dwar dan is-suggett tkellimna ma’ Sammy Meilaq, li ghal tnax-il sena serva ta’ Chairman tal-Kunsill tat-Tarzna. Illum huwa jahdem ta’ shipwright u jservi ta’ President tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni tal-GWU. Huwa qalilna li huwa importanti ferm li f’gieh it-trasparenza li weighed il-Prim Ministru Gonzi qabel l-elezzjoni li ghaddiet, il-Gvern ghandu iressaq quddiem il-parlament u jippubblika l-ftehim li se jkun qed jaghmel mall-kumpaniji li se jiehdu t-tarzna f’idejhom.

Provajna niehdu l-kummenti tal-Ekonomista John Cassar White, izda dan hass li fid-dawl tal-fatt li huwa kien Chairman tal-Malta Shipyards, ma kellux jghaddi kummenti dwar dan is-suggett. Fl-1996 Cassar White gie kkummisjonat jaghmel rapport dwar il-qaghda finanzjarja u kummercjali, u dwar is-sistemi ta’ tmexxija mhaddma mit-tarznari. Huwa serva ta’ Chairman tal-Malta Drydocks, u wara, tal-Malta Shipyards ghal diversi snin. Huwa rrizenja minn din il-kariga f’Jannar tal-2008. Fl-2007 Cassar White kien rapportat jghid li “hija realta’ li twegga’ li f’hafna kazi” iktar ma kien ikun hemm xoghol fit-tarzna akbar kien ikun it-telf li ggarrab.

Telf

Ta’ min wiehed jinnota li d-differenza fit-telf li garrbet it-tarzna bejn is-snin 1996 u 2009 hija wahda kbira. Fl-1996 it-tarzna rregistrat telf ta’ 70.764 miljun ewro, filwaqt li s-sena li ghaddiet it-tarzna ghamlet telf ta’ 15.5 miljun ewro. Nistghu nghidu li f’dawn l-ahhar erba’ snin hafna mit-telf kien kawza tal-kuntratt Fairmount, li skont PriceWaterHouseCoopers ikkawza telf ta’ 37 miljun ewro, filwaqt li skont rapport li harget il-GWU, meta wiehed iqis l-overruns, it-telf minn dal-kuntratt kien ta’ 80 miljun ewro.

Jekk niehdu biss is-sena 2007, naraw kif it-tarzna irnexxielha tirregistra qliegh ta’ 5.3 miljun ewro fuq tiswijiet ta’ vapuri, mill-Fairmount biss f’dik is-sena tilfet 24 miljun ewro. Tmien miljun ewro ohra tilfithom fuq xoghol conversions ohra. Mill-bidu tas-snin elfejn kien hemm bidla fil-policy tat-tarzna, u minn hidma ffukata fuq tiswija tal-vapuri kif kien suggerit qabel mir-rapport Appledore, kien hemm il-hsieb li jkun diversifikat ix-xoghol biex jinkludi xoghol marbut mal-industrija ghat-thaffir taz-zejt, bini ta’ barges, u xoghol fuq cruise liners. Jidher bic-car li l-kuntratt Fairmount kien fih hafna intricci, u dan jixhdu l-fatt li meta t-tanker IKDAM kien konvertit f’PFSA (bastiment li jipproduci, jahzen u jgorr il-gass u z–zejt) fl-2001, ma kien registrat l-ebda telf minn dan il-progett. Dan ukoll jixhed li fil-progett tal-Fairmount zgur li ma humiex il-haddiema li kienu jahtu ghat-telf li garrbet it-tarzna.

GWU

Quddiem dan ic-caqliq li qed jigri, interessanti naraw kif se tkun qed tagixxi l-GWU. Fejn qabel kellek sitwazzjoni li s-sid huwa wiehed, il-Gvern, issa se jkollok sitwazzjoni fejn is-sidien jistghu ikunu aktar minn wiehed u m’huwiex car kif se jkunu qed jinqasmu l-haddiema. Matul dawn l-ahhar snin is-sahha tal-haddiema naqset, ghaliex naqas l-ammont ta’ haddiema, u kienu r-raprezentanti stess tal-haddiema li accettaw friza fil-pagi, xoghol bix-xift u kundizzjonijiet ohra, fil-kollaborazzjoni taghhom biex isir it-tibdil li kien maqbul.

“Qaflu” l-krejnijiet

Jekk bhalissa wiehed imur l-Isla, u jitla’ fejn is-sur biex jigi jhares fuq il-Bacir Numru 2 u l-ex-Boiler Wharf, jara li hemm tliet krejnijiet li “nqaflu” wara l-grada (ara r-ritratt). Din il-grada ttellghet biex tifred iz-zona tat-tarzna, mill-moll il-gdid li l-Ministeru ta’ Austin Gatt nieda f’Awwissu li ghadda. Moll li sar bl-iskop li jitrakkaw il-cruise liners, u li l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu iddeskrivietu mhux xieraq biex jilqa’ t-turisti fih. Dan il-moll sar kollu minghajr il-permessi tal-MEPA, u b’hekk wiehed jista’ jimmagina kemm sar hsieb rigward caqliq tat-taghmir tat-tarzna u l-uzu tal-eks boiler wharf innifsu. Il-Gvern m’huwiex car fil-pjani tieghu dwar Baciri Numru 1 u 2. Jista’ jkun li fil-verita’ lanqas pjani m’ghandu. Il-weghdi u l-kontradizzjonijiet tal-Gvern fir-rigward ta’ Bacir Numru 1 jistghu jixhdu dan.

Hemm hafna affarijiet li wiehed se jkun qed janalizza ‘l quddiem, rigward is-sitwazzjoni fit-tarznari Maltin. Biss biss ghadna ma rajna xejn konkluz mal-ebda wiehed mill-offerenti. Jinhtieg naraw ukoll jekk il-prattici tax-xoghol fit-tarznari, meta jkunu privatizzati, humiex se jkomplu jrewhu u jippompjaw ix-xoghol prekarju f’pajjizna. Xoghol ikkaratterizzat minn nuqqas ta’ kundizzjonijiet tajba tax-xoghol, haddiema b’kuntratti ghal perjodi qosra ta’ zmien u diversi sistemi ohra li hafna mis-sidien draw juzaw biex b’ingann jghaddu mit-toqob tal-ligi tax-xoghol.

Thursday, February 18, 2010

Meta l-Gvern jittarrax!


Ippubblikat f'pagna 15 ta' L-Orizzont tal-lum il-Hamis 18 ta' Frar, 2010

Ahna z-zghazagh tal-GWU mill-ewwel ilqajna l-istedina ghall-protesta nazzjonali kontra t-tariffi tad-dawl u l-ilma. Xbajna naraw il-Gvern jilghabha li qed jisma’ dak li qed jghidu l-unjins u l-ghaqdiet tas-socjeta’ civili, mentri fil-fatt huwa trux. Professjonisti u haddiema minn kull settur qed ihossu li ma jistax ikun li l-Gvern jibqa’ jitfa’ dan il-piz kollu fuq bzonnijiet li wiehed ma jghaddix minghajrhom.

Gass

F’dawn il-jiem Xitwin kullhadd isahhan daru. Is-sena l-ohra l-Gvern kien avzat li l-privatizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-gass se tkun qed tikkawza ghafsiet godda fuq il-familji. Kien trux, u llum il-prezz tal-gass imqabbel ma’ dak ta’ Frar tas-sena l-ohra nistghu nghidu li trippla.

Dawl u Ilma

Illum jekk tghix bla dawl u bla ilma fir-residenza tieghek jghodduk bi fqir. Il-Gvern qed jghid illi qed jaghti kumpens lil dawk li ma jifilhux ihallsu l-kontijiet. Irid jghaddi n-nies biz-zmien u jibghat vawcers ta’ hames u ghaxar ewro. Jekk il-kont ma thallsux fi zmien 45 gurnata thallas interessi ta’ sitta fil-mija fuq il-bilanc. B’hekk jekk int qed tilghabha mall-faqar, tircievi d-daqqa li jkun jonqsok biex toghdos ghal go fih.

Ghalxejn il-kritika li saret is-sena l-ohra dwar il-kontijiet ezagerati tad-dawl u l-ilma. Giet din is-sena u l-Gvern ghazel li jaghmel aghar. Il-kritika gejja minn min ihaddem, mir-raprezentanti tal-haddiema u minn dawk li qed isofru dawn il-pizijiet mid-djar u l-postijiet tax-xoghol taghhom. Il-Gvern baqa’ trux.

Sahha

Jekk minghajr ilma u dawl ma noqoghdux, ahseb u ara kemm noqoghdu minghajr servizz tas-sahha dicenti u minghajr hlas. Bid-dokument li hareg il-Gvern dwar il-kura tas-sahha primarja, bl-ghan li taparsi jikkonsulta, il-Gvern ghamilha fatta li kull cittadin ghandu jirregistra ma’ tabib tal-familja u jiehu l-kura primarja tieghu bil-hlas. Il-Gvern tilef kull sens ta’ kuxjenza socjali. Dan ma nghiduhx ahna z-zghazagh tal-GWU biss, izda jghiduh ukoll Membri Parlamentari tal-istess Gvern.

28 ta’ Frar

Quddiem Gvern trux bhal dan, li lest jisimghek bit-tappijiet tas-sufra f’widnejh, l-ghazla naturali tkun il-protesta. Hija l-ghodda li juza l-poplu quddiem Gvernijiet torox. Hija l-ghodda li pajjizi Mediterranji u Ewropej bhal taghna juzaw biex jitfghu lil Gvern fit-triq it-tajba jew biex ibiddlu Gvernijiet torox. Ahna niehdu gost li l-Gvern jiddeciedi li jisma’ mal-ewwel ghajta.

Min-naha taghna li nhossu l-ghafsa, ghandna naraw li jekk il-Gvern se jibqa’ trux mal-ewwel ghajta, imbaghad nuzaw mezzi ohra, sakemm l-ghajta popolari tinstema’.
Jekk il-protesta ma tkunx bizzejjed, l-ghodod l-ohra f’idejna ghandhom ikunu l-azzjonijiet industrijali, li jikbru skont kemm il-Gvern idum imtarrax. Nhar il-Hadd 28 ta’ Frar, ahna z-zghazagh tal-GWU, se nkunu qed nattendu l-protesta fil-Belt minghajr ebda hjiel ta’ biza’. Irridu naraw lilek spalla ma’ spalla maghna, f’din il-protesta favur il-kuxjenza socjali.

Sunday, February 14, 2010

B'wiehed flok hamsa!



F’dawn l-ahhar sentejn rajna l-Oppozizzjoni tuza l-Parlament b’mod aktar haj u effettiv. Rajna mumenti fejn il-Gvern kellu jdawwar ir-rotta biex ma jaffaccjax vot fil-Parlament. U rajna mumenti ohrajn fejn kienu l-istess membri parlamentari tan-naha tal-Gvern li hammrulu wiccu.

Fuq kollox l-Oppozizzjoni qeghda tinhass ghax qed tuza l-ghodda parlamentari kollha disponibbli ghaliha, biex f’wicc l-ilma jitla’ dak kollu li l-coterie (kelma ohra ghall-klikka ta’ gewwa fil-Gvern uzata minn wiehed mid-deputati Nazzjonalisti dissidenti), ma jridux li jara d-dawl tax-xemx.

Is-sitwazzjoni fil-Parlament f’din il-legislatura hija ferm differenti minn dik ta’ bejn l-2003 u l-2008. Issa zgur il-Ministru Austin Gatt ma jistax jghid li l-Gvern “ghandu maggoranza ta’ hamsa u jirbah il-vot zgur”, bhalma kien qal f’Mejju tal-2006 meta l-Oppozizzjoni gib-det l-attenzjoni lill-Gvern li kien obbligat jghaddi rizoluzzjoni fil-Parlament biex tigi trasferita l-bicca art kbira fil-Qawra li kellha l-Maltacom lil TECOM Investments.

B’Kabinett izghar u numru mdaqqas ta’ backbenchers “imqarbin”, is-sitwazzjoni prezenti hija ferm delikata ghall-Gvern. Tibdil fil-Kabinett bqajna ma rajniex.

Jidher li Gonzi xtaq ibiddel aktar, bhal nghidu ahna jaghmel lil Giovanna Debono Ministru tal-Edukazzjoni, izda jidher bic-car li l-vapur m’ghandux il-kaptan bil-par idejn “sodi” li l-magna tal-propaganda Nazzjonalista kienet tat x’tifhem li se jkollna qabel l-elezzjoni. Il-kobba tant thabblet ghall-Prim Ministru, li bhalissa jinhass li qieghed f’labirint li biex johrog minnu qed isibha difficli ferm.

Ordni Permanenti 13

Ghodda uzata fil-Parlament biex tigi sospiza l-agenda tal-gurnata, biex minflok tkun tista’ tigi diskussa tema ta’ importanza pubblika urgenti hija l-Ordni Permanenti Numru 13. Tentattiv biex isir uzu minn din l-Ordni kien sar f’Set-tembru tal-2008, min-naha tal-Oppozizzjoni, dwar “rapporti mhux michuda li fil-Malta Information and Training Services (MITTS) [il- lum MITA] qed issir investigazzjoni fuq diversi persuni minhabba l-fatt li dawn… illijkjaw informazzjoni kunfidenzjali u sensittiva….”.

Dakinhar l-iSpeaker hass li ghalkemm il-kaz kien jimmeritah l-urgenza, kien iddecida li ma kienx ikun jaqbel li jkun diskuss min-habba li kien ghad hemm investigazzjonijiet pendenti dwar il-kaz.

Imma fis-27 ta’ Jannar li ghadda, l-Ispeaker Louis Galea hasibha mod iehor ghaliex accetta talba tal-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat biex ikunu sospizi l-ordnijiet tal-gurnata biex tigi diskussa l-kwistjoni tal-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara u l-htiega li Dr. Gonzi u l-MEPA jipposponu l-laqgha li kelllha ssir l-ghada fejn eventwalment inhareg il-permess ghall-bini tal-estensjoni tal-Power Station f’Delimara. L-iSpeaker accetta din it-talba tal-Oppozizzjoni u alloka siegha ghal dan id-dibattitu ghaliex hass li t-tema kienet wahda ta’ importanza pubblika urgenti, avolja nsista li fuq dan id-dibattitu ma kellux jittiehed vot.

Mozzjonijiet

F’din il-hdax il-legislatura kienu diversi l-mozzjonijiet li poggew pressjoni fuq il-Gvern, min-naha tal-Oppozizzjoni. Il-progett li kien mahsub li jsir fl-Annex tal-Katidral ta’ San Gwann fil-Belt Valletta, huwa ezempju car ta’ dan. Permezz ta’ mozzjoni Parlamentari, f’Jannar 2009, l-Oppozizzjoni talbet biex “il-Gvern jintervjeni immedjatament biex jirrevoka l-appogg tieghu lill-imsemmi progett kif prezentat, u minflok jippromwovi l-ghazla ta' bini jew binjiet ohra fil-Belt Valletta biex jigu restawrati ghall-iskop ta' estensjoni jew estensjonijiet tal-Muzew tal-Kon-Kattidral...”.

Permezz tal-pressjoni maghmula minn ghaqdiet tas-socjet√† civili, u anki bil-pozizzjoni li kien ha d-Deputat Nazzjonalista, Jeffrey Pullicino Orlando, il-Gvern kien beza’ jmur ghall-vot b’maggoranza ta’ siggu wiehed. Dakinhar stess li kellha tkun diskussa l-mozzjoni tal-Oppozizzjoni, kienet inharget stqarrija kongunta bejn l-Arcisqof Cremona u l-PM Gonzi li biha kien gie irtirat dan il-progett.

Kaz simili ghal dan tal-Katidral kien meta l-Oppozizzjoni, f’Jannar li ghadda, ressqet mozzjoni biex Artiklu 355A tal-Kodici Kriminali li jaghti d-dritt lill-persuni arrestati li jikkonsultaw mal-avukat taghhom qabel ma jibda l-interrogatorju mill-Pulizija, jidhol fis-sehh permezz ta’ avviz legali fi zmien 30 gurnata. Ftit sighat wara li giet ipprezentata l-mozzjoni tal-Oppozizzjoni, il-Gvern mill-ewwel hareg jghid li kien sejjer jaghmel dan fl-10 ta’ Frar wara li kien ilu seba’ snin jahsibha. Sintendi r-raguni vera ghal dan kienet li Dr. Gonzi ma riedx li din il-kwistjoni tmur quddiem il-Parlament u d-Deputat Nazzjonalista l-Avukat Franco Debono jispicca jaqbel mal-mozzjoni tal-Oppozizzjoni.


L-imqarbin tan-naha ta’ wara

Fil-klassijiet tal-iskola hemm il-fama li min joqghod fil-bankijiet ta’ wara jkun imqareb. Aktar ma jghaddi z-zmien minn fuq din il-legislatura, aktar qed naraw backbenchers tan-naha tal-Gvern igibu ruhhom ta’ “imqarbin” fil-Parlament u barra minnu. L-aktar imqareb fost l-imqarbin jidher li huwa d-Deputat Franco Debono. Kontinwament bhal donnu irid jaghti sinjal li bhala deputat parlamentari, l-akbar rabta li ghandu hija lejn dawk li tellghuh fil-Parlament u mhux lejn il-partit li gej minnu u li tela’ f’ismu.

Debono gej minn naha ta’ Malta tahraq bhalissa, zona ta’ Malta fejn id-dhahen m’humiex neqsin u dal-gvern irid li jkompli jzidhom bi 11,315 tunellata ta’ skart tossiku fis-sena mill-estensjoni tal-power station ta’ Delimara. Dil-gimgha stess fil-Parlament Debono qal li “hadd m’hu se jaghlaqli halqi”. Din is-sitwazzjoni qed tinholoq minhabba li l-interessi tal-partit fil-Gvern qed imorru kontra l-interessi tan-nies, u deputati bhal Debono qed ihossu li l-kostitwenti taghhom jigu qabel l-interessi tal-klikek. Ovvjament, qatt ma jonqos l-element ta’ protagonizmu li fil-politika issibu dejjem, u jaf ifisser l-binja tal-istatura tal-politiku nnifsu jew inkella it-tkissir tieghu.

Ohrajn li tkellmu b’qawwa kontra l-mod kif qed jagixxi l-Gvern taghhom stess kienu Jesmond Mugliett dwar il-kwistjoni tat-trab l-iswed li qed tolqot ukoll lir-residenti tan-nofsinhar ta’ Malta, u aktar recenti kien it-tabib tal-familja Jean Pierre Farrugia li fil-Parlament wera li l-qasam tas-Sahha mhux qed jittiehed bis-serjet√† bizzejjed quddiem ir-realtajiet li ghaddejjin minnhom il-familji.

Il-Parlament huwa il-Poplu

Din hija legislatura iebsa ghall-partit fil-Gvern. Michael Falzon, eks-Ministru Nazzjonalista stqarr dan l-ahhar li “qisu wara li l-pajjiz dahal fl-Unjoni Ewropea, waqfu l-aspirazzjonijiet kollha…” ghal dan il-Gvern. Jinhass li dan il-Gvern m’ghandux raguni ghalfejn jezisti.

Interessanti wiehed jara kif se jizvolgu l-affarijiet wara l-protesta li se tittella’ mill-GWU u l-Forum Unions Maltin, nhar il-Hadd 28 ta’ Frar, hekk kif fil-bidu ta’ Marzu se jkun qed jittiehed vot fil-Parlament dwar it-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma. Ta’ min wiehed jara jekk hux se jkun hemm xi tip ta’ konvergenza bejn dak li qed ihambqu fuqu l-korpi kostitwiti u t-triq li se jkun qed jiehu l-Gvern. Jidher li dan hu li jista’ jkun se jiddetermina jekk l-“imqarbin” fil-Parlament joqoghdux kwieti, jew inkella jsirux imqarbin izjed.

Sunday, February 7, 2010

Konferenza Generali - Partit Laburista

Diskors moghti llum Il-Hadd 7 ta’ Frar, 2010, gewwa c-Centru Nazzjonali Laburista fil-Hamrun.

Intervent li jitratta l-Mozzjoni Programmatika

Shabi tal-Amministrazzjoni,
Shabi delegati,

Jiena bhala zaghzugh progressiv inhoss illi pajjizna huwa bil-ghatx ghall-progress. Dan is-sett ta’ principji li ghandna quddiemna jaghti kaz kemm tal-liberta’ tal-individwu, bhalma huma d-drittijiet civili, u anke tal-bzonnijiet ta’ kuljum, bhall-edukazzjoni, is-sahha u l-protezzjoni tal-ambjent.

Dan ghandu jpoggina fuq quddiem biex nistinkaw sabiex jiddahhlu drittijiet civili bhalma huwa d-divorzju. B’dispjacir nghid li ghad hawn nies fostna, gewwa dan il-moviment, li ghadhom qed jaraw il-ligi tad-divorzju bhala xi haga li tmur kontra l-valuri li jhaddnu. Lil dawn jiena nghidilhom li dritt civili bhad-divorzju m’huwiex ta’ sfida ghall-valuri tradizzjonali taghna.

Id-dhul tad-divorzju jkun ifisser li dawk li sabu problemi li ma kellhomx kontroll fuqhom fl-ewwel zwieg taghhom, ikunu jistghu jergghu jemmnu ghal darba ohra fiz-zwieg. Jergghu jemmnu fiz-zwieg bhala l-konferma tar-rieda li koppja tifforma familja.

Bhalissa ghandna s-sitwazzjoni fejn min ghandu l-flus biex jiehu d-divorzju, qed ikun jista’ jaghmel dan. Min m’ghandux il-flus ikollu jibqa’ ma jaghrafx il-pozizzjoni tieghu quddiem il-ligi. Bl-istatistika li ghandna quddiemna dwar kemm zwigijiet qed ifallu f’pajjizna, certament li jekk id-dritt civili tad-divorzju ma jidholx, Malta se tispicca bejta tal-pogguti.

Nemmen li m’ghandux ikun vot hieles fil-parlament li bih pajjizna jiddeciedi ghandux jiddahhal id-divorzju jew le. Naqbel ma’ dak li qal l-Onorevoli Evarist Bartolo aktar kmieni din il-gimgha, cjoe’ li d-divorzju ghandu jkun parti mill-manifest elettorali taghna fl-elezzjoni generali li jmiss.

F’dawn l-ahhar sena u nofs, bhala Partit Laburista qed jirnexxilna dejjem aktar nuzaw l-istituzzjonijiet tal-gvern milli konna naghmlu qabel. Qed jirnexxilna nikxfu l-prattici korrotti u l-politika li tmur kontra l-interessi tal-Maltin li ghandu dan il-Gvern konservattiv u neo-liberali. Sal-gimgha l-ohra stess rajna kif ahna, fl-oppozizzjoni, rnexxielna npoggu fuq l-agenda tal-parlament tema krucjali, dik tal-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara. Dwar l-istess tema, tressqu rapporti tal-midja Daniza dwar il-BWSC u Lahmeyer International quddiem l-awditur generali.

Dan huwa mod tajjeb hafna kif tahdem mill-oppozzizzjoni, izda jkolli nghid illi bi Gvern li jisthajjel li ma jista’ ghalih hadd, li tuza l-istituzzjonijiet, mhuwiex bizzejjed.

Rajna kif ir-raprezentanti taghna kienu prezenti quddiem il-bord tal-MEPA fil-laqgha li ddeterminat li l-art mehtiega ghall-estensjoni tal-Power Station, tkun tista’ tintuza ghalhekk. Ghalkemm konna prezenti bir-raprezentanti taghna, htigilna nkunu hemm ukoll bil-komunitajiet tal-vicinanzi sabiex fil-glieda kontra l-istituzzjonijiet pupazzi ta’ dan il-pajjiz, ikollna aktar forza morali warajna.

Bhalma sahhahna d-djalogu f’din il-Konferenza Generali, hekk ukoll nistghu insahhu d-djalogu mall-komunitajiet taghna. B’dan il-mod nistghu narmaw tined fil-pjazez taghna fejn nitkellmu man-nies dwar temi li jkunu qed jolqtuhom fil-laham il-haj. B’hekk il-kuxjenza tan-nies fit-toroq tkun taqbel mal-hidma li nkunu qed naghmlu minn gewwa l-istituzzjonijiet fuq livell nazzjonali.

Aktar ma n-nies tifhem x’qieghdin naghmlu, aktar thoss illi l-kisbiet taghna bhala partit huma l-kisbiet taghna bhala poplu. Jinhtieg li nqanqlu fjamem li ghadhom mitfija, ghaliex ghalkemm il-vuci taghna fl-oppozizzjoni ssahhet, jinhtieg li tkun aqwa quddiem dan il-Gvern tal-minoranza.

Jiena ninsab cert li dan il-moviment jista’ jaghmel lil Malta l-aqwa fl-Ewropa. Manwel Dimech kien jghid li “Minghajr rieda, m’hemmx setgha”. U ghalhekk, ahna li rridu bil-qawwa li Malta tkun l-aqwa fl-Ewropa, cert li nistghu npoggu lil Malta verament l-aqwa fl-Ewropa.

Nemmen li dan il-moviment qieghed hemm biex iwassal il-vuci ta’ dawk li huma qawwija imma gusti u ta’ dawk li huma dghajfa izda sodi fil-principji taghhom.

Qatt daqs illum ma kont nemmen li l-Partit Laburista jista’ ghal darb’ohra jikteb l-istorja ta’ pajjizna.

L-Akbar Sfida


Pubblikat fil-Gurnal KullHadd tal-lum 7 ta' Frar, 2010


Li partit politiku taghtih dimensjoni ta’ moviment ifisser li taghmlu xi haga aktar hajja. Aktar lesta li tadatta ruhha ghac-cirkostanzi li tkun qed taffaccja s-socjeta’. Il-Bidliet li saru fl-istatut tal-Partit Laburista fis-sena li ghaddiet u f’din is-sena, taw lok sabiex il-PL jkun jista’ jilqa’ fi hdanu aktar gruppi ta’ nies differenti. Dan jaghti lok sabiex id-delegati fi hdan il-PL jirriflettu dejjem aktar ir-realtajiet socjali u ekonomici li qed nghixu fihom. B’konsegwenza t’hekk il-vuci tal-PL tkun aktar relevanti ghal zminijietna.

Huwa process li jrid isir b’reqqa, ghaliex huwa facli li fl-entuzjazmu li tilqa’ gruppi differenti ta’ nies fi hdan il-partit tieghek, tispicca jkollok nies li jkollhom interessi totalment differenti minn xulxin. Hafna drabi jkollok taghzel jekk intix lest toghgob lil Alla jew lix-xitan. Dan huwa importanti ferm ghal meta jasal iz-zmien li dan il-moviment li qed jinbena jigi biex imexxi l-Gvern.

Id-Divorzju

B’dan nifhem li l-PL ghandu jaghzel li jiehu naha fuq diversi temi.
Wahda minnhom hija certament id-divorzju. Naqbel mal-idea ta’ Evarist Bartolo, li d-divorzju jkun inkluz fil-manifest elettorali li jmiss. B’hekk tinghata idea cara lil min jahdem fi hdan il-moviment tal-miri decizi. Wara kollox id-divorzju mhix xi haga minn ghewl id-dinja. Diga’ qed jinghataw id-divorzju nies li ghandhom il-flus bizzejjed biex joqoghdu l-Ingilterra, jgibu d-divorzju minn hemmhekk u wara jkun approvat lilhom fil-Qorti Maltija. Jekk wiehed jahseb fl-istorja ta’ pajjizna, nistghu nghidu illi li kieku l-Maltin ma xxewxux kontra l-Francizi ta’ Napuljun, kieku dan id-dritt civili ilu maghna mal-mitejn sena.

Jekk ma jkunx hemm ghazliet cari fuq politika li tirrigwardja temi ta’ mportanza, kbir ikun ic-cans li dawk stess li jemmnu f’dan il-holqien ta’ moviment illum li jinsab fl-oppozizzjoni, ihossuhom skomdi f’dan l-istess moviment mal-implimentazzjoni tal-politika tieghu galadarba jkun fil-Gvern.

Min jahdem

Filwaqt li huwa tajjeb il-holqien ta’ forum ghan-negozjanti li waqqaf il-PL, tajjeb ukoll li l-PL jiffoka aktar fuq il-kwestjoni tax-xoghol prekarju. Hafna qed ikunu dawk li jhaddmu b’kundizzjonijiet mizeri fejn wiehed jahdem aktar minn erbghin siegha fil-gimgha u flok ikun registrat bhala impjegat full-time, dan ikun registrat bhala self-employed. Dan iwassal biex ma jittiehdux il-beneficcji li haddiem full-time huwa intitolat ghalihom. Il-famuzi zewg ucuh ta’ Gonzi laghbu wkoll parti f’dil kwestjoni, ghaliex qabel l-elezzjoni tal-2008 qal li se jindirizza dil-kwestjoni, u wara l-elezzjoni rajna weghda ohra ttir mar-rih. Dan biex ma nsemmux nies li jkunu mhedda li jitkeccew mix-xoghol jekk jiehdu s-sick, tfajliet li jkollhom jaghzlu bejn ix-xoghol u t-twelid ta’ tarbija u pressjoni biex il-haddiema ma jissihbux f’unjin.

Persuni b’nuqqas ta’ kwalifiki li jintlahqu wara s-sekondarja, li jaghtu lill-individwu certifikat ta’ hila akkademika jew vokazzjonali, huma dawk li jistghu facilment jaccettaw impjiegi bhal dawn. Aktar u aktar meta tali persuni jkollhom urgenza kbira li jaqilghu lira minhabba li jkunu qed jaffaccjaw cirkostanzi bhal djun, separazzjoni jew trobbija tat-tfal.

Fi kwestjoni bhal m’hi din tax-xoghol jista’ jinsab il-bilanc necessarju biex kemm min ihaddem u kemm min jahdem ihossu komdu f’dan il-moviment. Kollox ghandu jibbaza ruhu fuq ir-rispett reciproku bejn iz-zewg partijiet.

L-akbar sfida

Is-sett ta’ principji li fassal il-PL huwa wiehed gust ghaliex jaghraf jirrispetta l-liberta’ tal-individwu filwaqt li jaghti kaz bzonnijiet importanti hafna bhall-edukazzjoni u s-sahha. Il-pass li jmiss certament huwa dak li dan is-sett ta’ principji jkun applikat fil-politika ta’ kuljum ta’ dan il-moviment, bhalma diga’ beda jsir.

Issa li l-Partit Laburista qed jirnexxilu jidjaloga aktar fi hdanu, imiss li jidjaloga fit-toroq man-nies sabiex joffri alternattiva ghal dan il-Gvern li jhares l-interessi tal-ftit u jigi jaqa’ u jqum minn dawk tal-hafna. Jinhtieg li titqajjem aktar kuxjenza fl-irhula u l-ibliet taghna, sabiex il-battalji socjali u politici li l-oppozizzjoni qed taghmel fuq livell nazzjonali minn gewwa l-istituzzjonijiet, isiru wkoll il-battalji tan-nies li jkunu gejjin minn kwalunkwe’ tarf ta’ Malta u Ghawdex. Din hija l-akbar sfida li jmissu jeghleb il-PL. Bir-rieda kollox jinkiseb.