Sunday, January 24, 2010

Iz-zghazagh fil-Partit Laburista


It-tnehhija tal-kariga ta’ Segretarju Generali kif imhaddma mill-1977 lil hawn fil-Partit Laburista kienet ilha tinhass ta’ zgombru ghall-Partit Laburista. Dan hareg minn zewg rapporti li l-PL kkummissjona wara t-telfiet elettorali tal-2003 u l-2008. Fil-PL kien hemm sitwazzjoni fejn zewg kaptani kienu mahtura jmexxu l-istess bastiment.

Dawk illi kienu qed jistaqsu fejn huma t-terremoti mwieghda, jistghu jaraw illi qed jitwettqu. Fil-fehma tieghi dan it-terremot imissu sehh sena u nofs ilu, izda ahjar tard milli qatt. It-terremoti huma mehtiega f’kull organizzazzjoni. Ghalkemm l-istabilita’ toffrilek kontinwazzjoni f’hidmietek, l-istagnar joffri biss nuqqas ta’ motivazzjoni.

Nemmen li rigward iz-zghazagh fil-PL hemm bzonn li flok isiru t-terremoti, jinholqu strutturi godda li jkunu jistghu jiffacilitaw din il-hidma zaghzugha, kemm ghal dawk iz-zghazagh li huma attivi fil-lokalita’ taghhom, u anke ghal dawk iz-zghazagh li ghandhom funzjoni nazzjonali fi hdan il-PL.

Iz-Zghazagh

F’dawn l-ahhar sena u nofs rajna t-twaqqif ta’ diversi ferghat taz-zghazagh madwar Malta. Dawk ta’ Rahal il-Gdid u ta’ Hal-Ghaxaq jistghu iservuna ta’ ezempju. F’kull lokal li l-PL ghandu kumitat lokali, ra li jinhatar ufficcjal taz-zghazagh sabiex jikkordina l-hidma zaghzugha fil-lokal li jkun gej minnu.

Il-Forum Zghazagh Laburisti (FZL) nistghu nghidu li jservi ta’ ezekuttiv nazzjonali fil-kordinament tal-hidma zaghzugha fi hdan il-partit. Dan qed jaghmel hidma tajba permezz tal-appogg tieghu liz-zghazagh attivi fil-lokalitajiet taghhom u anke permezz ta’ kordinament ma’ ghaqdiet xellugin u progressivi taz-zghazagh li nsibu f’pajjizna. Madanakollu nemmen li ghandha tinholoq holqa bejn il-livell nazzjonali u dak lokali.

Tezisti l-htiega li jinholoq ufficcjal regjonali ghaz-zghazagh. Peress li d-distretti elettorali huma tlettax, u l-PL ghandu struttura ibbazata fuq id-distretti, tajjeb li jkunu tlettax l-ufficjali regjonali ghaz-zghazagh. Dan ifisser li jkun mahtur wiehed fuq kull distrett.

L-irwol taghhom

L-irwol ta’ dawn l-ufficcjali regjonali ghaz-zghazagh ikun li jikkordina l-hidma taz-zghazagh fid-distrett. Jaghmel dan billi fil-bidu ta’ kull sena jlaqqa’ l-ufficcjali zghazagh tal-lokal fid-distrett li jkun gej minnu, sabiex jitfassal pjan ta’ azzjoni. B’hekk iz-zghazagh tad-distrett jahdmu b’iktar kuntatt u sinkronizzazzjoni bejniethom. Ikun fid-dmir tieghu li jsolvi diffikultajiet li jinqalghu minn zmien ghal zmien, u dan jaghmlu b’konsultazzjoni mall-FZL.

Nifhem li jonqos nitilghu xi targiet ohrajn qabel naslu f’dan l-istadju. L-ewwel jinhtieg li aktar lokalitajiet jiffurmaw ferghat lokali zghazagh. Jinhtieg li jsiru laqghat mal-ufficcjali taz-zghazagh u l-kumitati distrettwali sabiex dan il-progett jaghmluh il-progett taghhom ukoll.

Ghandu jkun delegat?

Biex taqdi funzjoni f’partit politiku m’hemmx ghalfejn tkun delegat. Certament li ufficcjal regjonali ghaz-zghazagh ikun jrid jaghti rendikont tal-hidma tieghu kemm lill-Kumitat Distrettwali u anke lill-FZL. Jekk jinhass li ghandu jkun Delegat fil-PL, tajjeb li jkun kunsidrat li dan ikun wiehed mit-tlett delegati li saru jinhatru f’kull kumitat distrettwali. B’hekk tizdied il-partecipazzjoni taz-zghazagh f’livell distrettwali, u tinholoq il-holqa mehtiega bejn il-livell nazzjonali u dak lokali f’dan ir-rigward.

B’hekk il-FZL ikun kapaci li jkollu grupp ta’ tlettax-il persuna li minn zmien ghal zmien ilaqqaghhom biex jinghata rendikont ta’ diffikultajiet partikolari li jkunu qed jigu affaccjati u jkun aktar f’qaghda li jikkordina l-hidma nazzjonali fdata f’idu.

Is-Sentejn mehtiega

Nifhem li jinhtiegu sentejn biex iwasslu din il-vizjoni fis-sehh. L-ewwel sena tkun iddedikata biex jitwaqqfu aktar ferghat taz-zghazagh fil-lokalitajiet u tibda tinbigh din l-idea fil-livelli kollha tal-partit. Fit-tieni sena tibda tithaddem din is-sistema bhala progett pilota. Wara, fil-Konferenza Generali li tkun tmiss titressaq mozzjoni sabiex dan kollu jsir parti mill-istruttura ufficjali tal-PL, u jkun marbut b’regolamentazzjoni apposta.

Thursday, January 21, 2010

Zghazagh minsijin, attivi jew akkuzati


L-akbar ħtieġa li qed nara quddiemna ż-żgħa­żagħ hija dik li norganizzaw rwieħna b’mod differenti. Għandna naraw li l-għaqdiet li nkunu parti minnhom ikunu l-għodda tal-progress u mhux iservu bħala magni ta’ riċiklaġġ ta’ dak kollu li pajjiżna għajja jara jsir quddiemu.

Dan huwa eżami tal-kuxjenza li qabel ma nħeġġu lil ħaddieħor biex jagħmlu, jinħtieġ li nkunu aħna minn tal-ewwel li nagħmluh.

X'sar minnha l-politika taz-zghazagh?!


Dawk li huma attivi fl-għaq­diet taż-żgħażagħ m’għand­homx ikunu reqdin bħas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħa­żagħ u l-Isport. F’Ġunju li għad­da dawn qalulna li kienu qegħdin iwaqqfu kumitat biex tkun diskussa l-politika nazzjonali għaż-żgħażagħ. Taw ċans sal-aħħar ta’ Awwissu biex jikkonsultaw mall-pubbliku u l-għaq­diet taż-żgħażagħ.

Minn dakinhar ma smajna xejn iktar. Jien li qrajt l-abbozz tal-politika taż-żgħażagħ minn qoxra sa qoxra, indunajt li aħjar qattajt dak il-ħin nilgħab xi logħ­ ba ċess. Dan huwa każ ieħor fejn il-konsultazzjoni ssir biex wieħed iħossu mismugħ, iżda fil-verità ma jkun qed jingħata l-ebda każ.

Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh

Il-KNZ wasal biex jibda sena ta’ ħidma ġdida. Dan huwa ffor­mat minn għaqdiet taż-żgħa­żagħ ta’ natura politika, trejdunjonistika, reliġjuża u kulturali. Ħafna drabi ż-żgħażagħ li jifformaw l-eżekuttiv ikunu ġejjin minn għaqdiet politiċi u trejdunjonistiċi.

Nifhem li ħafna miż-żgħa­żagħ ikunu ambizzjuzi li jilħqu ċerti għanijiet f’ħajjithom. Ma­dankollu dan ma jfissirx li l-ambizzjonijiet tagħhom għandhom ifixklu l-ħidma ta’ dan il-kunsill. Nemmen li f’din is-sena ta’ ħidma li ġejja, dawk eletti fuq dan il-Kunsill għandhom jid­ dedikaw din is-sena għall-faqar u l-esklużjoni soċjali. L-istess bħalma qiegħda tagħmel l-Unjoni Ewropea.

Dan il-Kunsill jista’ jara kif jimbarka fi proġetti ma’ dawk l-għaqdiet li qegħdin jiġġieldu l-faqar fil-komunitajiet tagħna u jara x’inhuma l-ħtiġijiet ta’ dawk iż-żgħażagħ li huma fil-minoranza u li s-soċjetà tagħna tispiċċa twarrabhom.

Huwa tajjeb li jinżamm l-irwol organizzattiv u l-funzjoni tad-djalogu bejn iż-żgħażagħ, iżda huwa daqstant tajjeb li dawn l-organizzazzjonijiet jagħmlu ġid li jinħass bis-serjetà.

Ir-realta' tac-censura

Aħna ż-żgħażagħ tal-GWU isseħibna fil-Front Kontra ċ-Ċen­sura. Jidhrilna li ma jistax ikun li l-awtoritajiet jinqdew b’liġijiet ta’ żmien żemżem biex inawru l-libertà tal-espressjoni f’pajjiżna.

L-Università ta’ Malta, flok tkun istituzzjoni avangardista f’paj­jiżna, spiċċat qiegħda toħ­roġ ta’ istituzzjoni ripressiva. In­­sulentat l-intelliġenza tal-istess studenti li hi fdata li te­du­ka. Ħasbet li l-istudenti adul­ti fl-Uni­versità m’għand­homx għar­­fien biżżejjed jagħżlu x’għand­hom jaqraw u x’m’għand­­homx jaqraw.

Jista’ jkun li din il-gaz­zetta bl-isem ta’ “Ir-Realtà” qiegħ­da titpoġġa taħt żmien iebes mill-burokratiċi, l-awtoritajiet ekleż­jastiċi u dawk ċivili, biex ma tkomplix issemma’ le­ħinha dwar il-vizzji li jikkaratterizzaw lil dawn l-istess persuni u awtoritajiet.

Jekk Mark Camilleri huwa akkużat li qed ixerred il-pornografija f’pajjiżna, allura bl-istess mod nistgħu nakkużaw lil dawk kollha li għandhom kumpanija li tipprovdi l-internet fid-djar tan-nies?

Sunday, January 10, 2010

In-Newtralita' tfisser Paci



L-Ambaxxatur tal-Istati Uniti ghal Malta, Douglas Kmiec, f’gurnal lokali bl-Ingliz ta’ nhar il-Hadd 3 ta’ Jannar, kiteb artiklu intitolat “What does neutrality mean?”. B’dan l-artiklu huwa prova jdahhal l-idea li Malta ma haqqhiex tibqa’ zzomm l-istatus ta’ newtralità. Biex isostni dan wasal biex kiteb li l-ebda nazzjon modern ma jista’ jibqa’ newtrali quddiem it-theddida straordinarja li prezentament tezisti ghall-ordni civili (“Yet, no modern nation can remain neutral in the face of extraordinary threat to the civil order”).

Jekk l-ambaxxatur qed ihoss li din l-ghazla taghna li nkunu u nibqghu newtrali hija ghazla li tpoggina s-snin lura, allura ghandi kurzità nkun naf l-ambaxxaturi tal-Istati Uniti ghall-Fillandja, l-Irlanda, l-Awstrija, u l-Izvezja x’qeghdin jiktbu fil-gurnali ta’ dawn il-pajjiz li jinsabu fl-Unjoni Ewropea, u li kollha ghandhom newtralità rikonoxxuta b’mod internazzjonali, bhalma hija dik ta’ Malta.

Naqbel li hemm bzonn li jsir tibdil fl-oghla ligi tal-pajjiz rigward l-artiklu li jirregola n-newtralità, peress li dan inkiteb fi zmien meta fid-dinja kellek l-Unjoni Sovjetika u l-Istati Uniti bhala z-zewg superpotenzi tad-dinja. Fil-Kostituzzjoni Maltija, iz-zewg superpotenzi huma msemmija rigward il-kwistjoni tal-uzu tat-tarznari, fejn jinghad li “…..skont il-principji ta’ non-allineament l-imsemmija tarznari jigu mcahhda lill-bastimenti militari taz-zewg superpotenzi”.

It-tibdil kostituzzjonali jixraq illi jsir sabiex il-ligijiet ikunu jirriflettu zminijietna. Izda certament li dan it-tibdil m’ghandux isir minhabba pressjoni ta’ ambaxxatur ta’ superpotenza jew ohra.

Skont il-Kostituzzjoni “Malta hija stat newtrali li jrid attivament jilhaq il-paci, is-sigurtà u l-progress socjali fost in-nazzjonijiet kollha…”, u jiena cert li jekk niehdu sehem f’alleanzi militari ta’ haddiehor ma nkunu qed naghmlu xejn aktar hlief nheddu l-paci u s-sigurtà li nghixu fiha ahna, u dik ta’ haddiehor.

Il-progress socjali jkolli nhallih barra minn dan l-argument, bil-politika neo-liberali tal-gvern prezenti ma nistghux nirregistraw progress socjali. La semmejt il-gvern, tajjeb li naraw x’reazzjoni se jkun qed jiehu l-gvern ghall-ideat tal-ambaxxatur Amerikan. Sakemm kont qed nikteb dan l-artiklu, l-ebda reazzjoni tal-gvern ma kienet ghadha giet ippubblikata.

Digà inhoss li n-newtralità u s-sigurtà ta’ pajjizna qed tkun mhedda meta f’Malta jkollna zjajjar ta’ bastimenti militari li hafna drabi jiggustifikaw il-prezenza taghhom billi jibaghtu xi grupp bahrin jaghmlu gurnata jbajdu u jkahhlu fil-bini ta’ xi ghaqda jew istitut. Bhala konferma ta’ dan nistghu niehdu l-kaz li sehh fil-Jemen fis-sena 2000, meta l-USS Cole gie attakkat b’mod suwicida u nqatlu sbatax-il bahri.

L-istatus ta’ newtralità jixraq ferm ghal pajjizna ghaliex jiggarantixxi aktar sigurtà gewwa artna, u z-zamma ta’ hbiberiji mll-pajjizi girien u dawk imbieghda.

Li niehdu sehem fil-gwerer ta’ haddiehor billi nissiehbu f’alleanzi militari, ma nkunu qed naghmlu xejn aktar hlief suwicidju nazzjonali. Jekk dan hu dak li l-ambaxxatur irid, ahjar ihabbat bieb iehor!

Monday, January 4, 2010

Gvern taparsi, militari u faxxista



It-Torca - 3 ta' Jannar, 2010

Ir-rappurtagg ta’ dan il-gurnal nhar il-Hadd 13 ta’ Dicembru dwar l-ahhar elezzjonijiet fil-Honduras kien wiehed f’waqtu meta ddeskrivihom bhala “farsa”. Il-mexxejja Socjalisti tal-Bolivia u l-Venezwela, Evo Morales u Hugo Chavez, ukoll kellhom l-istess kummenti ghal dawn l-elezzjonijiet.

Il-kolp ta’ stat li sehh f’Gunju li ghadda qieghed fuq l-istonku tal-poplu tal-Honduras. Dan jikkonfermah il-Latinobarómetro li sab li 58% ta’ dan il-poplu fl-Amerika Centrali huwa kontra dan il-kolp ta’ stat. Il-Gnus Maghquda wkoll hija kontrih. Dan ikkonfermatu b’rizoluzzjoni mghoddija fl-istess xahar tal-golpe li permezz taghha sejhet lil kull stat biex ma jirrikonoxxi l-ebda Gvern iehor fil-Honduras jekk mhux dak ta’ Manuel Zelaya.

Lil Zelaya kienu ddeportawh fil-Costa Rica. Il-ministru tal-affarijiet barranin tat-taparsi Gvern attwali fil-Honduras, Enrique Ortez, kien hedded li jekk Zelaya jmur lura fil-pajjiz dan ikun arrestat. Mhux talli ma rnexxilhomx jarrestawh mad-dhul tieghu lura, talli wasal sal-kapitali Tegucigalpa u sab kenn fl-ambaxxata Braziljana ghall-Honduras. Ilu hemmhekk mill-21 ta’ Settembru.

It-taparsi Gvern iridu jitlaq mill-pajjiz bhala eziljat politiku, izda bir-ragun Zelaya qed jirrifjuta dan ghaliex inkella mhux se jkun jista’ jibqa’ jiggieled il-glieda politika tal-poplu li eleggih. Dan l-ahhar irrifjuta li jiehduh gewwa l-Messiku bhala eziljat. Sadanittant il-glieda trid titkompla mit-toroq. Ir-ripressjoni militari ta’ dan il-Gvern qed taghmilha impossibli li s-simpatizzanti ta’ Zelaya jibqghu organizzati fid-dawl tax-xemx. Ghaddejja kampanja ta’ terrorizmu Faxxista fil-Honduras, u filwaqt li l-pressjoni tal-kommunita’ internazzjonali fil-Latin Amerika jehtieg izzid il-qawwa taghha, l-attivisti politici li ghandhom ghal qalbhom id-demokrazija jinhtieg li jorganizzaw rwiehhom taht l-art.

Jekk ir-ripressjoni tibqa’ tali li bl-ebda mod ma jithallew jidhru artikli fil-gazzetti, dibattiti fuq it-televixin, trazmissjonijiet fuq ir-radju, laqghat tal-gemgha jew kwalunkwe’ ghodod demokratici ohrajn kontra dan il-Gvern taparsi, militari u Faxxista, l-ghodda li tithalla f’idejn dan il-poplu tkun dik tal-glieda bl-armi fit-toroq. Tkun hasra jekk dan il-poplu jkollu jasal ghal din l-ghazla, izda jekk l-ghodod imsemmija qabel jittihdulhom minn idejhom, certament li jien inkun l-ewwel wiehed li ma nlumhomx li jaghzlu li jiggieldu l-glieda politika taghhom permezz ta’ gwerrilla urbana.

Ghalhekk l-Organizzazzjoni tal-iStati Amerikani (OEA), hija fid-dover li tuza l-qawwa kollha taghha biex taghmel l-operat ta’ dan il-Gvern taparsi, militari u Faxxista jzarma mill-hnizrijiet li ilu jaghmel minn Gunju u jikkundanna lil dawn il-mexxejja tat-terrur.

L-iStati Uniti ghandha dejn kbir ma’ l-istorja Latin Amerikana illi bil-komplicita’ passiva u attiva taghha rajniha tkun l-arkitett ta’ Operazzjonijiet moqzieza li permezz taghhom gew installati ditatturi wara ohrajn bl-iktar wahda maghrufa tkun dik li wasslet lil Augusto Pinochet jaghmel il-kolp ta’ stat fuq ic-Cile tal-Gvern Socjalista ta’ Salvador Allende. Il-President tal-iStati Uniti nbidel, ma’ din il-bidla d-dinja trid tara wkoll il-bidla fl-attitudni tal-istituzzjonijiet li jsawruha.

Kontu kapaci tnehhu lil Saddam Hussein mill-Iraq permezz ta’ gwerra mhux gustifikata, ghaliex ma tnehhux lil dan il-Gvern taparsi, militari u Faxxista mill-Honduras biex turu lid-dinja kemm ghandkom ghal qalbkom il-famuza ‘rule of law’!

Fir-ritratt: Manuel Zelaya, President tal-Honduras