Thursday, December 31, 2009

Biex il-fjamma ma tintefiex



L-Orizzont, il-Hamis 31 ta' Dicembru, 2009

Matul din is-sena rajna haddiema jitkeccew minn fuq il-post tax-xoghol. Dawk b’impjieg part-time bhala s-sors ewlieni tad-dhul taghhom huma ‘l fuq minn 1,500 u dawk bla xoghol qed jizdiedu. Ohrajn inzammew ix-xhur bla paga. Ohrajn gew mitfugha fuq il-4-day week. Ghandna ohrajn li l-overtime taghhom mhux qed ikunu jistghu jiehduh bi flus izda minn flok jiehduh permezz ta’ time off in lieu.

Il-kawza tat-trejdjunins, dik li tghin lill-haddiem jaghraf id-drittijiet tieghu u jistinka ghal kundizzjonijiet ahjar, hija dik il-fjamma li ma jixraq tintefa’ qatt. L-isfortuna tkun li jkun hemm cirkostanzi fejn min ikun irid jghin lill-haddiema jorganizzaw irwiehhom u jsemmghu lehinhom, jispicca jigi mwaqqaf mill-haddiem innifsu li ma jhossux kuragguz biex jidhol ghall-isfidi ta’ quddiemu b’kuragg.

Certament li jinhtieg isir ferm aktar biex titqanqal kuxjenza aqwa fost il-haddiema. Aktar ma jmur, aktar qed insibu manigment li jifred haddiem minn iehor. Jinhtieg li l-komunikazzjoni fost il-haddiema li unjin tirraprezenta tkun wahda aktar mill-vicin, billi l-ufficjali tal-unjins ikunu prezenti fix-shop floor, aktar milli jikkomunikaw permezz ta’ memos fuq noticeboards u ittri fid-dar tal-membri. Il-fjamma trid tinzamm mkebbsa l-hin kollu!

Ghalkemm il-mewg huwa qalil ghalina l-haddiema, m’ghandniex naraw lid-dinja se taqa’ fuqna. Fostna qed jigru grajjiet mill-isbah li meta ssir taf bihom tinduna li l-fjamma ghadha hajja. Il-fjamma li sirt naf biha erbat ijiem ilu hija dik tal-haddiema tal-Enemalta gewwa l-Power Station ta’ Delimara. Membri tal-GWU waqqfu l-Fond Haddiema Enemalta. Permezz ta’ dan il-fond il-haddiema jghinu wiehed lill-iehor f’kazi ta’ mard jew dizgrazzji li jolqtu lilhom jew lill-familjari taghhom. Dan jithaddem billi jitnaqqsu ftit ewro minn kull bonus, li fl-ahhar mill-ahhar jammontaw ghall-fond li jirnexxilu joffri ghajnuna lil kull min jinhtiegu. Fond simili ghal dan jithaddem ukoll fl-unjin tal-infermiera u l-qwiebel, l-MUMN.

Ma nistghux nuru rwiehna bla hegga quddiem dak kollu li qed naffaccjaw, u ghalhekk inizjattivi bhal dawn jiswew mitqlu deheb biex naghrfu li bl-inizjattiva taghna jista’ jinholoq gid kbir.

Spiss nipprovaw insibu hatja foloz ghall-inkwiet li ghaddej minnu l-haddiem. Min iwahhal fl-immigranti, min f’siehbu li jahdem mieghu, min fil-manigment tal-kumpanija tieghu u min fil-Gvern. Dawn kollha msemmija huma biss l-effett u mhux il-kawza. Il-kawza ta’ dan kollu li qed naffaccjaw hija s-sistema kapitalista li holqot mostri kbar ta’ korporazzjonijiet multinazzjonali, swieq, u banek finanzjarji li flok jghinu lill-bniedem jaghmel qabza fil-kwalita’, qed titfghu f’faqar akbar u fi gwerer godda.

Sistema li ggib il-bniedem parti minn makna li ma taghmillux gieh, u fl-istess waqt iggibu l-ghadu tieghu nnifsu. Il-President tal-Venezwela Hugo Chavez, nhar is-sittax ta’ Dicembru, ma setghax jitkellem ahjar fis-summit ta’ Copenhagen li tratta l-bidla fil-klima. Waqt diskors mill-aqwa fil-kapitali Daniza huwa qal illi “Li kieku l-klima kienet bank, huma [il-kapitalisti] diga’ salvawha.” Ezempju tajjeb li juri kif ghalkemm il-kapitalizmu ma jridx isostni htigijiet essenzjali bhas-sahha, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-housing u l-ambjent, dan ikun minn tal-ewwel biex jippompja l-flus halli jsalva l-banek.

Quddiem dan kollu ghandna nifhmu li ghalkemm il-haddiema minn pajjizi differenti ghaddejjin minn grajjiet kompletament differenti, xejn m’ghandu jzommna milli noffru s-solidarjeta’ taghna maghhom minn pajjizna. Ghalhekk kull min b’xi mod huwa nvolut fil-politika jew fit-trejdjunjonizmu ghandu jara li jzomm f’mohhu dak kollu li qed jigri lill-haddiema madwar id-dinja u fl-istess waqt jahdem biex jitijiebu l-kundizzjonijiet tieghu fuq ix-xoghol u l-kwalita’ ta’ hajtu.

Issa z-zmien li naghmlu rizoluzzjoni. Jinhtieg li nkunu aktar attivi f’atti ta’ solidarjeta’ fuq il-post tax-xoghol taghna, u f’turija ta’ aktar kuragg biex naslu li nilhqu miri komuni. Jekk nuru rieda qawwija, xejn ma jzommna milli nilhqu l-miri taghna! Is-sena l-gdida tibda ghada, u maghha jinhtieg li jkollna rieda aktar qawwija. Awguri ghall-2010!

Tuesday, December 29, 2009

Sahhitna bzonn mhux kumdita'



Id-dokument ta’ konsultazzjoni mahrug mill-Ministeru tal-Politika Socjali bil-ghan li jissahhu is-servizzi fil-Kura Primarja u l-Kommunità f’Malta fih hafna elementi pozittivi. Qieghed jara li jigu indrizzati zbalji li ghamlu l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ta’ dawn l-ahhar 20 sena, filwaqt li qed jipproggetta sistema tas-sahha fejn ic-cittadin ikollu relazzjoni kontinwa mat-tabib tal-familja tieghu.


Sinjal importanti li huwa mehtieg f’dan il-qasam min-naha tal-Gvern huwa certament dak li l-isptar generali t’Ghawdex ma jibqax jaqa’ taht il-Ministeru ghal Ghawdex, imma kif jixraq ghandu jaqa’ taht il-Ministeru tal-Politika Socjali. Din hija farsa mill-kbar. Biex tkun taf kemm jirnexxilu jikkonsma irkotta, hut, halib u hobz l-Isptar Generali t’Ghawdex, tajjeb tistaqsi lill-Awditur Generali.

L-ghanijiet li jsemmi d-dokument huma kollha bbazati fuq principji tajba ta’ ekwità, kwalità, eccellenza u sostenibbilità. Il-ftuh ta’ diversi poliklinici fi zmien Gvernijiet Laburisti raw kif il-kura tas-sahha tkun dejjem aktar qrib ic-cittadin u kif jintlehqu dawn l-ghanijiet. Matul is-snin, l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti bdew idahhlu l-idea li l-poliklinici jinzammu miftuha bil-lejl ghal xejn, izda b’dan id-dokument l-istess partit fil-Gvern qed jerga’ lura minn kelmtu ghax fehem li c-cittadin jehtieglu jkollu servizz tas-sahha dejjem lest li jaqdih fil-pront.


Tajjeb ukoll li nsemmi li tul is-sittax-il sena li dam jinbena l-isptar Mater Dei, il-kura primarja u dik fil-kommunità giet moghtija l-genb, mentri filfatt kellu jsir bil-maqlub, u tinghata attenzjoni parallela ghaliha. Rizultat ta’ dan illum ic-cittadin qed jaffaccja dewmien esagerat biex jinqeda f’kura urgenti. Issa l-Gvern ra d-dawl. Ahjar tard milli qatt!
It-tobba, irrapprezentati mill-Assocjazzjoni Medika Maltija sostnew li ma gewx konsultati waqt li kien qed jigi ffurmat dan id-dokument. Din hi xiehda tal-konsultazzjoni li dan il-Gvern imdorri jaghmel. Mhux talli ma tax kashom, talli lanqas semaghhom.

Jiena nifhem li t-tobba jkollhom certu nkwiet u ansjetà dwar il-bidliet imsemmija, izda nahseb li ilu li wasal iz-zmien biex ir-rapprezentanti tat-tobba jintebhu li m’ghandhomx jibqa’ jkollhom dik l-awtonomija u l-awtorità ta’ zmien ilu. Illum huma hafna l-professjonijiet fi hdan is-sistema tas-sahha li ghandhom edukazzjoni terzjarja, u l-kura ghandha tkun kkoncentrata fuq il-pazjent flok fuq min ghandu jkollu l-akbar par gwenhajn fis-sistema.

Il-Gvern qed jipproponi li kull cittadin ikun registrat ma’ tabib/a tal-ghazla tieghu biex dan jipprovdilu l-kura necessarja jew inkella jkun hu li jirreferih ghal servizzi ta’ kura akuta. Din hija politika intenzjonata li taghmel is-sistema tas-sahha bhal ghaqda ta’ bicciet li jghinu ‘l xulxin biex is-sistema tas-sahha tkun effettiva. Fl-istess hin l-informazzjoni dwar sahhet ic-cittadin tingabar ahjar u b’hekk l-istorja ta’ sahhet kull wiehed minna tinzamm ahjar. Is-sistema hija wahda attraenti, imma fl-istess waqt xettiku dwar certi affarijiet.


Fil-poltika socjali taghna ahna nuzaw sistemi universali. Ahna kollha intitolati ghal sahha b’xejn, kemm dawk li jaqilghu l-aktar u anki dawk bi dhul baxx. Issa l-gvern qed jipproponi li, min jiflah ihallas ghat-tabib tieghu, u min le jinghata l-ghajnuna. Nemmen li dwar din il-haga l-Gvern ghandu jara li jaghmel studju li permezz tieghu ikun jaf jekk hux se jkun jaqbillu l-aktar li joqghod jara s-sitwazzjonijiet finanzjarji ta’ kull familja permezz tal-means testing jew izommx is-sistema tas-sahha wahda universali. Haga ohra hija dik li minhabba s-suq hieles, fejn min hu l-aqwa jhawwel u min le jithawwel, ahna mhux se jkollna garanzija li l-prezzijiet tas-servizz tat-tobba tal-familja se jinzammu tali li nlahhqu maghhom.


B’hekk nasal biex nghid li l-Gvern aktar ghandu jara li c-cittadin ikun intitolat li jaghzel li jirregistra ghal servizz b’xejn ma’ General Practitioners li jahdmu mal-Gvern. B’hekk min hu lest li jhallas u jirregistra mat-tabib tal-familja jaghmel dan bla xkiel, u min ma jidhirlux li ghandu jhallas ikun jinhtieglu jirregistra ma’ tabib li jipprovdilu l-Gvern fir-regjun li joqghod. B’hekk tkun qed tigi zgurata accessibilità shiha ghas-sahha u hadd ma jithawwel!


Ghogbitni l-idea li l-programmi u l-inizjattivi tal-Gvern f’dan il-qasam ikunu mferrxa fl-ufficcji tat-tobba tal-familja. Idea tajba biex l-edukazzjoni taghna dwar is-sahha tkun wahda aktar mfassla u aggornata minn zmien ghal zmien.
Il-Ministeru jsemmi l-htiega ta’ diversi kampanji. Ma’ din il-lista ghandu jsemmi b’mod car il-htiega ta’ kampanja edukattiva dwar is-sess, sabiex kemm jista’ jkun ma jibqax ikollna tfal irabbu lit-tfal, u l-uzu tal-kontracettivi ikun aktar mifrux fost iz-zghazagh. M’ghandniex naghmlu krucjata ta’ “taghmlux sess”, imma minn flok kampanja ta’ “Aghmlu s-sess b’responsabbiltà”.


Wahda mill-akbar funzjonijiet li jinhtieg li jaqdu c-centri tas-sahha certament hija dik li jitnaqqas il-piz tax-xoghol minn fuq l-emergenza tal-isptar Mater Dei. Aktar ma jizdiedu s-servizzi f’dawn ic-centri, aktar ikollna servizz qrib in-nies u servizz ahjar. Jiena nghid li anki sodod ghandu jkun hemm fic-centri tas-sahha, sabiex bniedem li jkun jinhtieg kura li ma ttulx u li tkun ibbazata fuq osservazzjoni, ma jkollux ghalfejn jintbaghat l-isptar Mater Dei.
Ovvjament dan mieghu igib tibdil dwar il-mod kif jitqassmu t-tobba u n-nurses.


Kulhadd jaf li s-sahha fil-verità m’hijiex b’xejn. Inhallsu ghaliha mit-taxxi fuq id-dhul taghna u barra minn hekk meta s-servizz tal-istat ma nsibuhx fil-pront, qed ikollna nirrikorru ghand il-privat biex ninqdew. Jista’ jkun li ma naqblux f’kollox dwar it-tibdil li jrid isir, izda zgur jehtieg li jinbidlu diversi affarijiet biex inkunu moqdija ahjar.
L-aktar haga importanti wara dan kollu ghandha tkun li sahhitna nibqghu nharsu lejha bhala bzonn u nahilfu li qatt ma nqisuha bhala kumdità.

Nawguralkom sena mill-isbah!

Thursday, December 17, 2009

President ta' Repubblika shiha



Ippubblikat f'L-Orizzont tal-lum 17 ta' Dicembru, 2009


Fil-politika hemm sinjali li ftit jagħrfuhom. Hemm oħrajn li jinħassu fl-arja. Il-Presidenza ta’ Dr George Abela kienet għal Malta bħal żiffa friska. Qiegħed jintwera biċ-ċar kif m’huwiex minnu li l-Presidenza tar-Re-pub­bli­ka Maltija hija tajba biss għaċ-ċerimonji. Dr Abela għandu l-vantaġġ li l-istorja tiegħu m’hix irrakkontata mill-firda. Kapaċi jġib ir-reputazzjoni ta’ dawk li ġejjin minn kwalunkwè sfera soċjali.

Aġenda soċjali

Dr Abela kapaċi jġib lill-poplu warajh bl-inizjattivi tie­għu. Għandu aġenda soċjali qud­diemu, u għalhekk qiegħed jagħti vuċi lil dawk li għalkemm sar ħafna dwarhom fil-passat, hemm ħafna xi jsir dwarhom fil-futur. Fil-bidu ta’ dan ix-xahar laqqa’ l-persuni b’diżabiltà fis-sala tal-Gran Kunsill u għa­żel li jisma’ x’għandhom xi jgħidu. Tlieta huma l-persuni b’diżabilità li għandu l-istaff tal-Uffiċċju tal-President. Dan huwa sinjal li hemm ir-rieda li mall-paroli jiżżewqu wkoll il-fatti.

L-inizjattivi biex il-Community Chest Fund tissaħħaħ qegħdin ikunu organizzati għal firxa wiesgħa tal-poplu. Xiehda ta’ dan huma attivitajiet bħal kunċert Rock li sar f’Settembru, il-ġirja li saret fis-6 ta’ Diċembru u l-attività “Paqpaqli għall-Istrina” tal-Ħadd li għadda. Dawn huma attivitajiet li jmorru lil hinn minn kunċerti klassiċi li għalkemm għandhom valur kulturali qawwi ma jqanqlux l-interess tal-ħafna. Dan jagħmel il-Presidenza aktar milqugħa mill-poplu, għaliex appuntu tfittex il-parteċipaz­zjoni tal-poplu biex tilħaq lilu stess.

L-Istrina kif għandha tkun

Skont il-President Abela l-valur tas-soċjetà tagħna huwa li inti m’għandekx tistenna premjijiet biex tgħin lil min hu fil-bżonn. Kliem providenzjali u jgħinu mhux bi ftit biex isaħħu l-kapital soċjali f’pajjiżna. Jien m’għandi l-ebda indiema niddikjara li qatt ma tajt ċenteżmu għal L-Istrina f’dawn l-aħħar snin. Ma kontx niflaħ għall-mod kif il-problemi tal-familji kienu jkunu ppreżentati lilna bħal xi rumanz u li l-inċentiv biex tagħti l-karità kien ir-rebħ ta’ xi karozza. Din is-sena m’għandu jkollna l-ebda raġuni għalfejn ma nagħtux minn dak li nistgħu.

Konna drajna naraw L-Istrina magħmula daqs li kieku kienet l-ikbar lotterija ta’ żmien il-Milied. Kellu bżonn li L-Istrina li naraw fiż-żmien li ġej tibqa’ ssir dejjem aktar fuq l-ispirtu li ‘tagħti biex tgħin’ u mhux ‘tagħti biex tirċievi’. Dan l-ispirtu tal-President George Abela jgħallimna kif jeżistu diversi modi oħ­rajn kif tuża l-kariga għolja li tkun mogħtija lilek.

Għalkemm bosta bir-raġun jgħidu li l-irwol tal-kap ta’ stat f’pajjiżna huwa limitat meta mqabbel ma’ pajji­żi oħrajn, l-atteġġjament muri minn Dr Abela huwa wieħed li tajjeb nagħtu kasu f’soċjetà li mill-ajru tidher ferm Kristjana filwaqt li fil-ħajja ta’ kuljum spiss narawha tiċħad ir-realtajiet soċjali ta’ pajjiżna.

Sunday, December 13, 2009

Il-Falliment tal-Fairmount



Ippubblikat f'pagna 17 fil-gazzetta KullHadd tal-lum 13.12.09

Ir-rapport li harget il-GWU rigward l-iskandlu tal-Fairmount certament li jikxef hafna ntricci rigward dan il-kuntratt. Juri bic-car li l-haddiema m’ghandhom xejn x’jaqsmu fil-htija ta’ dan it-telf li l-GWU qed tistma li b’kollox jitla’ ghal 80,000,000 ewro. Juri wkoll kif kien hemm manigers li jew thallew barra min-negozjar jew mit-tehid tad-decizjonijiet.

Dan ir-rapport johrog bic-car li kien il-Manigment Ezekuttiv li accetta id-dettalji ta’ dan il-kuntratt dizastruz ghat-Tarzna. Manigment Ezekuttiv li l-Ministru Austin Gatt meta fil-parlament gie mistoqsi kemm qed jithallsu, ghazel li ma jwegibx kemm huma s-salarji taghhom. Bhal dak li qallu qed ihallashom minn butu! Ghalkemm ma nafx is-salarji taghhom x’inhuma, cert li m’ilhomx frizati mill-2003 bhalma huma dawk tal-haddiema tat-tarzna.

Couser

Dan il-kuntratt kien diga’ fallut malli ezatt gie ffirmat. Bis-sahha tal-bravu Graham Couser, li ngieb mill-Ingilterra biex jaghmel tliet snin mat-tarzna Maltija izda minnflok ghamel sitt xhur, gabu kuntratt li jitfa’ kwalunkwe tip ta’ pizijiet fuq it-tarzna. Dan Couser kien il-Marketing Manager fit-tarzna ta’ Cammel Laird f’Birkenhead l-Ingilterra. B’kumbinazzjoni meta Couser kien f’din it-tarzna Ingliza, din falliet ghaliex fgat f’kuntratt kbir li kellu jikkonverti vapur tal-passiggieri.

Kuntratti

Wahda mill-klawzoli li dan Couser ghogbu jippermetti fil-Kuntratt Fairmount kienet li t-tarzna ta’ Malta jekk ma tlestix il-progett sad-data miftehma ikollha thallas 20,000 ewro ta’ kuljum li tittardja biex tlestih. Dan l-ammont ma kellux jaqbez l-10% tal-valur tal-kuntratt. Ridt tkun bniedem minghajr sens logiku biex ma tissuspettax li ha jkun difficli ghat-tarzna li tlesti fil-hin meta dan kien xoghol ta’ natura prototype u allura kien se jsehh ghall-ewwel darba fil-qasam marittimu. B’din il-klawzola biss it-tarzna kellha thallas 2,600,000 ewro f’dawk li jissejhu liquidated damages.

Mir-rapport tal-GWU jintefa’ dawl ukoll dwar il-mod kif sar is-subcontracting. Jidher li dawk li ghamlu s-subcontracting f’isem it-Tarzna Maltija ghandhom tendenzi mazocisti. Ghaliex trid tkun altru thobb issawwat lilek innifsek biex tiffirma ghal subcontracting li jwasslek ghal telf ta’ 1,515,000 ewro malli ezatt tkun iffirmajtu. Is-subcontract wahdu spicca tellef lit-Tarzna 4,925,000 ewro.

Fir-rapport li PriceWaterHouseCoopers (PWC) harget f’Settembru li ghadda dwar dan il-progett infami, hareg bic-car li l-mod kif sar il-kuntratt ghax-xoghol kollu u anke l-mod kif inghata s-sub contracting ma kienx wiehed trasparenti. Il-Fjord u l-Fjell huma kuntratti li jgorru wisq mistoqsijiet. Hemm hafna x’wiehed jissusspetta li seta’ gara wara dan il-kaz. Certament li l-kumpanija Olandiza tal-Fairmount gwadanjat b’dan kollu, kien it-taxpayer Malti li ra flusu jitberbqu. Ma nafx nghid kienx hemm nies ohra li gawdew minn dan il-kuntratt.

Haddiema

Il-Haddiema mhux talli ma jahtux, talli f’dawn l-ahhar snin gidmu subghajhom billi; accettaw il-friza fuq l-istrutturi tal-pagi; offrew aktar flessibilita’ biex tizdied il-produzzjoni u accettaw sistema ta’ shift li offriet aktar kontinwita’ fix-xoghol u anqas overtime.

Fir-rapport tieghu, il-PWC ikkonferma dan billi qal li fl-2005 il-produttivita’ tal-haddiema kienet l-oghla meta pparagunata mas-snin ta’ qabel. Certament huwa parti mill-manigment li ghazel li jkun zbaljat u wassal ghal-falliment mill-kuntratt Fairmount, ghaliex meta tanalizza bastimenti ohra li hadmet fuqhom it-tarzna tinduna li dejjem gabet il-qligh u qligh sew minnhom. Kif jinnota tajjeb ir-rapport tal-GWU, kienu l-istess il-haddiema u l-ghodod li ntuzaw biex jingieb il-qligh ghat-tarzna fil-kaz ta’ dawn il-bastimenti. Allura kif jista’ jkun li l-kapacita’ tal-haddiema marret ghall-aghar fil-progett tal-Fairmount biss!?

Flaxing

F’dan l-isfond hija aktar minn gustifikata t-talba tal-GWU li ssir inkjesta pubblika u indipendenti. L-ewwel nett ghaliex il-miljuni kollha li semmejt hawnhekk huma kollha minn butna, u t-tieni nett ghaliex suppost li ahna m’ahniex Repubblika tal-Banana izda Repubblika li ilha hames snin fl-Unjoni Ewropeja. Il-Gvern irid izommna fl-intrata tal-UE u ma jridx ihaddem mekkanizmi li jitfghu ir-responsabbilta’ tal-uzu hazin minn flus il-poplu fuq il-persuni li jkunu kkawzawhom.

Jiena nissuggerixxi illi llum, f’Jum ir-Repubblika, barra l-ghoti ta’ midalji f’gieh ir-repubblika, naghmlu cerimonja li fiha nqassmu flaxing lil kull min ha sehem fin-negozjar u t-tehid tad-decizjonijiet f’dan il-kuntratt Fairmount. Ikun is-simbolu ta’ kemm flaxxjaw miljuni mit-taxxi taghna!

Wednesday, December 2, 2009

F'Delimara: iz-zalza gejja ghola mill-huta


Ippubblikat: It-Torca 29 ta' Novembru, 2009

Dan il-Gvern tal-minoranza ghazel li jibni power station li tohloq bejn 30 u 50 tunellata ta’ skart tossiku kuljum. Rapport li hareg din il-gimgha wera bic-car li “Nuqqas milli jsir esportazzjoni ta’ skart solidu fil-hin jista’ jwassal ghall-waqfien fil-provizjoni tal-elettriku. Dan il-waqfien tal-impjant, kemm totali kif ukoll parzjali, minhabba nuqqas li jigi esportat fil-hin, huwa meqjus bhala effett sinnifikanti li jwassal ghal diversi impatti.”

F'Novembru Malta ntfiet ghat-tielet darba f’sena. Mhux tort tal-haddiema, imma tort ta’ Gvern li ma tax widen lil rapporti li kellu f’idu sa mill-2005. Jidher bic-car li bl-ghazla ta’ din il-power station tal-kumpanija Daniza BWSC il-periklu li jinqata’ d-dawl f’pajjizna se jibqa’ hemm. Dan certament ma jaghtix fiducja lill-industriji li kull minuta li jaghmlu bla dawl ifisser ghalihom tnaqqis fil-produzzjoni u l-qliegh.

Ir-rapport isemmi kif biex inlahhqu mal-iskart tossiku li se tkun qed tipproduci din il-power station, se jkollna nohorgu mill-inqas 15-il kontejner b’dan l-iskart minn pajjizna fil-gimgha. Biex tarmih trid thallas il-belli liri u biex iggorru wkoll. Jidher li l-kumpanija Daniza BWSC inghazlet ghaliex din tpoggiet f’qaghda favorevoli hdejn il-kumpaniji l-ohra li tefghu it-tender. Mhux ta’ b’xejn li l-kumpanija Izraelita, Ido Hutney Projekt/Bateman Energies BV, li wkoll tefghet it-tender ghal dan il-progett, f’Marzu li ghadda kitbet lill-Prim Ministru biex tghidlu li l-process tal-ghazla ma kienx sew.

Trid tkun altru ma xxommx biex ma tissuspettax li anke f’dan il-kaz hemm involuti prattici korrotti. B’din l-ghazla dal-Gvern tal-minoranza ghazel li jcahhad lil pajjizna milli jinvesti f’power station tal-gass li tkun ferm nadifa u ma tniggizx bhal din li behsibhom jibnu. Dan imur kontra dak li kien fassal il-Gvern stess permezz tal-Pjan ta’ Generazzjoni tal-Elettriku 2009-2015. Vera li biex nissupplixxu lil pajjizna bil-gass hemm bzonn investiment ta’ mitejn miljun ewro biex ingibu pajp tal-gass minn barra, izda huwa veru wkoll li biex il-power station tal-BWSC taqlibha tahdem bil-gass trid mill-anqas 27 miljun ewro. Il-miri ambjentali tal-Gvern huma wisq baxxi, f’kelma wahda ftit jimpurtah mill-ambjent.

Ahjar tonfoq flejjes kbar ghal sistema li ma tniggizx, milli tonfoq il-belli liri biex iggorr l-iskart tossiku minn pajjizna ghal wiehed iehor. Bl-ghazla li ghamel il-Gvern, meta jasal iz-zmien li jkollna naqilbu ghall-gass fl-2015, se jkollha tigina z-zalza ghola mill-huta. Jista’ jkun ukoll li l-Gvern biddel il-politika ambjentali tieghu biex jaccetta l-offerta tal-BWSC. Iz-zmien irid ikun biex jaghtina parir. Sadanittant bla tlaqliq nistghu nghidu li f’di' l-kwestjoni l-Gvern se jkun mexa pass ‘l quddiem biex jitfghana mija lura.