Sunday, November 22, 2009

Dak li l-Bagit ma semmiex



Ghalkemm il-bagit serva biex jghatti l-iktar ahbar li ahna konna qed nistennew, jigifieri dik li tghid bic-car b’kemm se joghlew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, nistghu nghidu wkoll li l-bagit serva wkoll biex ikompli juri n-nuqqas ta’ kuxjenza socjali li ghandu dan il-Gvern.

Waqt li l-Ministru li jmissu ilu li rrezenja, kien qed jipprezenta l-Bagit, semma’ kif il-Gvern iddecieda li jwaqqaf Fond Nazzjonali ghall-Investiment, hu qal li dan “il-fond ghandu l-ghan li johloq sorsi godda ta’ dhul ghall-Gvern sabiex b’hekk titnaqqas id-dipendenza tal-Gvern fuq id-dhul mit-taxxi diretti u indiretti”.

Il-Gvern ma setghax isib kliem ahjar biex jammetti l-fatt li m’ghandux kreattivita’ bizzejjed biex jigbor il-flus u ghalhekk jiddependi mill-flus li jigbor mit-taxxi taghna. Dan qalulu wkoll Vince Farrugia tal-GRTU waqt intervista li ta lil gurnal lokali il-Hadd li ghadda. Farrugia hu dak li fiz-zarbun ta’ politikant kien qal li l-Partit Nazzjonalista kien se jtella’ hames membri parlamentari Ewropej. Daqs mus tal-lehja jaqta’!

Haqqhom aktar taxxi

Hafna huma dawk li jitfghu harsithom fuq kif ghandhom jigu ntaxxati l-haddiema bi professjoni, dawk b’sengha jew dawk minghajr sengha. Sfortunatament, ftit huma dawk li jdawru harsithom fuq kemm ghandhom ikunu ntaxxati l-banek f’pajjizna. M’hemmx ghalfejn nghid li fostna huma bosta dawk li jhossuhom skjavi tal-banek minhabba djun li jkunu dahlu ghalihom. Jaghmlu hekk ghal bzonn u mhux ghal pjacir. Min jaqbillu jikri, jekk bl-istess rati jkun jaqbillu jidhol ghas-self?

F’pajjizna l-banek huma ntaxxati 35% fuq il-qliegh li jaghmlu. Ikun jixraq li nintaxxawhom aktar sabiex jikkompensaw ghal qliegh li qed jaghmlu minn fuq hafna familji zghazagh u negozjanti zghar u tan-nofs. Il-par idejn sodi ma tridx turihom mal-familji li jistinkaw bla waqfien biex jaraw il-pagi taghhom ilahhqu sal-ahhar tax-xahar, izda tajjeb li jkunu sodi ma’ min hu mdahhal f’negozji mill-akbar.

Bil-flus migbura minn dawn it-taxxi pajjizna jkun jista’ jgholli l-faxxa ta’ taht tat-taxxa fuq id-dhul. B’hekk jekk sal-lum huma dawk li d-dhul taghhom ma jaqbizx it-8,500 ewro f’sena li ma jhallsux taxxa fuq id-dhul, il-Gvern ikun f’qaghda li jgholli dan l-ammont skont kemm ikun stmat li se jdahhal aktar mit-taxxi fuq il-banek. Jekk ta’ taht ma jsibux flus fil-but, qajla tista’ ddur ir-rota. Mela ejja nhallu lil min m’ghandux jaqsam ma’ min ghandu.

Sussidji u tariffi

Il-Ministru li jmissu ilu li rrezenja waqt il-bagit semma’ wkoll li “il-Gvern minn dejjem uza z-zewg metodi – sussidji u tariffi – u hekk behsiebna nkomplu naghmlu”. Dan m’huwiex vera, ghaliex il-Gvern qed juri bic-car li halef li jaghmel krucjata kontra s-sussidji. Is-sussidji li se jkun qed jaghti lill-familji ghall-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma dahka fil-wicc. Dan m’hemmx ghalfejn nghidu jien, ghax qalu wkoll Dr. Jean Pierre Farrugia, Deputat Nazzjonalista, waqt il-Kunsill Nazzjonali tal-PN.

Il-Gvern qata’ s-sussidji fuq il-gass u f’sena l-prezz irdoppja. Dawn huma l-effetti sbieh tal-liberalizzazzjoni. U dik l-anzjana fil-ksieh ta’ darha dalwaqt se tibda taghzel li thalli l-heater tal-gass mitfi matul il-gurnata ghaliex ma taffordjahx. Ghal dan qed twassal il-politika tieghek Dr. Gonzi. Qed niggudikak fuq dak li taghmel!

Smart Meters

Ghal dan il-Gvern kien importanti hafna li jkollna meter readers godda. Bhal dak li qallu li pajjizna kien se jkun qisu baqra li ma taghmilx halib minghajrhom. F’mument fejn ir-ricessjoni ekonomika naqqret il-kejk nazzjonali bi 2.4% f’sena u mhux kabritu bi 2.2% bhalma mmira hazin il-Gvern, Dr. Gonzi u shabu tal-bankijiet ta’ quddiem ghazlu li jdahhlu lil Malta fi spiza ta’ 70 miljun ewro biex pajjizna jkun l-ewwel fid-dinja li jdahhal dis-sistema. Iddecidew li jkunu l-gurdien tal-laboratorju. Jeffrey Pullicino Orlando, dak li la nafu huwiex DeeJay, Dentist jew Bidwi, mill-bank ta’ wara, qal car u tond li din tal-ismart meters hija spiza zejda u mhux f’waqtha. Ma jisimghux minn dawk li qeghdin f’nofshom, ahseb u ara mill-avversarji.

Dissett

Jekk hawn gurnalist f’pajjizna li s’issa qed jaghmel minn kollox biex izomm l-istess distanza minn kullhadd, dan huwa Reno Bugeja. Waqt il-programm Dissett tat-Tlieta li ghadda dan il-programm wera x’paga ghandhom l-ufficcjali gholja tal-Enemalta. Prosit ghal mitt darba Sur Bugeja, ghax dawk jithallsu mit-taxxi taghna u tajjeb inkunu nafu kemm inhallsuhom. La dawn l-ufficcjali gholja tal-Enemalta bejniethom jaqalghu 337,605 ewro, jien kont nippretendi li Malta ma tintefiex ghat-tielet darba f’sena.

Waqt il-programm Dissett, ic-Chairman tal-Enemalta Alex Tranter ghazel li ma jwegibx ghal xi domandi, u s-Sur Bugeja sahaq hafna fuq il-fatt li lanqas fl-Enemalta ma tezisti t-trasparenza. Donnu li t-trasparenza tezisti biss fil-flus li jintasbu f’idejna, ghaliex lanqas tkun ilhaqt poggejthom fil-kartiera li ma tindunax li ghosfru.

Thursday, November 12, 2009

Ahna ta' din n-naha



Ippubblikat f’L-Orizzont tal-lum il-Hamis, 12 ta’ Novembru

Fid-dinja kollox ghandu tendenza jinqasam fi tnejn. Jew thoss il-bard jew thoss is-shana. Jew tkun rebbieh jew tkun tellief. Jew tkun ghaqli inkella mharbat. Hekk ukoll fil-qasam trejdjunjonistiku u politiku. Hemm dawk li lesti jbiddlu u hemm dawk li jahilfu li l-ebda bidla m’ghandha ssir. Hemm dawk li lesti jisfidaw lil min ghandu l-poter u hemm dawk li ghaliex huma laghqa jew bezghana jzommu rashom baxxa quddiem kull awtorita’, anke quddiem dawk li ma jixirqilhom l-ebda rispett.

Dan jghodd ukoll ghall-ghaqdiet taz-zghazagh. Hasra li ghandna bizibilju ta’ ghaqdiet taz-zghazagh li ma humiex lesti jcaqalqu l-ebda ilmijiet f’pajjizna. Hasra li ghandna kocc zghazagh mimlija energija u gherf li flok juzawhom biex jaraw kif itejbu l-kundizzjonijiet ta’ dawk ta’ madwarhom barra dawk taghhom, jiffukaw biss fuqhom infushom biex ipaxxu biss l-alla tal-‘jien’.

La ghidna li kollox nistghu nsibulu zewgt itruf, fl-ghaqdiet politici u trejdjunjonistici insibu lil dawk tax-Xellug u dawk tal-Lemin. Tax-Xellug ikunu dawk li l-progress iridu jiksbuh aktar malajr minn haddiehor. Tax-Xellug ikunu dawk li jqisu bhala priorita’ taghhom il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema u l-kwalita’ tal-ghixien tal-familji, u qatt ma jgerrhu l-fatt li madwarhom ikun hawn min ikun mejjet ghall-qatra u min mejjet fis-sakra. B’hekk min hu Xellugi jara l-Gustizzja Socjali u l-Ugwaljanza bhala valuri u principji li hadd qatt ma jista’ jnehhilu minn rasu.

Tal-Lemin mill-banda l-ohra jemmnu li kulhadd ghandu jkollu c-cans jithalla jitlaq jaqdef ghal rasu, u mhux importanti ghalih jekk dak li telaq jigri ‘l quddiem halliex xi erbgha b’saqajhom miksura warajh. Jemmnu li l-Gvern m’ghandux joqghod ipoggi hafna regoli fuq min ihaddem, jew jaghmel il-kummerc jew in-negozju. Ma jemminx li min m’ghandux ghandu jaqsam ma’ min ghandu. Tal-Lemin ma jinteressahx jekk kullhadd ikunx jista’ jasal, ghalih l-aqwa li jiftah it-triq biex kulhadd jigri kemm jiflah fiha.

Ahna z-zghazagh tal-GWU kburin li nifformaw parti minn trejdjunjin Xellugija, li l-progress trid tarah mill-aktar fis u li ghalkemm hasbet biex tiggedded bil-qawwa, il-principji taghha gharfet tindukrahom. Ghalina tal-GWU Youths huwa importanti hafna li ahna l-ghaqdiet taz-zghazagh Xellugin u Progressivi inservu ta’ spalla ghal xulxin kull meta jinhass il-bzonn. M’hemmx bzonn strutturi formali u dojoq jew regolamenti kontra ohrajn. Li hemm bzonn huwa kuntatt kontinwu u effettiv, u kull meta xi hadd jazzarda jaghtas fuq wiehed minna inkunu hemm ghal xulxin biex naraw x’ghajnuna nistghu noffru lil xulxin.

Irridu nkunu bhal hamest iswaba’ f’ponn. Dik hi s-solidarjeta’ li ahna tal-GWU Youths barra li nippridkawha lesti li nghixuha u nhaddmuha. Hekk ghamilna l-gimgha l-ohra meta heggigna lil ghaqdiet Xellugin u Progressivi ohra biex ninghaqdu f’solidarjeta’ mall-Moviment Graffitti biex il-Kunsill Studenti Universitarji ma jkunx arroganti u viljakk u jhedded lill-Graffitti li se jihodlu l-kamra tal-Universita’. Il-Graffitti hija l-aktar ghaqda attiva fl-Universita’ u llum ma jmissniex niddiskutu jekk ghandhiex tittihdilhom il-kamra taghhom, imma minn flok imissna naraw jekk ghandux jinbnielhom palazz biex ikollhom fejn jimirhu aktar fil-hidma tajba li jaghmlu.

Ahna napprezzaw li l-Forum Zghazagh Laburisti, l-Alternattiva Demokratika Zghazagh, u Zminijietna Zghazagh tax-Xellug inghaqdu maghna biex nappoggjaw lil dan il-Moviment. Cert li ma’ kull sejha li se nkunu qed naghmlu, se jkunu aktar dawk l-ghaqdiet tan-naha taghna li jilqghu sejhiet bhal dawn. Lil dak li jmexxi l-KSU minn hawn nghidlu li min jaghti bis-sejf bis-sejf jaqla’. Hafna kienu dawk li nharqu bl-istess huggiega li qabdu huma stess.

Ahna z-zghazagh Progressivi u Xellugin ghandna nkunu dejjem lesti biex nghinu lil xulxin b’kull mod. Dan naghmluh billi nzommu l-identitajiet taghna dawk li huma biex kulhadd jibqa’ jiddistingwina, izda fl-istess waqt naghmluh ghaliex naghrfu li b’hekk nistghu nsahhu l-vucijiet taghna f’kull livell. Ghalhekk bhala pass iehor f’din il-mixja fil-gimgha li gejja ahna tal-GWU Youths se nkunu qed naghmlu sejha liz-zghazagh tan-naha taghna biex flimkien nfasslu sett ta’ proposti lill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jinholqu soluzzjonijiet halli ma jkollniex studenti f’pajjizna li jkunu minn ghalihom li lahqu l-quccata tal-muntanja u wara jindunaw li bil-kemm telghu nofsha.

www.xellugi.blogspot.com

Sunday, November 8, 2009

Tan-Nies u mhux tan-Numri


Kontijiet u Pagi

Ghada jithabbar il-Bagit ghas-sena d-diehla. Dan il-Gvern tal-minoranza determinat li jizbalja bil-goff ghat-tieni darba fi tnax-il xahar fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Se jkun qed jghollihom fl-istess livelli tas-sena l-ohra. Ma tax kaz l-ghaqda bejn l-unjins kontra dawn il-mizuri li jbaxxu l-kwalita’ ta’ hajjitna. Ma tax kaz l-ghafsa kbira li qed jikkawza u se jkompli jiggrava fil-jiem li gejjin ghall-kumpaniji ta’ daqs zghir u medju. Il-kontijiet li se jgholli ghandu mnejn ma jhabbarhomx ghada biex jipprova joqtol l-elementi kritici f’pajjizna.

Certament li t-triq ra li jhejjiha sew biex jurina li dan se jsehh. Il-bieraht lura l-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni tal-ilma hargu jghidulna li ma jistghux jibqghu jinghataw sussidji ghaliex b’hekk il-kontijiet qed jinzammu ‘artificjali’. Tajjeb nghidu li anke l-pagi tal-haddiema huma ‘artificjali’ ghaliex qajla jwassluk sal-ahhar tax-xahar. Minn stharrig li kien sar minn gazzetta lokali nstab li 39% tal-Maltin ihossu li l-paga ma sservihomx. Jekk il-kontijiet iridu jirriflettu l-prezz taz-zejt, hekk ukoll il-pagi ghandhom jirriflettu l-gholi tal-hajja.

Sahhitna

Certament li s-sahha ghandha tkun indirizzata bis-serjeta’ f’dan il-bagit. Il-Ministru Dalli ddeskriva il-lista tal-eluf ta’ nies jistennew operazzjoni bhala wahda skandaluza. Dan huwa pass kbir ghal pajjizna, ghaliex ghandna Gvern li lanqas lest li jirrikonoxxi hafna mill-problemi ahseb u ara kemm hu lest jindirizzahom.

Biex isahhah l-istrutturi fil-qasam tas-sahha il-Gvern ghandu jara li jsahhah u mhux ikisser il-kura primarja. Thabbar li se l-polyclinics, il-bereg, u l-kura fil-kommunita’ se jkun qed jinghata l-importanza li tixraqlu u diga’ hemm process li fih qed jinhabu r-riformi. Ahjar tard milli qatt! Dan imissu sar b’mod parallel waqt li kien qed jinbena l-isptar il-gdid li jesgha inqas sodod mill-isptar San Luqa. Jekk naghtu l-importanza lil kura preventiva inkunu qed nikkontribwixxu biex inqas nies ikollhom bzonn il-kura akuta tal-isptar Mater Dei.

L-intricci dwar dan l-isptar semmew uhud minnhom nies midhla tal-Gvern bhat-tabib Frank Portelli, u jekk ridna prova li dan l-isptar iktar kien mahsub li jleqq milli biex jaghti servizz tistghu tahsbu dwar l-estensjoni li hemm il-hsieb li ssir ghal dan l-isptar. Il-qtugh taz-zigarella gie l-ewwel u l-importanti hallejnih ghal wara.

Naghag iswed

Mall-wasla tal-PN fuq it-tron tal-poter fis-87 ra kif ghamel biex il-haddiema tat-tarzna u t-tarzna nnifisha jservu ghalih bhala n-naghga s-sewda f’pajjizna. Dejjem pengilna t-tarzna bhala l-mazzra nazzjonali, piz fuq l-istonku jew l-ugigh ta’ ras ta’ pajjizna. Tawna l-impressjoni li dawn nies ghazzenin, mohhhom biex jistrajkjaw u jaqilghu l-inkwiet. Kienet ghalih l-aqwa haruf tas-sagrificcju u jiddispjacini nghid li l-lixka belghuha sahansitra uhud mill-haddiema. Din hi l-lixka perikoluza li hadd ma ghandu jaqa’ ghaliha, ghax twassal biex haddiem jihodha kontra l-iehor. Jekk il-lixka nibilghuha inkunu bhal dawk iz-zewg ghasafar li spiccaw jitqatlu kontra xulxin u fl-ahhar mill-ahhar it-tnejn baqghu minghajr skalora.

F’nofs Settembru il-Ministru li ghandu xehta t’abbati, Tonio Fenech, prova jibda jdawwar il-kanuni tal-gvern fuq l-ommijiet li jrabbu lil uliedhom wehidhom. Qalilna li jrid jara li l-abbuzi fit-tehid tal-beneficcji ta’ dawn l-ommijiet ghandu jitwaqqaf. Jien nghidlu li l-abbuzi ghandna naraw li jitwaqqfu minn kwalunkwe qasam u ma kellux ghalfejn isemmi lil dawn l-ommijiet li minghajr l-ghajnuna tal-istat ghandna mnejn inkunu qed nitfghuhom fil-faqar. Cert li l-Ministru jaf li meta l-abbuz ikun hemm rieda li jinqata’ dan isir, bhalma sar fil-kaz ta’ dawk l-1,858 persuna li tnehhew mir-registru tal-qghad ghaliex kienu qed jirregistraw minghajr it-tir li jahdmu.

Frotta shiha

F’Dicembru tas-sena li ghaddiet il-Gvern tal-Minoranza sab flus bizzejjed biex il-ministri, is-segretarju parlamentari u l-Prim Ministru nnifsu jinghataw zieda ta’ 14,966 ewro fis-sena jew inkella madwar 6400 lira milli konna nuzaw. Jiena cert li bhalma l-Gvern sab dawn il-flus is-sena li ghaddiet, hekk ukoll se jkun kapaci jalloka flus bizzejjed biex l-istudenti fl-iskejjel taghna jinghataw frotta shiha u mhux bicca minn frotta fil-gimgha. It-tfal Maltin diga’ huma meqjusa fost l-ehxen fid-dinja, mela ejja ninkoragguhom jieklu ahjar halli ma jghaddix iz-zmien u nghidu li ghandna generazzjonijiet ta’ Maltin li ma jifilhux jiccaqalqu!

Il-mistoqsija li tinstema’ hafna fi zminijiet bhal dawn hija; “X’qed tistenna mill-bagit?”. Jekk ghandna nistennew xi haga hija dik li jkun bagit tan-nies u mhux tan-numri.

Wednesday, November 4, 2009

Id-Divorzju u l-Gurdien tal-imramma



Sodisfatt li l-gimgha li ghaddiet il-Kumitat ghall-Affarijiet Socjali fi hdan il-Parlament qabad jiddiskuti l-kwestjoni tad-Divorzju. Mill-banda l-ohra nixtieq nara tiri konkreti ta’ meta behsiebhom jigu decizi l-affarijiet. Hafna drabi nintilfu fuq patafjuni ta’ rapporti, diskussjonijiet li jsiru ghall-pjacir li niddiskutu, u konsultazzjonijiet li jsiru ghall-pjacir li kullhadd ihossu inkluz. Issa li bdew id-diskussjonijiet dwar id-Divorzju f’Kumitat Parlamentari nispera li jitfasslu l-miri ta’ b’liema mod dan il-kumitat se jkun effettiv dwar legislazzjoni gdida dwar id-divorzju.

Il-partiti l-kbar

Il-Partit Laburista m’ghandux vuci wahda favur dan id-dritt civili. Ikolli nghid li fil-PL hemm min hu sahansitra reazzjonarju fil-konfront ta’ din it-tema. Mhux talli ma jridx idawwar l-arlogg ‘l quddiem, izda sahansitra jixtieq ireggghu lura. Minn banda ghandek il-Mexxej Laburista li juri li hu favur id-divorzju, izda fl-istess hin jara kif ipoggi d-diskors biex ma jinqatghax minn dawk fi hdan il-PL d-divorzju ma jriduhx.

Il-Partit Nazzjonalista jidher li lanqas jaf kif se jaqbad igib ruhu quddiem id-Divorzju. Ahna nafu li t-tmexxija ta’ Fenech Adami kien irnexxielha iggib lil dawk li huma Liberali ma’ dawk li huma Konservattivi fuq l-istess maduma. Illum il-gurnata il-PN qed jiddeciedi li ma jiddecidix dwar din it-tema, bit-tir li jibqa’ jipprova joghgob lil dawn iz-zewg kategoriji. Gonzi jinstema’ jlaqlaq u jiehu pawsi twal meta jaffaccja din it-tema. B’Muscat Kap tal-Oppozizzjoni jidher li l-PN qed jitlef il-qabda tieghu fuq il-liberali.

Ragunar

L-ebda wiehed miz-zewg partiti l-kbar m’hu qed juri ruhu determinat favur dan id-dritt civili. Waqt din il-laqgha Martin Scicluna mit-Today Public Policy Institute irraguna b’mod tajjeb meta wera bil-figuri kif ghalkemm f’Malta id-divorzju ghadu mhux accettat bil-ligi xorta ghandna sitwazzjoni fejn matul is-snin il-persuni separati, dawk li hadu d-divorzju minn barra u dawk li hadu l-annullament qed jizdiedu b’rata qawwija.

Tajjeb li nghidu li bejn l-1995 u l-2005 dawn il-persuni zdiedu b’262%. Fl-2015, meta mqabbla ma’ dawk tal-2005, behsiebhom jizdiedu bl-istess rata. Jekk niddeciedu li ma naghmlu xejn se nkunu qed ingibu rwiehna ta’ pajjiz inpotenti quddiem ir-realtajiet taghna.

Argument tajjeb li ngieb waqt il-laqgha ta’ dan il-kumitat, gie min naha ta’ Mr. Anthony Zammit, MP Laburista, fejn huwa qal li jezistu zwigijiet li jkunu stabbli u dawk li jkunu instabbli. Wara staqsa jekk wiehed ghandux icahhad lil dawk li ghaddejjin minn zwieg instabbli milli jergghu jizzewgu. Imbaghad kompla billi sostna li iz-zwieg certament jaghti aktar stabilita’ milli wiehed ikun poggut. Dan juri kif id-divorzju jista’ jservi biex wiehed ikun jista’ jizzewweg mill-gdid u biex madwarna jkollna relazzjonijiet aktar stabbli. Illum il-gurnata min ikun separat u jkollu sieheb jew siehba gdida, ma jkollu l-ebda ghazla ohra hlief li jpoggi mieghu jew maghha.

Zball Statali

L-izball tal-istat Malti f’pajjizna huwa dak li aktar mohhu biex jara lill-individwu jadatta ghar-regoli tal-istat, milli jara kif l-istat jista’ jitrasforma ruhu biex jirrifletti dak li jkun qed jigri madwarna. Fost l-ohrajn, dan narawh gej kemm mill-Knisja u anke mill-Gvern.

Il-Knisja ma tiskantani xejn li tagixxi b’dan il-mod, ghaliex wara kollox ghandha l-kredu taghha, li huwa bbazzat fuq sett ta’ principji li tista’ taghmel tibdil fihom izda hafna drabi taghzel li ma tibdel xejn. Ezempju car nistghu nihduh mill-mod kif ghadha tinsisti li hadd m’ghandu jkollu x’jaqsam b’mod sesswali qabel iz-zwieg. Nafu li r-realta’ f’pajjizna hi li mhux talli dan ma jsehhx, talli qed ikollna hafna tfajliet jinqabdu tqal bejn tlettax u sittax-il sena. Il-Knisja ghandha kull dritt tahdem b’dan il-mod. Madanakollu ghandi dubji kbar jekk tistax tkun relevanti b’din is-sistema.

Meta npoggu ghajnejna fuq il-Gvern, l-argument jinbidel. Il-Gvern ghandu l-obbligu li jkun relevanti ghal kull cittadin. Dwar drittijiet civili, spicca z-zmien li dak li jriduh il-maggoranza nimponuh fuq il-minoranza. Dik tissejjah it-tirannija tad-demokrazija. Jekk dwar id-divorzju m’hemmx l-appogg tal-maggoranza f’pajjizna, xejn u hadd m’ghandu jzomm lilna bhala pajjiz milli ndahhlu dan id-dritt civili. Billi nkunu differenti mill-Filippini u l-iStat tal-Vatikan mhux se tkun waqghet id-dinja! Wara kollox nigu bhall-bqija tal-Unjoni Ewropeja!

M’inhix qieghed nghid li m’ghandniex naghtu kaz lil dawk li jgibu l-argumenti kontra d-divorzju. Dawk huma mportanti hafna sabiex fil-process li nkunu qed naraw li d-divorzju jiddahhal, dan jiddahhal minghajr toqob u ma noholqux sitwazzjoni fejn ikollok min jiddivorzja ghall-konvenjenza. Barra minn hekk ikollna quddiem ghajnejna iz-zewg nahat tal-munita.

Caqlieq

Li fl-ahhar qed jiccaqalqu l-affarijiet dwar id-divorzju u telghu f’livell Parlamentari huwa pass pozittiv. Il-vucijiet ta’ partiti minoritarji u ghaqdiet mhux governattivi f’pajjizna nemmen li ghandhom jinstemghu ukoll, f’Kumitat Parlamentari bhal dan. Fuq kollox nittama f’haga wahda. Nittama li mhux l-ewwel tithezzez il-muntanja u mbaghad minn warajha naraw hiereg gurdien zghir tal-imramma!