Sunday, August 23, 2009

Politika ghaz-Zghazagh: Fejn iva, Kif le


Ippubblikat f'L-Orizzont tal-Hamis 20 t'Awwissu, 2009

Malli qrajt l-abbozz tal-politika nazzjonali mahrug fil-bidu tax-xahar li ghadda rajt kif dan id-dokument huwa kapaci juri x’tghid il-ligi rigward iz-zghazagh; huwa kapaci jghid fejn ghandna naslu fil-qasam taz-zghazagh; izda madanakollu ma jaghmel l-ebda sforz biex jghidilna kif se naghmlu biex dan nilhquh. Ghalhekk jiena nsostni li dan id-dokument ma jkunx jiswa’ haqq il-linka li bih gie stampat diment li fl-istess waqt li tkun emendata u approvata din il-politika, ma jkunx imniedi wkoll dokument li juri b’mod car kif se jitwettqu dawn l-affarijiet.

Skeletru minghajr muskoli

Li qed nghid huwa semplici. Din il-politika hija skeletru tajjeb, izda skeletru minghajr muskoli ma jiccaqlaqx. Ghalhekk hemm bzonn li jkun imfassal dokument li juri bic-car x’se jsir biex jintlahaq kull ghan imsemmi f’dan l-abbozz. Barra minn hekk ghandhom ikunu spjegati l-modi li bih is-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh se jkun qed jahdem ma’ Ministeri ohra biex din il-politika titwettaq. Iridu jinghataw miri cari ta’ meta jistghu jintlahqu l-ghanijiet imsemmija u kemm se jiswew flus biex ikunu jistghu isiru. B’hekk is-Sostenibilita’ li tissemma’ bhala prinicipju ta’ dan l-istess abbozz, tkun qed tinghata l-importanza taghha fil-prattika.

Superficjali

Dan l-abbozz juri certu superficjalita’ fil-mod kif behsiebu jidhol biex jirbah l-isfidi. Fit-taqsima ddedikata lill-ambjent jasal biex jiddedika artiklu li jsemmi “l-irwol attiv taz-zghazagh li jmexxu ‘l quddiem mizuri biex tkun miggielda l-bidla fil-klima, jikkonservaw id-diversita’ bio-kulturali u jtejbu l-kwalita’ tal-hajja umana”.

Jiena naqbel ma’ dan kollu, izda fir-realta’ iz-zghazagh kif se jkunu meghjuna jaghmlu dan? Kemm jaghmel sens li ahna z-zghazagh niggieldu l-bidla fil-klima billi noqoghdu nhawlu s-sigar meta l-Gvern Malti ddecieda li jixtri power station li tahdem bil-heavy fuel oil flok bil-gass. Meta ssemmi li l-irwol taghna z-zghazagh huwa li ntejbu “l-kwalita’ tal-hajja umana” tkun qisek qed tpingi z-zwiemel itiru. Ahna z-zghazagh li nippartecipaw b’mod attiv fis-socjeta’ taghna se nkunu qed nistennew biex insiru nafu kif se jirnexxielna nwahhlu l-gwienah maz-zwiemel.

Id-dokument jibqa’ wkoll superficjali meta jsemmi NGOs, Kummissarji, u Kunsilli li jistghu ikunu shab fit-twettieq ta’ din il-politika. Ma jidentifikax b’mod car x’jista’ jkun l-irwol taghhom biex dan isir. Meta jsemmi li hemm il-hsieb li titwaqqaf Agenzija Nazzjonali ghaz-Zghazagh, jerga’ jibqa’ lura milli jghidilna sa meta ghandu jsir dan. Ghalhekk jien ser nibqa’ nistenna bil-herqa li jinhareg dokument li juri bic-car il-metodu li se jintuza, u c-cans li se jinghata, biex l-ghanijiet jintlahqu.

Kulturi ohra

Dan l-abbozz, b’mod tajjeb, jidentifika l-inkluzjoni socjali u l-partecipazzjoni bhala zewg principji li ghandhom ikunu mwahhda ma’ kull taqsima tal-abbozz. Nemmen li l-interkulturalizmu (li nkunu kapaci nikkomunikaw ma’ nies ta’ kultura ohra) kellu jinghata attenzjoni specjali, peress li Malta qed tilqa’ nies gejjin mill-eks-Unjoni Sovjetika, eks-Jugozlavja, Indja, nies mil-Lvant Nofsani, Afrikani tal-Magreb u dawk ta’ taht id-dezert Sahara. Per ezempju nistghu nghidu li fit-taqsima tal-edukazzjoni setghet tkun inkluza pedagogija (l-arti u x-xjenza li tkun ghalliem) li tghin lic-cittadini Maltin ikunu preparati jirrelataw bl-ahjar mod ma’ minoranzi etnici f’pajjizna. Li qed nifhem b’dan huwa li jkollna sistema edukattiva li tinkoraggixxi aktar l-integrazzjoni u tirrispetta aktar l-identita’ kulturali ta’ dawk li ghandhom religjon, gilda jew origini differenti minn taghna l-Maltin.

Saqaf

Dan id-dokument donnu jinsa li z-zghazagh jaslilhom zmien fejn ikunu jridu saqaf fuq rashom u jsejhulu taghhom. Jinsa ghal kollox l-ispekulazzjoni tal-propjeta’. Din tikkawza lil pajjizna jkollu ‘l fuq minn 52,000 residenza vojta u qieghda ssallab liz-zghazagh li gejjin minn kwalunke’ klassi socjo-ekonomika Maltija. Dan l-abbozz jinsa lil dawk li ghandhom salib akbar minn ta’ haddiehor, bhal koppji u individwi bi dhul baxx u li m’ghandhomx stabilita’ fl-impjieg taghhom. B’hekk din il-politika tkun wahda li ma zzommx ilma jekk ma tindirizzax din l-isfida li qed jaffaccjaw iz-zghazagh u li sfortunatament kemm il-darba twassal biex jinhallu zwigijiet jew relazzjonijiet serji.

Fejn iva, Kif le

Jiena nirrispetta lil kull min ha sehem biex dan id-dokument ikun jista’ jitfassal, izda mill-banda l-ohra xtaqt nara li l-ghanijiet ta’ din il-politika jkunu aktar konkreti u jirriflettu l-hajja ta’ kuljum taz-zghazagh Maltin. Intenni li ma jiswa’ xejn li jkunu approvati l-ghanijiet imsemmija f’dan l-abbozz jekk ma narawx dokument iehor li jispjega bic-car il-pjan ta’ kif u meta se jsiru dawn l-affarijiet.

Wednesday, August 19, 2009

Id-Destin tax-Xellug....


Kollokwju ma' Ivin Catania, ippubblikat f'It-Torca tas-16.08.09

Bejn kikkra kafe u kikkra kafe (iva, xarba kafe tajba kienet) kelli argumentazzjoni ma’ sieħbi Chris Cutajar (mill-Moviment Azzjoni Xellugija u anke artikolista mat-TORĊA) dwar tema li t-tnejn li aħna hija għal qalbna: il-politika.... B’referenza speċjali għax-xellug li aktar ma’ jgħaddi żmien aktar qed isibha diffiċli li jikkonvinċi lill-poplu, speċjalment fil-pajjiżi Ewropej, li l-politika tiegħu hija aħjar minn tal-lemin konservattiv.

Ħafna drabi naraw li l-partiti tax-xellug fl-Ewropa qiegħdin jippruvaw jirbħu s-simpatija billi jirkbu fuq id-dwejjaq taċ-ċittadini u anke jippruvaw jibnu alleanzi ma’ dawk li l-interessi tagħhom mhumiex dawk tal-maġġoranza li jirrappreżentaw. Prat-ikament qiegħdin jagħmlu kollox biex isiru bħall-avversarji tagħhom - għax jaħsbu li b’hekk isiru aktar appellabbli - bil-konsegwenza li ċ-ċittadini ma jibqgħux jiddistingwu bejn il-partiti. Il-periklu ta’ din in-nuqqas ta’ alternattiva hija li ċ-ċittadini meta jiġu għall-vot jippreferu lil dak il-partit li diġà jafu dwaru milli lil dak li ma jkun qed jofri l-ebda alternattiva ħlief bidla fis-simboli tal-partit fil-gvern!

Din l-argumentazzjoni - li bdiet waqt konverżazzjoni bejn il-ħbieb - kienet imqanqla mill-fatt li l-Partit tas-Soċjalisti Ewropej, PSE, ħabbar li biddel ismu biex ikun jista’ jilqa’ fi ħdanu partiti li huma għaqdiet jew movimenti li fi ħdanhom għandhom elementi li mhumiex primarjament ta’ twemmin soċjalista jew xellugi. Dan il-fatt ma tantx niżel tajjeb ma’ dawk li jemmnu fil-ħtieġa li l-partiti xellugin jibqgħu jirriflettu t-twemmin li twaqqfu għalih u mhux jaqsmu l-kamp politiku biex jakkwistaw il-poter.

Chris Cutajar: Forsi jista’ jagħmel sens li l-PSE jbiddel ismu għax fih hemm, jew jixtiequ li jissieħbu fih, organizzazzjonijiet li llum il-ġurnata huma ffurmati fuq stil tal-partit demokratiku Amerikan. Biss l-ewwel u qabel kollox hu meħtieġ li l-partiti tax-xellug fid-diversi pajjiżi ma’ jistgħux jibqgħu frammentati. Hemm ħtieġa li jingħaqdu. Il-frammentazzjoni tal-ideat wasslet biex il-partiti tal-lemin jirnex-xilhom jikkapparraw stili ta’ politika li kienu magħrufa għalihom il-partiti tax-xellug, primarjament fejn jidħlu l-oqsma tal-għajnuna soċjali.

Din il-frammentazzjoni kemm bejn il-partiti xellugin, kif ukoll fi ħdanhom, hija riżultat li l-politiċi tax-xellug ftit li xejn jilħqu kompromess. Filwaqt li għall-partiti tal-lemin dan il-kompromess huwa aktar faċli li jintlaħaq.

Ivin: Imma tinsiex li dak li jgħaqqad lix-xellug flimkien mhuwiex l-istess bħal dak li jgħaqqad lil-lemin. Id-differenza hija waħda, iżda fundamentali. Kif naraha u nifhimha jien, ix-xellug il-ħidma tiegħu hija kif se jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-kollettiv - il-ħafna, il-massa, prattikament il-ħaddiema. Dan iwassal biex iqumu diskussjonijiet u anke kunflitti dwar kif dan se jaslu għalih. Filwaqt li għal-lemin l-aktar ħaġa importanti hija kif se jagħmel biex jibqa’ fil-poter u jaqdi lil dawk il-ftit li għenuh biex jikseb dan il-poter.

Jekk irridu inkunu ftit romantiċi nistgħu ngħidu li l-lemin dak li jgħaqdu huwa l-ħsieb li l-poter jibqa‘ f’idejn il-klassi elitista u industrijali tal-pajjiż u qatt ma jaqa’ f’idejn il-‘marmalja’ popolari għax din tkun diżgrazzja kbira u taqleb l-ordni soċjali! L-ordni naturali tal-affarijiet.

Chris: Għalhekk hija ta’ tħassib li jkollok partiti tax-xellug li jagħmlu l-għan primarju tagħhom li jirbħu l-poter. Il-kilba tal-poter ma tgħinx biex wieħed iwassal il-politika tiegħu aħjar... imma taf tikkorrompi l-istess ideali li l-partit ikun twaqqaf għalih. Nieħdu dak li seħħ bir-riċessjoni ekonomika internazzjonali. Din ir-riċessjoni setgħet tintuża aktar mill-partiti tax-xellug biex tagħti kredibilità għall-politika ekonomika li tradizzjonalment huma assoċjati magħha...

Ivin: Naħseb li x-xellug ipprova ma jnaffarx lill-klassi diriġenti u industrijali tal-pajjiżi involuti... ma riedx jidher rivoluzzjonarju u li l-għan prinċipali tiegħu huwa l-protezzjoni u t-tisħiħ tal-klassi tal-ħaddiema...

Chris: Jidher li x-xellug għadu mhux konvint li l-ġlieda tal-klassi mhix se tkun qiegħda twassal biex il-ħaddiema jig-gwadanjaw minn kundizzjo-nijiet aħjar ta‘ ħajja u xogħol. Naħseb li l-partiti tax-xellug illum il-ġurnata tilfu l-ħila li jġibu lin-nies magħhom bl-istess entużjażmu li kellhom qabel għax għandek klassi diriġenti li moħħha aktar biex tiġri ’l quddiem waħdeha ħalli sservi ta‘ gvern alternattiv. Tilfu l-paċenzja li jfehmu l-iskop tal-politika tagħhom lil dawk li finalment iridu jappoġġjawhom.

Ivin: Jidher li f’dan il-ġiri biex jirbħu l-poter, il-partiti tax-xellug qiegħdin jippruvaw jirkbu fuq il-weġgħat tan-nies u jippruvaw jappellaw għall-kulħadd fis-soċjetà. Meta l-istess soċjetà mhux bilfors trid li jkollha x’taqsam mal-partiti tax-xellug...

Chris: Agħar minhekk, fi kwistjonijiet nazzjonali mbagħad jispiċċaw iżommu ’l bogħod milli jikkommettu ruħhom. Fl-istess waqt bil-mod il-mod qed ninnota li dieħla t-tendenza li l-kampanji tal-partiti tax-xellug qiegħdin jieħdu xejra anti-persunaġġ politiku partikolari li ġeneralment ikun il-kap tal-gvern jew tal-partit oppost.... bħal fil-każ tal-PD fil-konfront ta’ Berlusconi fl-Italja.

Ivin: Hekk hu... imma din hija kampanja ta’ assassinju tal-karattru politiku li jwettqu l-partiti tal-lemin... tradizzjoni li baqgħet tintiret mill-era faxxista u minn żmien fejn il-kapitalisti riedu jeqirdu lill-mexxejja tal-unions u tal-partiti soċjalisti. Din it-tip ta’ politika u kampanja barra li ma tagħmilx sens li titwettaq minn partiti xellugin... meta ssir ma tiksibx l-istess suċċess daqs kemm meta titwettaq mill-partiti tal-lemin...

Chris: Taf x’qed idejjaqni ukoll... il-fatt li bit-tama li jintrebħu ‘ħbieb’ ġodda ħafna drabi jkunu qiegħdin jintilfu dawk qodma. L-idea ta’ koalizzjoni aktar miftuħa biex iwasslu partit fil-gvern taf tagħti l-impressjoni li huwa partit miftuħ. Fir-realtà din l-illużjoni taf twassal biex dawk l-imsieħba u alleati tradizzjonali jistgħu jibdew iħossuhom skomdi jaħdmu ma’ fazzjonijiet li ma jkollhomx l-istess ideali u prinċipji tagħhom...

Ivin: Sakemm, ma jibdiex ikollok il-każ fejn l-alleati tradizzjonali jibdew ikunu mgħajra li huma ankrati mal-passat u li ma jridux jinbidlu - il-mit tal-bidla. Meta nara dan nistqarr li jekk qatt ma rnexxilhom jagħmlu xejn il-partiti tal-lemin irnexxilhom idaħħlu sens ta’ skadenza fil-politiċi tax-xellug. Jekk tinnota ħafna jsostnu li hemm bżonn li l-partiti tax-xellug jinbidlu ħalli jkunu aktar appellabbli... min minn fost id-diriġenti tal-partiti tax-xellug jemmen din l-istqarrija jispiċċa biex jibda moviment ta’ aġġornament li ħafna drabi jwassal biex il-partit involut jinqata’ mill-prinċipji li jiffurmaw il-pedamenti tal-eżistenza tiegħu.

Għal ħafna minn dawn id-diriġenti l-‘prinċipji m‘għandekx xi tridhom.’ Imma ngħid jien partit li jiċħad il-prinċipji tiegħu... biex jappella aktar għall-votanti u jirbaħ il-poter... jibqa’ l-istess partit li l-imsieħba eżistenti jkunu ssieħbu fih minħabba li kienu jaqblu ma’ dawk l-istess prinċipji? Ċertament li le!

Chris: Semmejt l-allenazi. Ma rridux ninsew li l-akbar alleati tal-partiti tax-xellug - tista’ tgħid mad-dinja kollha - huma l-unions tal-ħaddiema. B’dak li qed nara li qed isir illum ikun aħjar li l-unions ma jidħlux f’alleanzi fuq bażi politika mħaddna imma fuq temi speċifiċi. L-istorja għallmitna li meta l-unions allineaw ruħhom - b’mod sħiħ - ma’ partiti politiċi, spiċċaw biex servew ta’ bandla politika u anke maħnuqa.

Teżisti differenza kbira bejn l-għanijiet tal-partiti politiċi, inklużi dawk tax-xellug, u l-unions. Filwaqt li l-partit fil-gvern - jekk jagħmel kompromess u jiċħad il-prinċipji tiegħu - jispiċċa jkollu jċedi għall-pressjoni li jagħmlulu dawk li f’idejhom għandhom il-kapital... il-unions l-uniku għan u rabta tagħhom hija mal-imsieħba li l-għajxien tagħhom jiddependi biss mill-paga u salarju li jirċievu talli ta’ kuljum jagħtu t-tmien sigħat xogħol - jew aktar.

Ivin: Fi ftit kliem, jekk kumpanija trid li jkollha titjib fil-produzzjoni u qligħ tagħha trid tara li jkun hemm titjib fil-ħlasijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema li timpjega... dan ċertament jista‘ jinkiseb biss permezz tal-ħidma tal-unions u ta’ ħadd aktar.

Chris: Hekk hu. Il-unions u l-partiti jridu jkunu indipendenti minn xulxin... Nemmen ukoll iżda li l-unions għandhom kontribut kbir x’jagħtu lill-politika. Dan minħabba l-ħidma tagħhom fost id-diversi kategoriji ta’ ħaddiema li twassalhom biex b’mod mill-aktar qrib ikunu jafu l-ħtiġiet u d-dwejjaq tal-poplu.

Ivin: Anzi kategoriji ta’ ħaddiema semmejt... għax f’dawn l-aħħar snin saret moda li tagħmel distinzjoni bejn il-ħaddiema... jtuhom nomenklatura differenti biex għat-taparsi mhumiex ħaddiema bħall-oħrajn! Insomma dan huwa argument li nħalluh għal aktar ’il quddiem.

Meta l-barri taqbdu minn Denbu!




Ippubblikat f'It-Torca, 19.07.09

Li kieku Gonzi kellu jkun toreador f’arena f’Madrid, kieku l- barrin ilhom li għollewh m’għola s-sema minn qalzietu. F’qagħda fejn il-pajjiż qed jaffaċċja dejn qawwi, dħul ta’ flus ħafna inqas milli ħruġ u nuqqas ta’ esportazzjoni. F’qagħda fejn ir-riċessjoni ekonomika suppost li żammitna ffukati biex naraw li l-ebda ħaddiem ma jitlef xogħolu, u li l-kwalità tal-għajxien tal-istess ħaddiema u l-familji tagħhom jitjiebu, it-tnedija ta’ proġett ’l hemm u proġett ’l hawn ma jipprovdu l-ebda soluzzjoni għal dawn l-isfidi.

Għandna gvern minoritarju li ħsiebu biex jittawwal bit-tromba biex iħares lejn l-istilel li qiegħdin fl-ispazju, u jinsa li eżatt ma’ saqajh għandu nies li qiegħdin jaffaċċjaw problemi li qatt ma ffaċċjaw qabel. F’daq-qa waħda b’pompa li ma bħalha għażel li jaljena lill-poplu bil-proġett ta’ Bieb il-Belt, iddisinjat mill-aqwa fost l-aħjar, Renzo Piano. Bħal dak li qallu lanqas għoxrin arkitett Malti ma kellhom il-ħila jgħaq-qdu disinn ta’ kwalità għal Bieb il-Belt.

Dak li pjanalna Piano

Ħlifna li kull spazju miftuħ li jkollna noħonquh bil-bini. Fil-pjani ta’ Piano Pjazza Ħel-sien ma tibqax ħielsa mill-bini. Il-Parlament jiġi eżatt minn flokha, b’saqaf li jfakkrek f’ħabs. Il-Parlament tagħna jista’ jibqa’ fejn hu u nibdlulu l-għamara li llum nistgħu ngħidu li għamlitha żmienha.

X’differenza mill-pjazza li għandek fi Brussell fil-Belġju, fejn malli tkun fiha ddawwar rasek u titpaxxa bil-meravilji tal-arkitettura. Dawn m’huma xejn aktar minn spejjeż żejda li pajjiżna ma jiflaħx għalihom għax m’għandux flus, u lanqas li kieku kellu ma jkollu għal-fejn jidħol għalihom.

Fi ħsieb Piano Bieb il-Belt ikun bla saqaf. Nixtieq inkun naf jekk din l-għażla saritx wara xi studju rigward l-im-patt fuq iċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku fil-Belt. Pont forma ta’ arkata kien ikun prattiku għall-esiġenzi tat-traffiku fil-Belt u fl-istess ħin jikkumplimenta l-ħsieb ta’ Piano. Ir-re-sidenti li joqogħdu lejn il-ġnien Hastings żgur li se tinħolqilhom problema bil-bieb kif pjanat.

Inħaseb dwar x’se jsir eżatt malli tidħol fil-Belt, iżda jin-ħtiġilna naħsbu wkoll naraw x’se nagħmlu eżatt qabel ma tidħol fil-Belt. Il-karozzi tal-linja żgur li jneħħu ħafna mill-viżibilità tad-daħla fil-Belt, u anke t-taxis li jipparkjaw hemmhekk. Nemmen li ma’ pjan kbir bħal dan jinħtieġ li l-karozzi tal-linja jibdew jip-parkjaw taħt l-art mal-wasla tagħhom fil-Belt.

B’hekk tinħoloq sistema fejn min jistenna tal-linja jistenniha eżatt fejn tistenna llum, għal-kemm jinħolqu tined mad-dawra għall-ilqugħ mix-xemx u x-xita, u l-karozzi tal-linja jibdew jitilgħu minn taħt l-art eżatt qabel ma jkun se jibda l-vjaġġ mill-Belt. B’hekk il-pjazza tkun iktar miftuħa u l-funtana tat-Tritoni, li ħaqqha tiswija sew, tinqala’ aktar. Fil-pjazza jkun hemm ħafna aktar sens ta’ spazju. Dan kollu jkun jinħtieġlu jsir b’konsultazzjoni ma’ tal-ħwienet li hemm mad-dawra biex l-għajxien tagħhom ikun salvagwardjat.

Riġenerazzjoni tal-qagħda soċjali

It-tlellix jgħammex l-għajn għal ftit. Biex tirriġenera Belt trid tagħti kas li tolqot l-aspetti kollha tagħha. L-infrastruttura hija importanti, u infatti jekk iddur dawra mal-Belt tara kif hemm ħafna bini żdingat u mitluq li jagħmel għajb għal djar oħra li huma miżmumin pinna. Jekk il-bini tal-Belt huwa mportanti, il-qagħda soċjali ta’ dawk li jgħixu fil-Belt hija importanti iżjed. Żewġt iĦdud ilu din il-gaz-zetta kienet l-uniku waħda li tat prominenza lil dan il-fattur.

Barra li nagħtu kas li l-bini jinżamm sew mill-faċċata, biex insaħħu l-patrimonju Malti għall-Maltin u għat-turisti li jżuruna, irridu naraw li wara dawk il-faċċati jkun hemm familji li qiegħdin jgħixu mgħammra b’dak kollu li jinħtieġu.

B’dan infisser li, per eżem-pju, familja bit-tfal irridu na-raw li tkun taffordja kompjuter u l-internet u tkun taf kif tużahom sewwa, u anzjana li toqgħod weħidha għandna naraw li ma tmutx bis-sħana f’xhur bħal dawn. Jien li jkolli x-xorti nżur il-Belt ta’ spiss ninduna kemm sfortunamatament għad għandna nies jgħixu ġo gabubi jew inkella f’postijiet li huma nieqsa ħafna mill-aċċessibilità minħabba nuqqas ta’ lifts u turġien li titbażwar titlagħhom. Ċert li problemi bħal dawn ma ssibhomx biss fil-Belt.

Waħda mill-ħasriet hija li f’uħud minn dawn il-binjiet jinġemgħu ħafna problemi ta’ familji differenti, u dan flok jgħin biex l-isfidi jkunu mir-buħa, tinħoloq klima fejn il-problemi aktar ikunu biċ-ċans li jiżdiedu. Riġenerazzjoni tal-Belt Valletta tfisser ukoll li nies bi problemi soċjali ma titfagħhomx ma’ xulxin biex tispiċċa tiffermenta l-istess problemi. Min ikun qela’ bajda rridu ngħinuh biex ma jaqlix tnejn!

80 miljun

Li ssemmi l-miljuni f’Malta, qisek qed issemmi l-għexieren. Isemmulna l-miljuni li beħsiebhom jonfqu biex inessulna l-miljuni ta’ dejn li għadna ma fdejniex. Għandna gvern mino-ritarju li jippoża li jaf imexxi, iżda fil-verità lanqas għandu l-ħiliet bażiċi biex jagħmel dan. Kellu rapport fl-2006 li qallu ċar u tond li jekk mhux se jagħmel xi ħaġa rigward il-power stations se jispiċċa jaf-faċċja problemi kbar.

Wasal it-Tlieta 16 ta’ Ġunju u pajjiżna taritlu s-salvavita. Tal-pastizzi ma ħmihomx, il-fabbriki bil-makni wieqfa, il-fridges u l-freezers tal-ħwienet u ta’ djarna kollha mitfija u pajjiżna rnexxielu jitlef mill-inqas tmenin miljun ewro. F’ġurnata waħda l-gvern tal-minoranza rnexxielu jtellef lil pajjiżna daqs kemm beħsiebu jonfoq għal Bieb il-Belt. Fl-istess waqt dan il-gvern mino-ritarju jinsisti li l-kontijiet esaġerati tad-dawl u l-ilma ma jistax jissussidjahom aktar. Flusna qiegħdin għand l-iben il-ħali!

Madanakollu la Austin Gatt u lanqas id-dixxiplu tiegħu fl-arroganza, iċ-Chairman tal-Enemalta Alex Tranter ma rriżenjaw wara li f’pajjiżna nqata’ d-dawl ħesrem fl-aktar ħinijiet importanti tal-ġurnata. Hawnhekk m’aħniex qiegħdin l-Ingilterra. Ara dawk malli ħarġulhom rapporti li l-mem-bri parlamentari għamlu kap-riċċi minn fuq dahar il-poplu, dawn irriżenjaw u wegħdu li ma jerġgħux joħorġu għall-politika.

Jekk żball ta’ tmenin miljun ewro m’huwiex kbir biżżejjed biex tirriżenja, allura l-ebda ħaddiem Malti li jinqabad jiżbalja fuq flus ma ħaqqu jintalab jirriżenja. U mbagħad irridu nilagħbuha tal-Ewropej. Kemm għadna ’l bogħod!

Il-Menqa u stejjer oħra

Austin Gatt ħareġ jgħidilna bi proġett ġdid għall-Menqa. Ħa jkollna l-jottijiet ipparkjati, u se jkollna l-uffiċini ġodda. Qalilna li b’hekk ħa ngħollu l-valur tal-proprjetà fil-madwar. Lill-Marsin ngħidilhom biex ma jgħoddux il-flieles qabel ma jfaqqsu għax disinji naraw kemm trid, iżda xogħol imwet-taq kif imwiegħed naraw bil-ftit.

F’daqqa waħda l-gvern tal-minoranza reġa’ qabad iniedi l-proġetti ma’ kull nifs li jieħu. Ikun aħjar għal Gatt li flok iniedi proġett fil-Menqa, jgħidilna bis-serjetà x’se jsir minn Smart City. Dan qed ngħidu għax donnu li l-proġett li se jsir ma’ dawk ta’ Dubai nixef daqs is-Sajf li għaddejjin minnu.

In-nies tal-Kottonera kienu mwiegħda li se jsibu x-xogħ-lijiet f’din il-Belt Smart u anke kienu mwegħida li se jilbsu ċ-ċoff biex jilqgħu l-klijenti fil-baċir. Meta n-nies tal-Kottonera toħroġ għal passiġġata tara l-baċir numru wieħed agħar minn ċimiterju, għax ċimiterju għallinqas għandu l-valur li jżomm fostu l-għeżież li ħallewna.

Il-baċir numru wieħed huwa mejjet, mitluq u żdingat, u flok il-wejters bis-sarvetta fuq idhom u bit-tilar fuq l-id l-oħra, kif kienu wrewna fid-disinji, kull ma tista’ tara hija xi qattusa tiela’ ma’ ħitan mimlija nugrufun. Li ma kienx għall-film Munich ta’ Steven Spielberg il-baċir numru wieħed ma kien jintuża għal xejn mindu kien jilqa’ fostu l-bastimenti li kienu jissewwew b’tant ħila mill-ħaddiema tat-Tarzna. Jekk il-PN irid jakkwista l-fiduċja li qed jitlef, dan żgur mhux se jagħmlu billi jniedi żewġ proġetti kull ġimgħa. Drajnihom dar-reċti!

Partit Laburista; tongħosx!

F’din l-aħħar sena il-PL kont qed narah aktar ċert minn dak li jrid jagħmel. Nispera li l-vantaġġ ta’ 35,000 vot ma jgħoddux bħala kumdità, iżda minflok jgħoddu bħala res-ponsabbiltà. Wara t-tnedija tal-proġett Piano ħareġ stqarrija fjakka intenzjonata li ma turta lil ħadd. Aċċetta l-fatt li l-gvern tal-minoranza ma kkon-sultax miegħu.

X’jiġifieri ma jikkonsultax ma’ partit li tilef l-aħħar elezzjoni b’770 vot? X’jiġifieri ma jikkonsultax ma’ partit li huwa b’ċans tajjeb li erba’ snin oħra jkun fil-gvern? F’din il-kwistjoni l-PL ħareġ bħala partit bla snien. Dak li ma jixraqlux ikun aċċettat, m’għandu jkun aċċettat qatt. Il-fatt li l-proġett iddisinjah Piano, ma jfissirx li ma tistax tesprimi ideat ċari dwaru!

It-toreador

Jekk Gonzi għandu par idejn sodi, il-barri jinħtieġlu jaqbdu minn qrunu. L-affarijiet li jixir-qilhom ikunu l-ewwel għandna npoġġuhom fl-ewwel post. Flus il-poplu għandhom jin-tużaw għall-akbar ħtiġijiet li għandu l-poplu. Il-ħtieġa li l-fuel tal-karozza u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma fi djarna jkunu irħas u l-ħtieġa li l-paga sservik mhux biss sal-aħħar tax-xahar iżda anke biex tippjana fit-tul, żgur jiġu qabel kwalunkwe pjan imfassal mill-oliġarkija Maltija.

Dawk li jinsabu fuq nett iridu jintebħu li l-pjani tagħhom jitwettqu bis-saħħa ta’ dawk li qiegħdin jinżamm u ’l isfel! Malta hija mxennqa għal politiċi li lesti bis-serjetà jaħdmu ħalli min qed jinżamm ’l isfel ma jibqax jingħata l-loppju mingħand dawk li baqgħu fuq!