Wednesday, June 17, 2009

Gvern tal-Minoranza u Partit li ssahhah gmielu



Artiklu ppubblikat f' It-Torca tal-Hadd 14 ta' Gunju, 2009.

Il-Gvern li ghandna gie elett mill-minoranza tal-poplu. 49.33% tal-elettorat riedu li jkun il-PN li jmexxi l-Gvern. Nistghu nghidu li r-rizultat ta’ Marzu 2008 ta s-sinjal li l-maggoranza tal-Maltin u l-Ghawdxin riedu bidla fil-Gvern, izda ma emmnux bis-shih li l-Partit Laburista (PL) seta’ jwettaq din il-bidla. Wasal is-Sibt 6 ta’ Gunju u l-maggoranza assoluta tal-poplu wriet li bl-istil tat-tmexxija ta’ Muscat fit-tmun tal-PL issa dan il- Partit qed jitwemmen bis-shih li jista’ jgib il-bidla. Il-Partit tal-minoranza gab l-appogg ta’ 40.49% tal-elettorat biex ikompli jnaqqas l-appogg.

Tmexxija

It-tmexxija ta’ Muscat wriet ruhha li lesta tilqa’ fi hdanha nies li ghandhom it-twemmin taghhom ankrat fl-era tat-tmexxija tal-Perit Mintoff. Lesta tilqa’ wkoll lil dawk li wrew u jista’ jkun li ghadhom juru thassib dwar is-shubija taghna fl-Unjoni Ewropea. Lesta wkoll li tigri wara dawk in-nies li ghalkemm m’ghandhomx kultura ta’ hidma fi hdan il-PL, iservu ta’ kalamita kbira ta’ voti minn dawk li jsibuha bi tqila biex jivvotaw lill-PL. B’hekk l-ghajta li “Hadd m’hu ghar-rimi” qed tithaddem fil-prattika u mhux tinghad biss bil-paroli.

Certu kritika li qabel kienet issir minn barra l-PL u kellha mnejn taghmillu l-hsara, issa ssir minn hdanu biex flok ixxekklu, isservi biex issahhu. Id-diskors politiku ta’ Muscat huwa aktar frisk, imur mill-ewwel ghall-punt, u jfisser b’mod aktar car dak li jemmen fih. Qieghed jaghti kaz ta’ minoranzi fis-socjeta’ taghna, bhalma huma l-persuni omosesswali, u lest jikxef il-karti aktar minn haddiehor rigward temi bhad-divorzju. Fuq kollox huwa diskors pozittiv u joffri tama. L-ghajta li se jisbah jum gdid ghal pajjizna tista’ sservina ta’ ezempju car.

Din il-kampanja li ghadha kemm ghaddiet serviet lill-PL biex jinqala’ mill-vizzju tar-reazzjoni. Politika li tagixxi turi ruhha b’aktar qawwa u taghti lin-nies fiducja. Jikkonvinci biss min ikun konvint minnu nnifsu. Partit ghandu jkun bhal tren. L-ewwel ghandu jara x’binarji se jimxi fuqhom, jidentifika fejn hu sejjer u malli jkun deciz fejn irid jasal jaqbad miexi ghal ghonq it-triq u jtella’ kemm jiflah nies mieghu fil-vaguni sakemm jasal. Din hija l-politika tal-azzjoni li tghid “Naf kif nasal!” u mhux “Jista’ jkun li jwassluni!”.

Kwestjonijiet midfuna

It-tieni rebha tal-PL ghas-siggijiet Maltin fil-Parlament Ewropew thalli lill-Partit Nazzjonalista (PN) b’bicca xoghol difficli quddiemu. Il-poplu ghal darbtejn wara xulxin wera fiducja akbar fil-PL milli fil-PN meta gie biex ghazel il-Membri Parlamentari Ewropej (MPE) li ghandhom jirraprezentawh. Il-Prim Ministru Gonzi u dawk tal-kor tieghu ghazlu li jibqghu ipingu lill-PL bhala wiehed li ghadu mhux konvint rigward l-UE, u allura b’dan ir-ragunar l-ghazla awtomatika kellha tmur fuq il-PN. Dan id-diskors skada darba ghal dejjem mar-rebha ta’ 54.77% tal-PL. Ikun zball kbir ghall-PN li jaghzel li jkompli jdoqq din id-diska, ghaliex il-PL ha l-fiducja tal-maggoranza meta s-shubija kienet ghadha friska u sahhah il-fiducja meta kellu hames snin ta’ hidma fil-Parlament Ewropew warajh.

Karbiet bhal ta’ Simon Busuttil li l-MPE Laburisti ma ridux jahdmu id f’id mieghu u ma’ David Casa f’dawn l-ahhar hames snin, huma karbiet tat-tfal iz-zghar u ftit jitwemmnu meta johorgu minn bniedem li jinhass wisq allergiku ghall-verita’. Il-PN, fil-qaghda li jinsab illum aktar jitwemmen jekk jghid li lest li joffri idu, milli jekk jibqa’ jghid li jrid lil haddiehor joffri jdejh. Il-PN fil-Gvern ghandu bzonn qabza kbira fil-kwalita’ fejn tidhol tmexxija. Minn partit li fl-2003 kien lest li jqabbel lil Malta mal-aqwa fl-Ewropa, ghandna naraw li tithaddem politika li ggibna l-aqwa. Li Dr.Gonzi jiggustifika l-ghazla tal-impjant li jahdem bil-Heavy Fuel Oil ghaliex Korsika wkoll ghazlu li jaghmlu dan, juru li dak li n-nies thallew jistennew, m’huwiex dak li n-nies qed jinghataw. Juri wkoll li l-ghazla qed tmur ghal dak li huwa meqjus l-anqas tajjeb fl-Ewropa u mhux l-aktar tajjeb kif konna nghatajna x’nifhmu.

Haga ohra li difficli wisq biex tifhimha hija ghaliex il-PN beda jipprova jispjega li l-kampanja tieghu hija bbazata fuq temi Ewropej u mhux dawk ta’ Pajjizna. Din difficli tifhimha. Ghax il-logika tghidlek li la Malta qieghda fl-UE it-temi ta’ pajjizna huma wkoll Ewropej. Nahseb illi l-PN kellu jkun l-ewwel partit f’Malta li jintebah li dak li jigri gewwa Sannat jew Rahal il-Gdid ikun qed jigri wkoll fl-Unjoni Ewropea. In-nies kollha madwar l-Ewropa jaghtu l-akbar importanza lit-temi li jolqtu lilhom direttament. M’ghandix ghalfejn nidhol fil-mertu li l-PN prova jiffranka billi jahrab minn dawn it-temi!

Kompjacenza

L-ispirtu ta’ Muscat wara t-thabbira tar-rebha mill-ewwel ingrana ruhu biex jipprova jgib lejh lil dawk li gurnata qabel jew ghazlu li ma jivvotawx jew inkella ivvotaw partit iehor flok il-PL. Dan huwa spirtu tajjeb, deciz li jipprova jidhol f’kull dar Maltija jew Ghawdxija. Jekk sa sena u nofs ilu l-prezenza tal-PL fuq l-internet kienet fqira fejn tal-PN, illum tinhass li mhux talli lahqet il-livelli tal-PN izda jista’ jkun li qabzithom. Facebook, Youtube u sahansitra Twitter saru spazji komuni ghall-PL. Il-website tal-PL ghal din il-kampanja ukoll tat spazju tajjeb ghall-elettur li jaghzel li jixtarr l-ghazliet li l-poltici kienu qed joffrulu. Il-kandidati, ghalkemm tuzzana, inghataw spiss l-ispazji taghhom kemm fil-materjal stampat u anke fil-prezenza tal-PL fil-lokalitajiet.

L-aghar haga li jista’ jaghzel il-PL hija it-triq tal-kompjacenza. X’inhi dil-kompjacenza? Li kullhadd jibda jitbissem lil xulxin fid-dar centrali. Kulhadd ihoss kollox sejjer tajjeb u tinholoq klima fejn ma jkunx hemm lok ghal kritika biex l-istess partit isahhah lilu nnifsu. L-amministrazzjoni tal-PL baghtet messaggi li juru bic-car li dan mhux se jkun qed isir. Jekk il-kompjacenza terga’ ttella’ rasha fil-PL, inkunu nistghu nghidu li l-partit ikun mexa pass ‘l quddiem biex jintefa’ tnejn lura.

Investiment

Li jkollok 35,000 vot aktar mill-avversarju principali tieghek ifisser li n-nies ghandha fiducja fl-istil ta’ politika li qed tmexxi. Li taghmel kampanja tajba u tikseb il-fiducja tan-nies hija bhal poezija. Kollox jinqara sabih u kollox idoqq ghall-widna waqt il-qari ta’ poezija. X’hin jasal il-mument biex tmexxi, il-poezija ssir proza u l-versi jsiru itwal u difficli biex taqrahom. Ghalhekk il-PL ghandu minn issa stess ikompli jinvesti b’aktar qawwa sabiex meta jigi l-mument li jinghata l-makna tal-Gvern f’idejh inehhi l-bsaten minn gor-roti u jkollu nies kapaci li jghinu sabiex l-ingranaggi tal-makna jizolqu helu helu go xulxin u mhux jitkissru.

Fl-2013 il-PN se jkun ilu jigverna f’pajjizna ghal 26 sena nieqes 22 xahar. M’hemmx ghalfejn nikkummenta li l-gheruq tieghu se jkunu ankrati fil-blat. B’hekk ghajnejn il-PL ghandhom iharsu lil hinn mir-rebha tal-elezzjoni generali. Dik hija biss il-wasla fil-quccata tal-muntanja. Trid issir hidma qawwija biex hadd ma jkollu l-hila jinbotta lill-PL minn fuq il-quccata. Din it-tip ta’ hidma diga’ rajniha ssir mis-Segretarjat Internazzjonali tal-PL li tat tahrig fil-prattika tad-Diplomazija u rigward Fondi tal-UE. Id-Deputat Mexxej tal-PL Dr. Abela, f’intervista kien qal li hemm lok fejn dan it-tahrig jitwessa’ wkoll f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ amministrazzjoni pubblika, il-qasam turistiku u l-ispecjalizzazzjoni fil-harsien tal-ambjent. Il-PL jaghmel sew li jimbarka bis-serjeta’ fuq tahrig ta’ din il-kwalita’. B’hekk ikun jista’ jinvesti f’nies li lesti jahdmu mieghu u mhux bilfors fi hdanu. Importanti ferm li jkun hemm involviment shih taz-zghazagh f’dan it-tip ta’ tahrig. B’hekk ikun hawn imsiemer godda li lesti jibdlu lill-qodma. Dan il-hsieb huwa logiku, ghaliex tkun hasra kbira jekk wara li poplu jaghtik il-fiducja biex issuq il-karozza ikollok makna li lill-karozza ma ccaqlaqha qatt.

Taghlimiet

B’din l-elezzjoni li ghaddiet wiehed jifhem bic-car li meta n-nies thossha rapprezentata il-vot taghha thaddmu kif thoss li jkun l-ahjar. Il-mit li l-PN ma jista’ qatt ikun tellief, li spiss idur fil-kuriduri ta’ hafna mhuh ghandu jitkisser. Ikun tajjeb li dawn iz-zewg taghlimiet jinghaqdu mat-taghlima ta’ Marzu 2008 li kienet tghid li “Hadd qatt ma rebah elezzjoni b’mod awtomatiku”. Il-PN huwa certament partit kapaci hafna u minnu wiehed jista’ jislet taghlimiet kbar. Jekk hemm taghlima li l-Partit Nazzjonalista ghandu jiehu mill-elezzjonijiet li ghaddew hija dik li jitghallem kif ikun tellief!

Friday, June 12, 2009

Jien li ma jisimnix Suleiman



Jien li ma jismnix Suleiman twelidt f’pajjiz fejn il-faqar jezisti, imma ma joqtlokx bil-guh. Fejn il-kunflitti jezistu, imma m’hemmx bzonn izzomm arma f’idek biex tibqa’ haj.

Jien li ma jisimnix Suleiman ma jghoddunix bhala wiehed mis-suwed. Ma nistenniex it-trakk hdejn is-salib tal-Marsa biex nara liema sid ikun lest jisfruttani.

Jien li ma jisimnix Suleiman ghandi dritt nitla’ Paceville u jhalluni nidhol f’disco. Nista’ nibqa’ nixrob sakemm insir patata ghax kulhadd jibqa’ jitbissimli. Lili l-ebda bouncer ma ma jarani fuq zaqqu. Lili hadd qatt m’ghogbu jibghatni l-ITU, u minn hemm ghand alla.

Jien li jismni Suleiman nivvjagga b’lanca mhux b’ajruplan. Passaport ma ngorrx ma' hwejgi, izda sa qabri bqajt ingorr il-memorja ta’ dinja kiefra u ingusta. Dinja li qalb hafna nies twajba ggorr ukoll nies mimlija hdura.

Jien li ma jisimnix Suleiman ha ninzebah iswed u nhar is-Sibt nitla’ Paceville!

Tuesday, June 2, 2009

Irrid Ewropa Socjali



Meta nkunu erba’ passi boghod mill-kaxxa tal-voti nhar is-Sibt li gej ghandna nqisu hafna affarijiet. Irridu nqisu li min ghadu kemm rifes l-ghatba tal-politika ghandu mnejn li dahal fiha biex jiehu aktar milli biex jaghti. Ghandu mnejn fil-hajja ta’ kuljum tieghu/taghha ma jhossx sewwa sew l-isfidi li jkunu qed jaffaccjaw il-familji Maltin u Ghawdxin. Ikunu biss qed idoqqu diski li diga’ semghu, u qajla jkunu jafu t-tbatijiet veri ta’ dawk il-familji li ghalkemm jistinkaw biex itejbu l-pozizzjoni taghhom isibu mewg li qatt ma jkunu bassruh.

B’hekk nemmen li nhar is-Sibt l-ghazla taghna ghandha tmur fuq dawk il-kandidati li huma infurmati bizzejjed dwar x’inhi l-Unjoni Ewropea. Ghandna naghzlu lil dawk li ilhom jaghtu sehemhom fl-oqsma socjali u politici ta’ pajjizna. M’ghandniex inhallu lil dawk li ghax telghu fuq il-palk ghall-ewwel darba, jispiccaw jisirqu d-dawl kollu fuqhom. M’humiex l-ammont ta’ ricevimenti li stednuna ghalihom li ghandu jkun il-kejl li bih naraw min ghandu jiehu l-preferenza taghna. Ejjew inkunu aktar ghaqlin u naraw x’sustanza politika qed joffrulna l-kandidati.

Barra minn hekk, m’ghandniex nithajru nhallu l-vot fl-armarju. Id-demokrazija hija partecipazzjoni, u jekk ma nippartecipawx inkunu qed nibaghtu messaggi hziena minn rashom sa saqajhom. Inkunu qed naccettaw bhala stat ta’ fatt li fl-Ewropa is-suq ghandu jibqa’ jitqies bhala alla u n-nies bhala makni tal-qliegh. Inkunu qed naccettaw li ghar-rghiba tal-ftit ghandna nkomplu nibqghu nheddu l-kwalita’ ta’ hajjitna billi jkollna inqas spazji pubblici u miftuha fejn nistghu nirrilassaw mal-familji u l-hbieb taghna.

F’Malta ghandna Gvern konservattiv u neo-liberali. Lest li jdahhal il-hlas fuq is-servizz tas-sahha. Jinghata pariri biex iqaccat l-ispejjez fuq l-edukazzjoni ta’ wliedna u diga’ qed jintbaghtu messaggi cari li jridu jnehhu l-istipendji ghall-edukazzjoni post-sekondarja u terzjarja. Jekk taffordja tirnexxi, jekk ma taffordjax habbat bieb iehor!

Fi Brussell ukoll hemm min jigverna. Dan huwa tal-istess twemmin tal-Partit Nazzjonalista. Ghalhekk jekk inhallu lil dawn jigvernaw l-Ewropa, ikun ifisser li l-Partit Nazzjonalista jinghata l-barka mill-Ewropa kull darba li jhalli s-suq isir aktar hieles u n-nies isiru anqas hielsa. Anqas hielsa ghax jitnaqqsulhom ic-cansis li jsibu xoghol u l-kundizzjonijiet tax-xoghol, jispiccaw skjavi ta’ djun mal-banek li jgorruh ghomorhom kollu. Anqas hielsa ghaliex l-opportunitajiet li ggib maghha l-Ewropa jibqghu jintlahqu mill-ftit li jistghu u jafu jilhquhom, u mhux mill-hafna li ghadhom ma nghatawx hjiel kif.

Nhar is-Sibt messagg wiehed jinhtieglek tibghat; “Irrid Ewropa Socjali!”