Monday, May 25, 2009

Il-firda bejn Partit u Gvern; u l-kwestjoni tal-impjant


Il-Partit li jmexxi l-Gvern Malti m’ghandux hjiel ta’ xi tfisser il-firda bejn il-hidma tal-partit u l-hidma tal-Gvern. Ghalkemm din hija prattika li kulhadd jaf li tintuza sabiex l-operat tal-Gvern ikun qed jagevola lill-Partit innifsu, u nifhem li b’mod jew iehor din issibha f’hafna mkejjen fid-dinja, certament li hadd ma jiehu gost jara lill-pajjizu jaqa’ f’redikolagnijiet. F’Malta ghandna sitwazzjoni fejn il-ministeri johorgu stqarrijiet li aktar jixbhu d-diskors ta’ gara tghajjar lill-ohra, kif imdorrija naraw fil-fares tradizzjonali Maltin, milli stqarrijiet denji ta’ Repubblika Ewropea.

Il-Partit Nazzjonalista f’dawn l-ahhar hames snin wera ruhu hafna izghar mill-idea li hu stess tant professa b’qawwa. Kien l-agent principali biex idahhalna fid-dimensjonijiet wiesgha tal-Unjoni Ewropeja, izda ghazel li jibqa’ jagixxi b’mohh parrokkjali. Minnflok jghin sabiex ikollna poplu li jkompli jemancipa ruhu fl-oqsma Ewropej u jaghraf drittijietu, ifixkel dan il-process tant mehtieg. Dawn ikun sintomi ta’ partit li jkun ilu hafna fil-Gvern u jibda jhossu omnipotenti. Certament li dawn huma sintomi ta’ grandjozita’. Sintomi bhal dawn iwassluk biex tghid frazijiet bhal: “Jien niddeciedi, jien il-Prim Ministru, Jien hu l-Gvern!”.

Hija logika li z-zewg partiti l-kbar jaghzlu li jinfilsaw attakki lill-avversarju magguri taghhom sabiex jipprovaw ikunu huma li jidderiegu l-agenda politika fil-pajjiz. Li jmur kontra l-logika hu li d-diskors li johrog minn stqarrijiet tal-gvern ikunu precizament identici ghal diskors politiku partiggjan li jintuza mill-partiti.

L-iStqarrija tal-Ministru Gatt

Sabiex niccara l-argumentazzjoni tieghi ghazilt li niehu bhala ezempju stqarrija tal-Ministeru ghall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni mahruga fit-18 ta’ Mejju li ghadda. Din l-istqarrija kienet iggib it-titlu ta’ “Tender għal Impjant Ġdid tal-Enerġija: intgħażlet l-orħos offerta u li għandha l-anqas impatt fuq it-tariffi. Muscat irid tariffi ogħla”.

F’din il-kwestjoni il-Gvern ghogbu jaghzel energija li tniggez aktar, tipproduci aktar skart, tinhtieg aktar wisa’, hija aktar ghalja u li l-Vizjoni 2015 li ddizinja hu stess gabha ntitolata Vizjoni Mniggza. Titlu ta’ stqarrija ministerjali li fiha tkun tinkludi l-kelmiet “Muscat irid tariffi oghla” huwa denju f’Repubblika tal-Banana u mhux f’Repubblika Ewropea.

Il-Ministeru ta’ Gatt u Gatt innifsu ghandhom jifhmu li meta johorgu stqarrija dan jaghmluh biex joffru spjegazzjonijiet jew informazzjoni relevanti ghac-cittadini kollha ta’ Malta u Ghawdex. Certament li dan ghadhom il-boghod biex jifhmuh peress li fl-istqarrija tat-18 ta’ Mejju inkludew frazijiet bhal:
 Joseph Muscat minflok qed jitkellem f’isem min qed jagħmel offerta li mill-ewwel ġurnata tgħolli ħafna t-tariffi tal-elettriku.
 Muscat irid lill-konsumatur Malti jonfoq iżjed milli għandu bżonn jonfoq!
 Hu tassew preokuppanti li Joe Muscat jidhirlu li l-għażla tal-Gvern m’għandhiex tkun ibbażata fuq proċessi tekniċi u finanzjarji stabbiliti fil-liġi iżda skond x’jidhirlu min ikun kellmu l-aħħar.

Ic-Cittadin Ewropew fl-2009

Dawn it-tip ta’ stqarrijiet huma ta’ disservizz lil kull min ihallas it-taxxa f’pajjizna u lil kull min qed jipprova jlahhaq bil-pensjoni tieghu. Ic-cittadin Ewropew fl-2009 haqqu jkun jaf bi spjegazzjonijiet cari u trasparenti li jirriflettu ghaliex Gvern ikun qed jaghzel li jonfoq izjed biex iniggez izjed. Cittadin Ewropew fl-2009 ikun irid jifhem ghaliex filwaqt li l-Gvern ikun qed isemmi fejn behsiebu jaghmel l-irdejjen tar-rih biex johloq energija nadifa, ikun qed jaghzel li jibni impjant li jahdem bil-Heavy Fuel Oil flok bil-gass. Cittadin Ewropew fl-2009 ikun irid jifhem jekk fil-verita’ il-Gvern ghandux politika stabbilita; favur l-ambjent, kontra l-ambjent jew inkella politika ta’ mad-daqqa nizfnu.

Stil gdid ta’ kif issir il-politika jfisser dan u hafna aktar. Ghalkemm iva, kull cittadin ikollu t-tendenza li jaqbel mal-kawza ta’ partit jew iehor, fl-istess waqt kull cittadin ghandu d-dritt ikun jaf kif il-Gvern ikun qed jasal ghal decizjonijiet krucjali li jissarrfu fil-livell tal-kwalita’ ta’ hajjitna u hajjet dawk li gejjin warajna. Fl-uzu tal-ispazju ristrett ta’ pajjizna u fl-uzu tal-flus migbura mill-gharaq tal-haddiema li ma kienux involuti fl-ebda allegati prattici korrotti mad-Dipartiment tal-VAT.

Ghalhekk quddiem sitwazzjonijiet bhal dawn, meta l-elettorat ikun irid jitfa’ l-vot tieghu, ghandu jara li jivvota favur min fil-Parlament Ewropew ghandu rekord tajjeb dwar il-harsien ambjentali. Favur min lest li jahdem bis-serjeta’ kontra l-bidla fil-klima dinjija. Favur min jara l-hidma ghal ambjent aktar f’sahhtu bhala mod kif niffavorixxu l-kwalita’ tal-hajja ta’ hafna u neqirdu r-rghiba ghall-flus tal-ftit. Favur min jaghraf b’mod car il-htigijiet tac-cittadin Malti fis-sena 2009!

Sunday, May 17, 2009

Zelqa mis-Segretarju tal-MUMN


Jiena membru tal-MUMN, u kburi li nifforma parti minn din l-unjin li issa nistghu nghidu se taghlaq 13-il sena tirraprezenta l-infermiera u l-qwiebel. Fis-sentejn li ilni infermier dejjem rajt li nobdi d-direttivi li jinghatawlna u nheggeg lil shabi jobdu l-istess direttivi. Meta dan l-ahhar kien qed iberraq, u provaw ibarru lill-President tal-unjin Pawlu Pace u lis-Segretarju Generali Colin Galea, jien kont minn tal-ewwel li kkonvincejt lil shabi l-infermiera biex ma jiffirmaw l-ebda petizzjoni ta’ sfiducja kontrihom. Xhieda ta’ dan kollu hemm dawk li gew biex jigbru l-petizzjoni, il-kollegi tieghi u shabi ohra l-infermiera.

L-MUMN tippubblika rivista ta’ kull tliet xhur li tintbaghat lilna l-membri, intitolata “Il-Musbieh”. Wiehed minn shabi l-infermiera gibidli l-attenzjoni li s-Segretarju Generali Colin Galea ghogbu jibda jaghti l-pariri politici waqt li jkun liebes il-kappell tal-MUMN. Hareg jaghti parir lill-membri tal-unjin sabiex jivvotaw lil Rudolph Cini, eks-President tal-Unjin u kandidat ghall-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista. Se nikkwotah kelma b’kelma sabiex hadd ma jghid li interpretajtu kif ridt. Huwa kiteb hekk: “Bhal ma tafu Rudolph ser jikkontesta wkoll l-elezzjoni ghall-MEP’s fis-6 ta’ Gunju ta’ din is-sena. Personalment jien nemmen li jekk ikun hemm nurse fost l-MEP’s li ser jigu eletti, iz-zewg professjonijiet li l-MUMN tirraprezenta ghandhom x’jigwadanjaw u ghalhekk inheggigkom sabiex tirriflettu fuq dan il-fattur meta tmorru tivvutaw.”

Minn hawn lis-Sur Galea nghidlu li ma setghax jizloq fin-niexef aktar minn hekk. L-ewwel nett Rudolph Cini kien l-istess bniedem li hareg jikkritika bl-ahrax id-direttivi moghtija f’Novembru lill-infermiera tal-isptar Boffa biex ihokk dahar il-partit fil-Gvern. It-tieni nett, issa li tnehha minn President Onorarju tal-Unjin, certament li l-unjin ma fadlilha l-ebda dejn morali ma’ Cini. It-tielet, nghid b’wicci minn quddiem li ghandi dubji serji jekk Cini kienx qed jintuza mill-PN biex l-MUMN titlibbsilha sarima fil-konfront tal-Gvern. Cini ghamel hidma tajba fiz-zmien tieghu bhala President, imma mindu dahal fil-gagga tal-PN iddecieda li jinza l-korazza ta’ kavallier tal-infermiera u jilbes il-gazaza biex joghgob lil dawk fil-poter.

Sur Galea, ftakar li ahna l-membri, bhalma ghandna s-sahha ntellghuk, ghandna s-sahha nnizzluk! Qis li tfassal kull pass li taghmel, ghax milli qed nara inti wiehed minn dawk li facli tizloq fin-niexef. Jekk trid taghti l-pariri politici ghandek kull dritt taghtihom fil-kapacita’ personali tieghek u mhux waqt li tkun liebes il-kappell ta’ Segretarju Generali tal-Unjin. Imissek tiffoka aktar biex issahhah l-ghaqda li qed titrabba ma’ unjins ohra, sabiex toffru l-aqwa rapprezentanza lilna l-membri bhala infermiera, qwiebel, konsumaturi, mexxejja ta’ familja, zghazagh li naffaccjaw djun ezagerati, nies bi htiega ta’ rikreazzjoni, u hafna dimensjonijiet ohra li zgur m’ghandhomx ihallulek lok li taghti l-pariri politici f’ “Il-Musbieh”. Darb’ ohra qis li taghti lil Cesri dak li hu ta’ Cesri u lil Cini dak li hu ta’ Cini!

Saturday, May 2, 2009

Sinjali sbieh fis-summit tal-Amerki


Il-Hames summit tal-Amerki ittella’ fil-Port ta’ Spanja, il-belt kapitali ta’ Trinidad & Tobago bejn is-17 u d-19 t’April li ghaddew. Dawn iz-zewg gzejjer fil-Karibew laqghu il-mexxejja ta’ erbgha u tletin stat Amerikan ikluzi l-Kanada u l-Istati Uniti. B’rizoluzzjoni li kienet ghaddiet fl-1962 mill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) Kuba ma’ baqghetx tifforma parti minn din l-Organizzazzjoni u allura ma ppartecipatx1.

F’riflessjoni li Fidel Castro, issa rtirat, ghamel tlett ijiem qabel ma beda s-summit kiteb li l-OAS hija “l-inkarnazzjoni tat-tradiment” 2. Ghandu ragun ikun imwegga’ minn din l-organizzazzjoni ghaliex filwaqt li hu kien qieghed jistabbilixxi riformi kbar fl-agrikoltura, l-edukazzjoni u s-sahha f’Kuba, kellu jsib lill-pajjizi girien tieghu jaghtuh daharhom. Ta’ min wiehed jghid li llum il-gurnata fi hdan l-OAS ghandek gvernijiet li huma hbieb kbar ta’ Kuba, bhal nghidu ahna l-Venezwela, l-Argentina, l-Brazil u l-Bolivja.

L-ghanijiet tas-summit

Li kellna naghtu titwila lejn il-concept paper mahruga apposta ghal dan is-summit naraw kif it-tema principali tieghu kienet “Inharsu l-futur tac-Cittadini billi nippromwovu il-prosperita’, is-sigurta’ fl-energija u s-sostenibilita’ ambjentali” 3. F’din il-concept paper tissemma’ l-htiega li titwaqqaf agenda regjonali kollettiva biex ikun hemm zvilupp uman u tnaqqis tal-faqar, inkluzjoni socjali u kulturali, bidla li twassal ghal aktar sigurta’ fl-energija u kommunitajiet li jkunu aktar kapaci isostnu lilhom innifishom.

Jissemma’ kif fir-regjun ta’ dawn l-34 stat, aktar minn 96 miljun ruh jghixu f’faqar kbir. Juri wkoll kif mal-40 miljun ruh ghadhom ibatu minn diskriminazzjoni; u kif 22 miljun zaghzugh u zaghzugha la qieghdin jistudjaw u lanqas jahdmu. Id-dokument iqis l-edukazzjoni bhala l-aqwa soluzzjoni biex jitnaqqas il-faqar, tintlahaq aktar l-ugwaljanza, u anke biex jinbnew socjetajiet li fihom issaltan l-ghaqda. Isostni wkoll li l-edukazzjoni pubblika ghandha tasal ghand aktar nies u tkun ta’ aktar kwalita’. It-titjib fil-qasam tas-sahha wkoll jinhass bhala element krucjali ghall-harsien tal-futur tac-cittadini. Meta wiehed iqis li l-HIV/AIDS hija l-infezzjoni li madwar 3.2 miljun ruh igorru maghhom fl-Amerki, dan zgur li ma setghax jonqos.

Il-persuni li jbatu mill-HIV/AIDS, flimkien man-nisa, iz-zghazagh, in-nies indigeni, dawk ta’ dixxendenza Afrikana, u l-persuni b’dizabilita’ gew identifikati bhala l-aktar gruppi li jbatu minn eskluzjoni ekonomika fil-kontinent Amerikan. Dan ifisser li hafna drabi dawn jispiccaw jghixu minn xoghol bla ktieb, u allura l-ebda regoli ma jkunu jharsu lil dawk li jidhlu ghalih. L-ambjent ukoll jinghata importanza, u tissemma’ l-htiega ta’ energija aktar nadifa u efficjenti.

Kollaborazzjoni akbar

L-isfida l-kbira nett ta’ dan is-summit certament kienet dik li tinholoq klima ta’ kollaborazzjoni u koperazzjoni akbar bejn il-pajjizi tar-regjun, specjalment dawk tal-Amerka Latina u tal-Istati Uniti. Dan deher li rnexxielu jsir sew. Hugo Chavez, il-President tal-Venezwela, stieden lil Barack Obama sabiex jitfassal pjan li permezz tieghu ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Latin Amerika jkunu jirrikonoxxu d-differenzi ta’ bejniethom u fuq kollox id-dritt li l-pajjizi jkunu huma li jiddeterminaw l-andament shih tal-politika taghhom.

Obama min-naha tieghu qal li qieghed ifittex bidu gdid fir-relazzjoni ta’ l-Istati Uniti u Kuba. Irrikonoxxa li dan huwa vjagg twil li fih trid terga’ tkun stabbilita’ l-fiducja. Raul Castro, il-President ta’ Kuba, ghalkemm ma kienx prezenti ghas-summit, mill-ewwel wiegeb li hu kien lest jiddiskuti kollox, sahansitra l-prigunieri politici u l-liberta’ tal-istampa f’Kuba. Fil-bidu ta’ dan ix-xahar diga’ kien deher xaqq dawl gmielu fir-relazzjoni ta’ bejn it-tnejn, peress li delegazzjoni ta’ sitt membri tal-Kungress Amerikan iltaqghu mall-President Kuban biex jiddiskutu l-mod kif jistghu itejbu r-relazzjoni ta’ bejniethom. L-Amerikani hadu attitudni tajba ghaliex stqarrew li kienu marru gewwa l-Havana bl-ghan li “jisimghu u jitkellmu”. Dan juri li ma ttehditx attitudni ta’ “kun lest li tisma’ minna ghax niksruha minn mieghek” kif konna mdorrija naraw mill-amministrazzjonijiet ta’ George W. Bush.

Fil-konkret xejn ghadu ma sar. L-imblokk ekonomiku tal-Istati Uniti fuq Kuba, li wasal biex jaghlaq hamsin sena, ghadu hemmhekk. Biss zgur li hadd ma jista’ jghid li issa ma hemmx l-atmosfera mehtiega sabiex jitnaqqsu l-kunflitti u tizdied il-kollaborazzjoni. Kellu bzonn li dawn is-sinjali sbieh jissarrfu f’aktar paci u prosperita’ fil-kontinent Latin-Amerikan!

N.B Fir-ritratt t'hawn fuq naraw lil Barack Obama (Xellug) u lil Hugo Chavez (Lemin)iharsu lejn xulxin bi tbissima li tista' tfisser kapitlu gdid ghal Latin Amerika

Referenzi

1. Stati Membri fl-Organizzazzjoni tal-istati Amerikani (2009) Misjub fit-18 t’April, 2009 minn: http://www.oas.org/documents/eng/memberstates.asp
2. Fidel Castro (April 14, 2009) Riflessjonijiet tas-sieheb Fidel – L-OAS ghandha dritt tezisti? Misjub fid-19 t’April, 2009 minn: http://www.radiohc.cu/ingles/noticias/abril09/abril15/cuba2.htm
3. Il-Hames Summit tal-Amerki – Port ta’ Spanja – Concept Paper (April 4, 2008) Inharsu l-futur tac-Cittadini billi nippromwovu il-prosperita’, is-sigurta’ fl-energija u s-sostenibilita’ ambjentali. Misjub fid-19 t’April, 2009 minn: http://www.fifthsummitoftheamericas.org/uploadedFiles/Fifth_Summit_of_the_Americas/Knowledge_Centre/vsoa%20final%20concept%20paper%2004.09.08%20english.pdf