Thursday, December 31, 2009

Biex il-fjamma ma tintefiex



L-Orizzont, il-Hamis 31 ta' Dicembru, 2009

Matul din is-sena rajna haddiema jitkeccew minn fuq il-post tax-xoghol. Dawk b’impjieg part-time bhala s-sors ewlieni tad-dhul taghhom huma ‘l fuq minn 1,500 u dawk bla xoghol qed jizdiedu. Ohrajn inzammew ix-xhur bla paga. Ohrajn gew mitfugha fuq il-4-day week. Ghandna ohrajn li l-overtime taghhom mhux qed ikunu jistghu jiehduh bi flus izda minn flok jiehduh permezz ta’ time off in lieu.

Il-kawza tat-trejdjunins, dik li tghin lill-haddiem jaghraf id-drittijiet tieghu u jistinka ghal kundizzjonijiet ahjar, hija dik il-fjamma li ma jixraq tintefa’ qatt. L-isfortuna tkun li jkun hemm cirkostanzi fejn min ikun irid jghin lill-haddiema jorganizzaw irwiehhom u jsemmghu lehinhom, jispicca jigi mwaqqaf mill-haddiem innifsu li ma jhossux kuragguz biex jidhol ghall-isfidi ta’ quddiemu b’kuragg.

Certament li jinhtieg isir ferm aktar biex titqanqal kuxjenza aqwa fost il-haddiema. Aktar ma jmur, aktar qed insibu manigment li jifred haddiem minn iehor. Jinhtieg li l-komunikazzjoni fost il-haddiema li unjin tirraprezenta tkun wahda aktar mill-vicin, billi l-ufficjali tal-unjins ikunu prezenti fix-shop floor, aktar milli jikkomunikaw permezz ta’ memos fuq noticeboards u ittri fid-dar tal-membri. Il-fjamma trid tinzamm mkebbsa l-hin kollu!

Ghalkemm il-mewg huwa qalil ghalina l-haddiema, m’ghandniex naraw lid-dinja se taqa’ fuqna. Fostna qed jigru grajjiet mill-isbah li meta ssir taf bihom tinduna li l-fjamma ghadha hajja. Il-fjamma li sirt naf biha erbat ijiem ilu hija dik tal-haddiema tal-Enemalta gewwa l-Power Station ta’ Delimara. Membri tal-GWU waqqfu l-Fond Haddiema Enemalta. Permezz ta’ dan il-fond il-haddiema jghinu wiehed lill-iehor f’kazi ta’ mard jew dizgrazzji li jolqtu lilhom jew lill-familjari taghhom. Dan jithaddem billi jitnaqqsu ftit ewro minn kull bonus, li fl-ahhar mill-ahhar jammontaw ghall-fond li jirnexxilu joffri ghajnuna lil kull min jinhtiegu. Fond simili ghal dan jithaddem ukoll fl-unjin tal-infermiera u l-qwiebel, l-MUMN.

Ma nistghux nuru rwiehna bla hegga quddiem dak kollu li qed naffaccjaw, u ghalhekk inizjattivi bhal dawn jiswew mitqlu deheb biex naghrfu li bl-inizjattiva taghna jista’ jinholoq gid kbir.

Spiss nipprovaw insibu hatja foloz ghall-inkwiet li ghaddej minnu l-haddiem. Min iwahhal fl-immigranti, min f’siehbu li jahdem mieghu, min fil-manigment tal-kumpanija tieghu u min fil-Gvern. Dawn kollha msemmija huma biss l-effett u mhux il-kawza. Il-kawza ta’ dan kollu li qed naffaccjaw hija s-sistema kapitalista li holqot mostri kbar ta’ korporazzjonijiet multinazzjonali, swieq, u banek finanzjarji li flok jghinu lill-bniedem jaghmel qabza fil-kwalita’, qed titfghu f’faqar akbar u fi gwerer godda.

Sistema li ggib il-bniedem parti minn makna li ma taghmillux gieh, u fl-istess waqt iggibu l-ghadu tieghu nnifsu. Il-President tal-Venezwela Hugo Chavez, nhar is-sittax ta’ Dicembru, ma setghax jitkellem ahjar fis-summit ta’ Copenhagen li tratta l-bidla fil-klima. Waqt diskors mill-aqwa fil-kapitali Daniza huwa qal illi “Li kieku l-klima kienet bank, huma [il-kapitalisti] diga’ salvawha.” Ezempju tajjeb li juri kif ghalkemm il-kapitalizmu ma jridx isostni htigijiet essenzjali bhas-sahha, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-housing u l-ambjent, dan ikun minn tal-ewwel biex jippompja l-flus halli jsalva l-banek.

Quddiem dan kollu ghandna nifhmu li ghalkemm il-haddiema minn pajjizi differenti ghaddejjin minn grajjiet kompletament differenti, xejn m’ghandu jzommna milli noffru s-solidarjeta’ taghna maghhom minn pajjizna. Ghalhekk kull min b’xi mod huwa nvolut fil-politika jew fit-trejdjunjonizmu ghandu jara li jzomm f’mohhu dak kollu li qed jigri lill-haddiema madwar id-dinja u fl-istess waqt jahdem biex jitijiebu l-kundizzjonijiet tieghu fuq ix-xoghol u l-kwalita’ ta’ hajtu.

Issa z-zmien li naghmlu rizoluzzjoni. Jinhtieg li nkunu aktar attivi f’atti ta’ solidarjeta’ fuq il-post tax-xoghol taghna, u f’turija ta’ aktar kuragg biex naslu li nilhqu miri komuni. Jekk nuru rieda qawwija, xejn ma jzommna milli nilhqu l-miri taghna! Is-sena l-gdida tibda ghada, u maghha jinhtieg li jkollna rieda aktar qawwija. Awguri ghall-2010!

Tuesday, December 29, 2009

Sahhitna bzonn mhux kumdita'



Id-dokument ta’ konsultazzjoni mahrug mill-Ministeru tal-Politika Socjali bil-ghan li jissahhu is-servizzi fil-Kura Primarja u l-Kommunità f’Malta fih hafna elementi pozittivi. Qieghed jara li jigu indrizzati zbalji li ghamlu l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ta’ dawn l-ahhar 20 sena, filwaqt li qed jipproggetta sistema tas-sahha fejn ic-cittadin ikollu relazzjoni kontinwa mat-tabib tal-familja tieghu.


Sinjal importanti li huwa mehtieg f’dan il-qasam min-naha tal-Gvern huwa certament dak li l-isptar generali t’Ghawdex ma jibqax jaqa’ taht il-Ministeru ghal Ghawdex, imma kif jixraq ghandu jaqa’ taht il-Ministeru tal-Politika Socjali. Din hija farsa mill-kbar. Biex tkun taf kemm jirnexxilu jikkonsma irkotta, hut, halib u hobz l-Isptar Generali t’Ghawdex, tajjeb tistaqsi lill-Awditur Generali.

L-ghanijiet li jsemmi d-dokument huma kollha bbazati fuq principji tajba ta’ ekwità, kwalità, eccellenza u sostenibbilità. Il-ftuh ta’ diversi poliklinici fi zmien Gvernijiet Laburisti raw kif il-kura tas-sahha tkun dejjem aktar qrib ic-cittadin u kif jintlehqu dawn l-ghanijiet. Matul is-snin, l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti bdew idahhlu l-idea li l-poliklinici jinzammu miftuha bil-lejl ghal xejn, izda b’dan id-dokument l-istess partit fil-Gvern qed jerga’ lura minn kelmtu ghax fehem li c-cittadin jehtieglu jkollu servizz tas-sahha dejjem lest li jaqdih fil-pront.


Tajjeb ukoll li nsemmi li tul is-sittax-il sena li dam jinbena l-isptar Mater Dei, il-kura primarja u dik fil-kommunità giet moghtija l-genb, mentri filfatt kellu jsir bil-maqlub, u tinghata attenzjoni parallela ghaliha. Rizultat ta’ dan illum ic-cittadin qed jaffaccja dewmien esagerat biex jinqeda f’kura urgenti. Issa l-Gvern ra d-dawl. Ahjar tard milli qatt!
It-tobba, irrapprezentati mill-Assocjazzjoni Medika Maltija sostnew li ma gewx konsultati waqt li kien qed jigi ffurmat dan id-dokument. Din hi xiehda tal-konsultazzjoni li dan il-Gvern imdorri jaghmel. Mhux talli ma tax kashom, talli lanqas semaghhom.

Jiena nifhem li t-tobba jkollhom certu nkwiet u ansjetà dwar il-bidliet imsemmija, izda nahseb li ilu li wasal iz-zmien biex ir-rapprezentanti tat-tobba jintebhu li m’ghandhomx jibqa’ jkollhom dik l-awtonomija u l-awtorità ta’ zmien ilu. Illum huma hafna l-professjonijiet fi hdan is-sistema tas-sahha li ghandhom edukazzjoni terzjarja, u l-kura ghandha tkun kkoncentrata fuq il-pazjent flok fuq min ghandu jkollu l-akbar par gwenhajn fis-sistema.

Il-Gvern qed jipproponi li kull cittadin ikun registrat ma’ tabib/a tal-ghazla tieghu biex dan jipprovdilu l-kura necessarja jew inkella jkun hu li jirreferih ghal servizzi ta’ kura akuta. Din hija politika intenzjonata li taghmel is-sistema tas-sahha bhal ghaqda ta’ bicciet li jghinu ‘l xulxin biex is-sistema tas-sahha tkun effettiva. Fl-istess hin l-informazzjoni dwar sahhet ic-cittadin tingabar ahjar u b’hekk l-istorja ta’ sahhet kull wiehed minna tinzamm ahjar. Is-sistema hija wahda attraenti, imma fl-istess waqt xettiku dwar certi affarijiet.


Fil-poltika socjali taghna ahna nuzaw sistemi universali. Ahna kollha intitolati ghal sahha b’xejn, kemm dawk li jaqilghu l-aktar u anki dawk bi dhul baxx. Issa l-gvern qed jipproponi li, min jiflah ihallas ghat-tabib tieghu, u min le jinghata l-ghajnuna. Nemmen li dwar din il-haga l-Gvern ghandu jara li jaghmel studju li permezz tieghu ikun jaf jekk hux se jkun jaqbillu l-aktar li joqghod jara s-sitwazzjonijiet finanzjarji ta’ kull familja permezz tal-means testing jew izommx is-sistema tas-sahha wahda universali. Haga ohra hija dik li minhabba s-suq hieles, fejn min hu l-aqwa jhawwel u min le jithawwel, ahna mhux se jkollna garanzija li l-prezzijiet tas-servizz tat-tobba tal-familja se jinzammu tali li nlahhqu maghhom.


B’hekk nasal biex nghid li l-Gvern aktar ghandu jara li c-cittadin ikun intitolat li jaghzel li jirregistra ghal servizz b’xejn ma’ General Practitioners li jahdmu mal-Gvern. B’hekk min hu lest li jhallas u jirregistra mat-tabib tal-familja jaghmel dan bla xkiel, u min ma jidhirlux li ghandu jhallas ikun jinhtieglu jirregistra ma’ tabib li jipprovdilu l-Gvern fir-regjun li joqghod. B’hekk tkun qed tigi zgurata accessibilità shiha ghas-sahha u hadd ma jithawwel!


Ghogbitni l-idea li l-programmi u l-inizjattivi tal-Gvern f’dan il-qasam ikunu mferrxa fl-ufficcji tat-tobba tal-familja. Idea tajba biex l-edukazzjoni taghna dwar is-sahha tkun wahda aktar mfassla u aggornata minn zmien ghal zmien.
Il-Ministeru jsemmi l-htiega ta’ diversi kampanji. Ma’ din il-lista ghandu jsemmi b’mod car il-htiega ta’ kampanja edukattiva dwar is-sess, sabiex kemm jista’ jkun ma jibqax ikollna tfal irabbu lit-tfal, u l-uzu tal-kontracettivi ikun aktar mifrux fost iz-zghazagh. M’ghandniex naghmlu krucjata ta’ “taghmlux sess”, imma minn flok kampanja ta’ “Aghmlu s-sess b’responsabbiltà”.


Wahda mill-akbar funzjonijiet li jinhtieg li jaqdu c-centri tas-sahha certament hija dik li jitnaqqas il-piz tax-xoghol minn fuq l-emergenza tal-isptar Mater Dei. Aktar ma jizdiedu s-servizzi f’dawn ic-centri, aktar ikollna servizz qrib in-nies u servizz ahjar. Jiena nghid li anki sodod ghandu jkun hemm fic-centri tas-sahha, sabiex bniedem li jkun jinhtieg kura li ma ttulx u li tkun ibbazata fuq osservazzjoni, ma jkollux ghalfejn jintbaghat l-isptar Mater Dei.
Ovvjament dan mieghu igib tibdil dwar il-mod kif jitqassmu t-tobba u n-nurses.


Kulhadd jaf li s-sahha fil-verità m’hijiex b’xejn. Inhallsu ghaliha mit-taxxi fuq id-dhul taghna u barra minn hekk meta s-servizz tal-istat ma nsibuhx fil-pront, qed ikollna nirrikorru ghand il-privat biex ninqdew. Jista’ jkun li ma naqblux f’kollox dwar it-tibdil li jrid isir, izda zgur jehtieg li jinbidlu diversi affarijiet biex inkunu moqdija ahjar.
L-aktar haga importanti wara dan kollu ghandha tkun li sahhitna nibqghu nharsu lejha bhala bzonn u nahilfu li qatt ma nqisuha bhala kumdità.

Nawguralkom sena mill-isbah!

Thursday, December 17, 2009

President ta' Repubblika shiha



Ippubblikat f'L-Orizzont tal-lum 17 ta' Dicembru, 2009


Fil-politika hemm sinjali li ftit jagħrfuhom. Hemm oħrajn li jinħassu fl-arja. Il-Presidenza ta’ Dr George Abela kienet għal Malta bħal żiffa friska. Qiegħed jintwera biċ-ċar kif m’huwiex minnu li l-Presidenza tar-Re-pub­bli­ka Maltija hija tajba biss għaċ-ċerimonji. Dr Abela għandu l-vantaġġ li l-istorja tiegħu m’hix irrakkontata mill-firda. Kapaċi jġib ir-reputazzjoni ta’ dawk li ġejjin minn kwalunkwè sfera soċjali.

Aġenda soċjali

Dr Abela kapaċi jġib lill-poplu warajh bl-inizjattivi tie­għu. Għandu aġenda soċjali qud­diemu, u għalhekk qiegħed jagħti vuċi lil dawk li għalkemm sar ħafna dwarhom fil-passat, hemm ħafna xi jsir dwarhom fil-futur. Fil-bidu ta’ dan ix-xahar laqqa’ l-persuni b’diżabiltà fis-sala tal-Gran Kunsill u għa­żel li jisma’ x’għandhom xi jgħidu. Tlieta huma l-persuni b’diżabilità li għandu l-istaff tal-Uffiċċju tal-President. Dan huwa sinjal li hemm ir-rieda li mall-paroli jiżżewqu wkoll il-fatti.

L-inizjattivi biex il-Community Chest Fund tissaħħaħ qegħdin ikunu organizzati għal firxa wiesgħa tal-poplu. Xiehda ta’ dan huma attivitajiet bħal kunċert Rock li sar f’Settembru, il-ġirja li saret fis-6 ta’ Diċembru u l-attività “Paqpaqli għall-Istrina” tal-Ħadd li għadda. Dawn huma attivitajiet li jmorru lil hinn minn kunċerti klassiċi li għalkemm għandhom valur kulturali qawwi ma jqanqlux l-interess tal-ħafna. Dan jagħmel il-Presidenza aktar milqugħa mill-poplu, għaliex appuntu tfittex il-parteċipaz­zjoni tal-poplu biex tilħaq lilu stess.

L-Istrina kif għandha tkun

Skont il-President Abela l-valur tas-soċjetà tagħna huwa li inti m’għandekx tistenna premjijiet biex tgħin lil min hu fil-bżonn. Kliem providenzjali u jgħinu mhux bi ftit biex isaħħu l-kapital soċjali f’pajjiżna. Jien m’għandi l-ebda indiema niddikjara li qatt ma tajt ċenteżmu għal L-Istrina f’dawn l-aħħar snin. Ma kontx niflaħ għall-mod kif il-problemi tal-familji kienu jkunu ppreżentati lilna bħal xi rumanz u li l-inċentiv biex tagħti l-karità kien ir-rebħ ta’ xi karozza. Din is-sena m’għandu jkollna l-ebda raġuni għalfejn ma nagħtux minn dak li nistgħu.

Konna drajna naraw L-Istrina magħmula daqs li kieku kienet l-ikbar lotterija ta’ żmien il-Milied. Kellu bżonn li L-Istrina li naraw fiż-żmien li ġej tibqa’ ssir dejjem aktar fuq l-ispirtu li ‘tagħti biex tgħin’ u mhux ‘tagħti biex tirċievi’. Dan l-ispirtu tal-President George Abela jgħallimna kif jeżistu diversi modi oħ­rajn kif tuża l-kariga għolja li tkun mogħtija lilek.

Għalkemm bosta bir-raġun jgħidu li l-irwol tal-kap ta’ stat f’pajjiżna huwa limitat meta mqabbel ma’ pajji­żi oħrajn, l-atteġġjament muri minn Dr Abela huwa wieħed li tajjeb nagħtu kasu f’soċjetà li mill-ajru tidher ferm Kristjana filwaqt li fil-ħajja ta’ kuljum spiss narawha tiċħad ir-realtajiet soċjali ta’ pajjiżna.

Sunday, December 13, 2009

Il-Falliment tal-Fairmount



Ippubblikat f'pagna 17 fil-gazzetta KullHadd tal-lum 13.12.09

Ir-rapport li harget il-GWU rigward l-iskandlu tal-Fairmount certament li jikxef hafna ntricci rigward dan il-kuntratt. Juri bic-car li l-haddiema m’ghandhom xejn x’jaqsmu fil-htija ta’ dan it-telf li l-GWU qed tistma li b’kollox jitla’ ghal 80,000,000 ewro. Juri wkoll kif kien hemm manigers li jew thallew barra min-negozjar jew mit-tehid tad-decizjonijiet.

Dan ir-rapport johrog bic-car li kien il-Manigment Ezekuttiv li accetta id-dettalji ta’ dan il-kuntratt dizastruz ghat-Tarzna. Manigment Ezekuttiv li l-Ministru Austin Gatt meta fil-parlament gie mistoqsi kemm qed jithallsu, ghazel li ma jwegibx kemm huma s-salarji taghhom. Bhal dak li qallu qed ihallashom minn butu! Ghalkemm ma nafx is-salarji taghhom x’inhuma, cert li m’ilhomx frizati mill-2003 bhalma huma dawk tal-haddiema tat-tarzna.

Couser

Dan il-kuntratt kien diga’ fallut malli ezatt gie ffirmat. Bis-sahha tal-bravu Graham Couser, li ngieb mill-Ingilterra biex jaghmel tliet snin mat-tarzna Maltija izda minnflok ghamel sitt xhur, gabu kuntratt li jitfa’ kwalunkwe tip ta’ pizijiet fuq it-tarzna. Dan Couser kien il-Marketing Manager fit-tarzna ta’ Cammel Laird f’Birkenhead l-Ingilterra. B’kumbinazzjoni meta Couser kien f’din it-tarzna Ingliza, din falliet ghaliex fgat f’kuntratt kbir li kellu jikkonverti vapur tal-passiggieri.

Kuntratti

Wahda mill-klawzoli li dan Couser ghogbu jippermetti fil-Kuntratt Fairmount kienet li t-tarzna ta’ Malta jekk ma tlestix il-progett sad-data miftehma ikollha thallas 20,000 ewro ta’ kuljum li tittardja biex tlestih. Dan l-ammont ma kellux jaqbez l-10% tal-valur tal-kuntratt. Ridt tkun bniedem minghajr sens logiku biex ma tissuspettax li ha jkun difficli ghat-tarzna li tlesti fil-hin meta dan kien xoghol ta’ natura prototype u allura kien se jsehh ghall-ewwel darba fil-qasam marittimu. B’din il-klawzola biss it-tarzna kellha thallas 2,600,000 ewro f’dawk li jissejhu liquidated damages.

Mir-rapport tal-GWU jintefa’ dawl ukoll dwar il-mod kif sar is-subcontracting. Jidher li dawk li ghamlu s-subcontracting f’isem it-Tarzna Maltija ghandhom tendenzi mazocisti. Ghaliex trid tkun altru thobb issawwat lilek innifsek biex tiffirma ghal subcontracting li jwasslek ghal telf ta’ 1,515,000 ewro malli ezatt tkun iffirmajtu. Is-subcontract wahdu spicca tellef lit-Tarzna 4,925,000 ewro.

Fir-rapport li PriceWaterHouseCoopers (PWC) harget f’Settembru li ghadda dwar dan il-progett infami, hareg bic-car li l-mod kif sar il-kuntratt ghax-xoghol kollu u anke l-mod kif inghata s-sub contracting ma kienx wiehed trasparenti. Il-Fjord u l-Fjell huma kuntratti li jgorru wisq mistoqsijiet. Hemm hafna x’wiehed jissusspetta li seta’ gara wara dan il-kaz. Certament li l-kumpanija Olandiza tal-Fairmount gwadanjat b’dan kollu, kien it-taxpayer Malti li ra flusu jitberbqu. Ma nafx nghid kienx hemm nies ohra li gawdew minn dan il-kuntratt.

Haddiema

Il-Haddiema mhux talli ma jahtux, talli f’dawn l-ahhar snin gidmu subghajhom billi; accettaw il-friza fuq l-istrutturi tal-pagi; offrew aktar flessibilita’ biex tizdied il-produzzjoni u accettaw sistema ta’ shift li offriet aktar kontinwita’ fix-xoghol u anqas overtime.

Fir-rapport tieghu, il-PWC ikkonferma dan billi qal li fl-2005 il-produttivita’ tal-haddiema kienet l-oghla meta pparagunata mas-snin ta’ qabel. Certament huwa parti mill-manigment li ghazel li jkun zbaljat u wassal ghal-falliment mill-kuntratt Fairmount, ghaliex meta tanalizza bastimenti ohra li hadmet fuqhom it-tarzna tinduna li dejjem gabet il-qligh u qligh sew minnhom. Kif jinnota tajjeb ir-rapport tal-GWU, kienu l-istess il-haddiema u l-ghodod li ntuzaw biex jingieb il-qligh ghat-tarzna fil-kaz ta’ dawn il-bastimenti. Allura kif jista’ jkun li l-kapacita’ tal-haddiema marret ghall-aghar fil-progett tal-Fairmount biss!?

Flaxing

F’dan l-isfond hija aktar minn gustifikata t-talba tal-GWU li ssir inkjesta pubblika u indipendenti. L-ewwel nett ghaliex il-miljuni kollha li semmejt hawnhekk huma kollha minn butna, u t-tieni nett ghaliex suppost li ahna m’ahniex Repubblika tal-Banana izda Repubblika li ilha hames snin fl-Unjoni Ewropeja. Il-Gvern irid izommna fl-intrata tal-UE u ma jridx ihaddem mekkanizmi li jitfghu ir-responsabbilta’ tal-uzu hazin minn flus il-poplu fuq il-persuni li jkunu kkawzawhom.

Jiena nissuggerixxi illi llum, f’Jum ir-Repubblika, barra l-ghoti ta’ midalji f’gieh ir-repubblika, naghmlu cerimonja li fiha nqassmu flaxing lil kull min ha sehem fin-negozjar u t-tehid tad-decizjonijiet f’dan il-kuntratt Fairmount. Ikun is-simbolu ta’ kemm flaxxjaw miljuni mit-taxxi taghna!

Wednesday, December 2, 2009

F'Delimara: iz-zalza gejja ghola mill-huta


Ippubblikat: It-Torca 29 ta' Novembru, 2009

Dan il-Gvern tal-minoranza ghazel li jibni power station li tohloq bejn 30 u 50 tunellata ta’ skart tossiku kuljum. Rapport li hareg din il-gimgha wera bic-car li “Nuqqas milli jsir esportazzjoni ta’ skart solidu fil-hin jista’ jwassal ghall-waqfien fil-provizjoni tal-elettriku. Dan il-waqfien tal-impjant, kemm totali kif ukoll parzjali, minhabba nuqqas li jigi esportat fil-hin, huwa meqjus bhala effett sinnifikanti li jwassal ghal diversi impatti.”

F'Novembru Malta ntfiet ghat-tielet darba f’sena. Mhux tort tal-haddiema, imma tort ta’ Gvern li ma tax widen lil rapporti li kellu f’idu sa mill-2005. Jidher bic-car li bl-ghazla ta’ din il-power station tal-kumpanija Daniza BWSC il-periklu li jinqata’ d-dawl f’pajjizna se jibqa’ hemm. Dan certament ma jaghtix fiducja lill-industriji li kull minuta li jaghmlu bla dawl ifisser ghalihom tnaqqis fil-produzzjoni u l-qliegh.

Ir-rapport isemmi kif biex inlahhqu mal-iskart tossiku li se tkun qed tipproduci din il-power station, se jkollna nohorgu mill-inqas 15-il kontejner b’dan l-iskart minn pajjizna fil-gimgha. Biex tarmih trid thallas il-belli liri u biex iggorru wkoll. Jidher li l-kumpanija Daniza BWSC inghazlet ghaliex din tpoggiet f’qaghda favorevoli hdejn il-kumpaniji l-ohra li tefghu it-tender. Mhux ta’ b’xejn li l-kumpanija Izraelita, Ido Hutney Projekt/Bateman Energies BV, li wkoll tefghet it-tender ghal dan il-progett, f’Marzu li ghadda kitbet lill-Prim Ministru biex tghidlu li l-process tal-ghazla ma kienx sew.

Trid tkun altru ma xxommx biex ma tissuspettax li anke f’dan il-kaz hemm involuti prattici korrotti. B’din l-ghazla dal-Gvern tal-minoranza ghazel li jcahhad lil pajjizna milli jinvesti f’power station tal-gass li tkun ferm nadifa u ma tniggizx bhal din li behsibhom jibnu. Dan imur kontra dak li kien fassal il-Gvern stess permezz tal-Pjan ta’ Generazzjoni tal-Elettriku 2009-2015. Vera li biex nissupplixxu lil pajjizna bil-gass hemm bzonn investiment ta’ mitejn miljun ewro biex ingibu pajp tal-gass minn barra, izda huwa veru wkoll li biex il-power station tal-BWSC taqlibha tahdem bil-gass trid mill-anqas 27 miljun ewro. Il-miri ambjentali tal-Gvern huma wisq baxxi, f’kelma wahda ftit jimpurtah mill-ambjent.

Ahjar tonfoq flejjes kbar ghal sistema li ma tniggizx, milli tonfoq il-belli liri biex iggorr l-iskart tossiku minn pajjizna ghal wiehed iehor. Bl-ghazla li ghamel il-Gvern, meta jasal iz-zmien li jkollna naqilbu ghall-gass fl-2015, se jkollha tigina z-zalza ghola mill-huta. Jista’ jkun ukoll li l-Gvern biddel il-politika ambjentali tieghu biex jaccetta l-offerta tal-BWSC. Iz-zmien irid ikun biex jaghtina parir. Sadanittant bla tlaqliq nistghu nghidu li f’di' l-kwestjoni l-Gvern se jkun mexa pass ‘l quddiem biex jitfghana mija lura.

Sunday, November 22, 2009

Dak li l-Bagit ma semmiex



Ghalkemm il-bagit serva biex jghatti l-iktar ahbar li ahna konna qed nistennew, jigifieri dik li tghid bic-car b’kemm se joghlew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, nistghu nghidu wkoll li l-bagit serva wkoll biex ikompli juri n-nuqqas ta’ kuxjenza socjali li ghandu dan il-Gvern.

Waqt li l-Ministru li jmissu ilu li rrezenja, kien qed jipprezenta l-Bagit, semma’ kif il-Gvern iddecieda li jwaqqaf Fond Nazzjonali ghall-Investiment, hu qal li dan “il-fond ghandu l-ghan li johloq sorsi godda ta’ dhul ghall-Gvern sabiex b’hekk titnaqqas id-dipendenza tal-Gvern fuq id-dhul mit-taxxi diretti u indiretti”.

Il-Gvern ma setghax isib kliem ahjar biex jammetti l-fatt li m’ghandux kreattivita’ bizzejjed biex jigbor il-flus u ghalhekk jiddependi mill-flus li jigbor mit-taxxi taghna. Dan qalulu wkoll Vince Farrugia tal-GRTU waqt intervista li ta lil gurnal lokali il-Hadd li ghadda. Farrugia hu dak li fiz-zarbun ta’ politikant kien qal li l-Partit Nazzjonalista kien se jtella’ hames membri parlamentari Ewropej. Daqs mus tal-lehja jaqta’!

Haqqhom aktar taxxi

Hafna huma dawk li jitfghu harsithom fuq kif ghandhom jigu ntaxxati l-haddiema bi professjoni, dawk b’sengha jew dawk minghajr sengha. Sfortunatament, ftit huma dawk li jdawru harsithom fuq kemm ghandhom ikunu ntaxxati l-banek f’pajjizna. M’hemmx ghalfejn nghid li fostna huma bosta dawk li jhossuhom skjavi tal-banek minhabba djun li jkunu dahlu ghalihom. Jaghmlu hekk ghal bzonn u mhux ghal pjacir. Min jaqbillu jikri, jekk bl-istess rati jkun jaqbillu jidhol ghas-self?

F’pajjizna l-banek huma ntaxxati 35% fuq il-qliegh li jaghmlu. Ikun jixraq li nintaxxawhom aktar sabiex jikkompensaw ghal qliegh li qed jaghmlu minn fuq hafna familji zghazagh u negozjanti zghar u tan-nofs. Il-par idejn sodi ma tridx turihom mal-familji li jistinkaw bla waqfien biex jaraw il-pagi taghhom ilahhqu sal-ahhar tax-xahar, izda tajjeb li jkunu sodi ma’ min hu mdahhal f’negozji mill-akbar.

Bil-flus migbura minn dawn it-taxxi pajjizna jkun jista’ jgholli l-faxxa ta’ taht tat-taxxa fuq id-dhul. B’hekk jekk sal-lum huma dawk li d-dhul taghhom ma jaqbizx it-8,500 ewro f’sena li ma jhallsux taxxa fuq id-dhul, il-Gvern ikun f’qaghda li jgholli dan l-ammont skont kemm ikun stmat li se jdahhal aktar mit-taxxi fuq il-banek. Jekk ta’ taht ma jsibux flus fil-but, qajla tista’ ddur ir-rota. Mela ejja nhallu lil min m’ghandux jaqsam ma’ min ghandu.

Sussidji u tariffi

Il-Ministru li jmissu ilu li rrezenja waqt il-bagit semma’ wkoll li “il-Gvern minn dejjem uza z-zewg metodi – sussidji u tariffi – u hekk behsiebna nkomplu naghmlu”. Dan m’huwiex vera, ghaliex il-Gvern qed juri bic-car li halef li jaghmel krucjata kontra s-sussidji. Is-sussidji li se jkun qed jaghti lill-familji ghall-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma dahka fil-wicc. Dan m’hemmx ghalfejn nghidu jien, ghax qalu wkoll Dr. Jean Pierre Farrugia, Deputat Nazzjonalista, waqt il-Kunsill Nazzjonali tal-PN.

Il-Gvern qata’ s-sussidji fuq il-gass u f’sena l-prezz irdoppja. Dawn huma l-effetti sbieh tal-liberalizzazzjoni. U dik l-anzjana fil-ksieh ta’ darha dalwaqt se tibda taghzel li thalli l-heater tal-gass mitfi matul il-gurnata ghaliex ma taffordjahx. Ghal dan qed twassal il-politika tieghek Dr. Gonzi. Qed niggudikak fuq dak li taghmel!

Smart Meters

Ghal dan il-Gvern kien importanti hafna li jkollna meter readers godda. Bhal dak li qallu li pajjizna kien se jkun qisu baqra li ma taghmilx halib minghajrhom. F’mument fejn ir-ricessjoni ekonomika naqqret il-kejk nazzjonali bi 2.4% f’sena u mhux kabritu bi 2.2% bhalma mmira hazin il-Gvern, Dr. Gonzi u shabu tal-bankijiet ta’ quddiem ghazlu li jdahhlu lil Malta fi spiza ta’ 70 miljun ewro biex pajjizna jkun l-ewwel fid-dinja li jdahhal dis-sistema. Iddecidew li jkunu l-gurdien tal-laboratorju. Jeffrey Pullicino Orlando, dak li la nafu huwiex DeeJay, Dentist jew Bidwi, mill-bank ta’ wara, qal car u tond li din tal-ismart meters hija spiza zejda u mhux f’waqtha. Ma jisimghux minn dawk li qeghdin f’nofshom, ahseb u ara mill-avversarji.

Dissett

Jekk hawn gurnalist f’pajjizna li s’issa qed jaghmel minn kollox biex izomm l-istess distanza minn kullhadd, dan huwa Reno Bugeja. Waqt il-programm Dissett tat-Tlieta li ghadda dan il-programm wera x’paga ghandhom l-ufficcjali gholja tal-Enemalta. Prosit ghal mitt darba Sur Bugeja, ghax dawk jithallsu mit-taxxi taghna u tajjeb inkunu nafu kemm inhallsuhom. La dawn l-ufficcjali gholja tal-Enemalta bejniethom jaqalghu 337,605 ewro, jien kont nippretendi li Malta ma tintefiex ghat-tielet darba f’sena.

Waqt il-programm Dissett, ic-Chairman tal-Enemalta Alex Tranter ghazel li ma jwegibx ghal xi domandi, u s-Sur Bugeja sahaq hafna fuq il-fatt li lanqas fl-Enemalta ma tezisti t-trasparenza. Donnu li t-trasparenza tezisti biss fil-flus li jintasbu f’idejna, ghaliex lanqas tkun ilhaqt poggejthom fil-kartiera li ma tindunax li ghosfru.

Thursday, November 12, 2009

Ahna ta' din n-naha



Ippubblikat f’L-Orizzont tal-lum il-Hamis, 12 ta’ Novembru

Fid-dinja kollox ghandu tendenza jinqasam fi tnejn. Jew thoss il-bard jew thoss is-shana. Jew tkun rebbieh jew tkun tellief. Jew tkun ghaqli inkella mharbat. Hekk ukoll fil-qasam trejdjunjonistiku u politiku. Hemm dawk li lesti jbiddlu u hemm dawk li jahilfu li l-ebda bidla m’ghandha ssir. Hemm dawk li lesti jisfidaw lil min ghandu l-poter u hemm dawk li ghaliex huma laghqa jew bezghana jzommu rashom baxxa quddiem kull awtorita’, anke quddiem dawk li ma jixirqilhom l-ebda rispett.

Dan jghodd ukoll ghall-ghaqdiet taz-zghazagh. Hasra li ghandna bizibilju ta’ ghaqdiet taz-zghazagh li ma humiex lesti jcaqalqu l-ebda ilmijiet f’pajjizna. Hasra li ghandna kocc zghazagh mimlija energija u gherf li flok juzawhom biex jaraw kif itejbu l-kundizzjonijiet ta’ dawk ta’ madwarhom barra dawk taghhom, jiffukaw biss fuqhom infushom biex ipaxxu biss l-alla tal-‘jien’.

La ghidna li kollox nistghu nsibulu zewgt itruf, fl-ghaqdiet politici u trejdjunjonistici insibu lil dawk tax-Xellug u dawk tal-Lemin. Tax-Xellug ikunu dawk li l-progress iridu jiksbuh aktar malajr minn haddiehor. Tax-Xellug ikunu dawk li jqisu bhala priorita’ taghhom il-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema u l-kwalita’ tal-ghixien tal-familji, u qatt ma jgerrhu l-fatt li madwarhom ikun hawn min ikun mejjet ghall-qatra u min mejjet fis-sakra. B’hekk min hu Xellugi jara l-Gustizzja Socjali u l-Ugwaljanza bhala valuri u principji li hadd qatt ma jista’ jnehhilu minn rasu.

Tal-Lemin mill-banda l-ohra jemmnu li kulhadd ghandu jkollu c-cans jithalla jitlaq jaqdef ghal rasu, u mhux importanti ghalih jekk dak li telaq jigri ‘l quddiem halliex xi erbgha b’saqajhom miksura warajh. Jemmnu li l-Gvern m’ghandux joqghod ipoggi hafna regoli fuq min ihaddem, jew jaghmel il-kummerc jew in-negozju. Ma jemminx li min m’ghandux ghandu jaqsam ma’ min ghandu. Tal-Lemin ma jinteressahx jekk kullhadd ikunx jista’ jasal, ghalih l-aqwa li jiftah it-triq biex kulhadd jigri kemm jiflah fiha.

Ahna z-zghazagh tal-GWU kburin li nifformaw parti minn trejdjunjin Xellugija, li l-progress trid tarah mill-aktar fis u li ghalkemm hasbet biex tiggedded bil-qawwa, il-principji taghha gharfet tindukrahom. Ghalina tal-GWU Youths huwa importanti hafna li ahna l-ghaqdiet taz-zghazagh Xellugin u Progressivi inservu ta’ spalla ghal xulxin kull meta jinhass il-bzonn. M’hemmx bzonn strutturi formali u dojoq jew regolamenti kontra ohrajn. Li hemm bzonn huwa kuntatt kontinwu u effettiv, u kull meta xi hadd jazzarda jaghtas fuq wiehed minna inkunu hemm ghal xulxin biex naraw x’ghajnuna nistghu noffru lil xulxin.

Irridu nkunu bhal hamest iswaba’ f’ponn. Dik hi s-solidarjeta’ li ahna tal-GWU Youths barra li nippridkawha lesti li nghixuha u nhaddmuha. Hekk ghamilna l-gimgha l-ohra meta heggigna lil ghaqdiet Xellugin u Progressivi ohra biex ninghaqdu f’solidarjeta’ mall-Moviment Graffitti biex il-Kunsill Studenti Universitarji ma jkunx arroganti u viljakk u jhedded lill-Graffitti li se jihodlu l-kamra tal-Universita’. Il-Graffitti hija l-aktar ghaqda attiva fl-Universita’ u llum ma jmissniex niddiskutu jekk ghandhiex tittihdilhom il-kamra taghhom, imma minn flok imissna naraw jekk ghandux jinbnielhom palazz biex ikollhom fejn jimirhu aktar fil-hidma tajba li jaghmlu.

Ahna napprezzaw li l-Forum Zghazagh Laburisti, l-Alternattiva Demokratika Zghazagh, u Zminijietna Zghazagh tax-Xellug inghaqdu maghna biex nappoggjaw lil dan il-Moviment. Cert li ma’ kull sejha li se nkunu qed naghmlu, se jkunu aktar dawk l-ghaqdiet tan-naha taghna li jilqghu sejhiet bhal dawn. Lil dak li jmexxi l-KSU minn hawn nghidlu li min jaghti bis-sejf bis-sejf jaqla’. Hafna kienu dawk li nharqu bl-istess huggiega li qabdu huma stess.

Ahna z-zghazagh Progressivi u Xellugin ghandna nkunu dejjem lesti biex nghinu lil xulxin b’kull mod. Dan naghmluh billi nzommu l-identitajiet taghna dawk li huma biex kulhadd jibqa’ jiddistingwina, izda fl-istess waqt naghmluh ghaliex naghrfu li b’hekk nistghu nsahhu l-vucijiet taghna f’kull livell. Ghalhekk bhala pass iehor f’din il-mixja fil-gimgha li gejja ahna tal-GWU Youths se nkunu qed naghmlu sejha liz-zghazagh tan-naha taghna biex flimkien nfasslu sett ta’ proposti lill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jinholqu soluzzjonijiet halli ma jkollniex studenti f’pajjizna li jkunu minn ghalihom li lahqu l-quccata tal-muntanja u wara jindunaw li bil-kemm telghu nofsha.

www.xellugi.blogspot.com

Sunday, November 8, 2009

Tan-Nies u mhux tan-Numri


Kontijiet u Pagi

Ghada jithabbar il-Bagit ghas-sena d-diehla. Dan il-Gvern tal-minoranza determinat li jizbalja bil-goff ghat-tieni darba fi tnax-il xahar fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Se jkun qed jghollihom fl-istess livelli tas-sena l-ohra. Ma tax kaz l-ghaqda bejn l-unjins kontra dawn il-mizuri li jbaxxu l-kwalita’ ta’ hajjitna. Ma tax kaz l-ghafsa kbira li qed jikkawza u se jkompli jiggrava fil-jiem li gejjin ghall-kumpaniji ta’ daqs zghir u medju. Il-kontijiet li se jgholli ghandu mnejn ma jhabbarhomx ghada biex jipprova joqtol l-elementi kritici f’pajjizna.

Certament li t-triq ra li jhejjiha sew biex jurina li dan se jsehh. Il-bieraht lura l-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni tal-ilma hargu jghidulna li ma jistghux jibqghu jinghataw sussidji ghaliex b’hekk il-kontijiet qed jinzammu ‘artificjali’. Tajjeb nghidu li anke l-pagi tal-haddiema huma ‘artificjali’ ghaliex qajla jwassluk sal-ahhar tax-xahar. Minn stharrig li kien sar minn gazzetta lokali nstab li 39% tal-Maltin ihossu li l-paga ma sservihomx. Jekk il-kontijiet iridu jirriflettu l-prezz taz-zejt, hekk ukoll il-pagi ghandhom jirriflettu l-gholi tal-hajja.

Sahhitna

Certament li s-sahha ghandha tkun indirizzata bis-serjeta’ f’dan il-bagit. Il-Ministru Dalli ddeskriva il-lista tal-eluf ta’ nies jistennew operazzjoni bhala wahda skandaluza. Dan huwa pass kbir ghal pajjizna, ghaliex ghandna Gvern li lanqas lest li jirrikonoxxi hafna mill-problemi ahseb u ara kemm hu lest jindirizzahom.

Biex isahhah l-istrutturi fil-qasam tas-sahha il-Gvern ghandu jara li jsahhah u mhux ikisser il-kura primarja. Thabbar li se l-polyclinics, il-bereg, u l-kura fil-kommunita’ se jkun qed jinghata l-importanza li tixraqlu u diga’ hemm process li fih qed jinhabu r-riformi. Ahjar tard milli qatt! Dan imissu sar b’mod parallel waqt li kien qed jinbena l-isptar il-gdid li jesgha inqas sodod mill-isptar San Luqa. Jekk naghtu l-importanza lil kura preventiva inkunu qed nikkontribwixxu biex inqas nies ikollhom bzonn il-kura akuta tal-isptar Mater Dei.

L-intricci dwar dan l-isptar semmew uhud minnhom nies midhla tal-Gvern bhat-tabib Frank Portelli, u jekk ridna prova li dan l-isptar iktar kien mahsub li jleqq milli biex jaghti servizz tistghu tahsbu dwar l-estensjoni li hemm il-hsieb li ssir ghal dan l-isptar. Il-qtugh taz-zigarella gie l-ewwel u l-importanti hallejnih ghal wara.

Naghag iswed

Mall-wasla tal-PN fuq it-tron tal-poter fis-87 ra kif ghamel biex il-haddiema tat-tarzna u t-tarzna nnifisha jservu ghalih bhala n-naghga s-sewda f’pajjizna. Dejjem pengilna t-tarzna bhala l-mazzra nazzjonali, piz fuq l-istonku jew l-ugigh ta’ ras ta’ pajjizna. Tawna l-impressjoni li dawn nies ghazzenin, mohhhom biex jistrajkjaw u jaqilghu l-inkwiet. Kienet ghalih l-aqwa haruf tas-sagrificcju u jiddispjacini nghid li l-lixka belghuha sahansitra uhud mill-haddiema. Din hi l-lixka perikoluza li hadd ma ghandu jaqa’ ghaliha, ghax twassal biex haddiem jihodha kontra l-iehor. Jekk il-lixka nibilghuha inkunu bhal dawk iz-zewg ghasafar li spiccaw jitqatlu kontra xulxin u fl-ahhar mill-ahhar it-tnejn baqghu minghajr skalora.

F’nofs Settembru il-Ministru li ghandu xehta t’abbati, Tonio Fenech, prova jibda jdawwar il-kanuni tal-gvern fuq l-ommijiet li jrabbu lil uliedhom wehidhom. Qalilna li jrid jara li l-abbuzi fit-tehid tal-beneficcji ta’ dawn l-ommijiet ghandu jitwaqqaf. Jien nghidlu li l-abbuzi ghandna naraw li jitwaqqfu minn kwalunkwe qasam u ma kellux ghalfejn isemmi lil dawn l-ommijiet li minghajr l-ghajnuna tal-istat ghandna mnejn inkunu qed nitfghuhom fil-faqar. Cert li l-Ministru jaf li meta l-abbuz ikun hemm rieda li jinqata’ dan isir, bhalma sar fil-kaz ta’ dawk l-1,858 persuna li tnehhew mir-registru tal-qghad ghaliex kienu qed jirregistraw minghajr it-tir li jahdmu.

Frotta shiha

F’Dicembru tas-sena li ghaddiet il-Gvern tal-Minoranza sab flus bizzejjed biex il-ministri, is-segretarju parlamentari u l-Prim Ministru nnifsu jinghataw zieda ta’ 14,966 ewro fis-sena jew inkella madwar 6400 lira milli konna nuzaw. Jiena cert li bhalma l-Gvern sab dawn il-flus is-sena li ghaddiet, hekk ukoll se jkun kapaci jalloka flus bizzejjed biex l-istudenti fl-iskejjel taghna jinghataw frotta shiha u mhux bicca minn frotta fil-gimgha. It-tfal Maltin diga’ huma meqjusa fost l-ehxen fid-dinja, mela ejja ninkoragguhom jieklu ahjar halli ma jghaddix iz-zmien u nghidu li ghandna generazzjonijiet ta’ Maltin li ma jifilhux jiccaqalqu!

Il-mistoqsija li tinstema’ hafna fi zminijiet bhal dawn hija; “X’qed tistenna mill-bagit?”. Jekk ghandna nistennew xi haga hija dik li jkun bagit tan-nies u mhux tan-numri.

Wednesday, November 4, 2009

Id-Divorzju u l-Gurdien tal-imramma



Sodisfatt li l-gimgha li ghaddiet il-Kumitat ghall-Affarijiet Socjali fi hdan il-Parlament qabad jiddiskuti l-kwestjoni tad-Divorzju. Mill-banda l-ohra nixtieq nara tiri konkreti ta’ meta behsiebhom jigu decizi l-affarijiet. Hafna drabi nintilfu fuq patafjuni ta’ rapporti, diskussjonijiet li jsiru ghall-pjacir li niddiskutu, u konsultazzjonijiet li jsiru ghall-pjacir li kullhadd ihossu inkluz. Issa li bdew id-diskussjonijiet dwar id-Divorzju f’Kumitat Parlamentari nispera li jitfasslu l-miri ta’ b’liema mod dan il-kumitat se jkun effettiv dwar legislazzjoni gdida dwar id-divorzju.

Il-partiti l-kbar

Il-Partit Laburista m’ghandux vuci wahda favur dan id-dritt civili. Ikolli nghid li fil-PL hemm min hu sahansitra reazzjonarju fil-konfront ta’ din it-tema. Mhux talli ma jridx idawwar l-arlogg ‘l quddiem, izda sahansitra jixtieq ireggghu lura. Minn banda ghandek il-Mexxej Laburista li juri li hu favur id-divorzju, izda fl-istess hin jara kif ipoggi d-diskors biex ma jinqatghax minn dawk fi hdan il-PL d-divorzju ma jriduhx.

Il-Partit Nazzjonalista jidher li lanqas jaf kif se jaqbad igib ruhu quddiem id-Divorzju. Ahna nafu li t-tmexxija ta’ Fenech Adami kien irnexxielha iggib lil dawk li huma Liberali ma’ dawk li huma Konservattivi fuq l-istess maduma. Illum il-gurnata il-PN qed jiddeciedi li ma jiddecidix dwar din it-tema, bit-tir li jibqa’ jipprova joghgob lil dawn iz-zewg kategoriji. Gonzi jinstema’ jlaqlaq u jiehu pawsi twal meta jaffaccja din it-tema. B’Muscat Kap tal-Oppozizzjoni jidher li l-PN qed jitlef il-qabda tieghu fuq il-liberali.

Ragunar

L-ebda wiehed miz-zewg partiti l-kbar m’hu qed juri ruhu determinat favur dan id-dritt civili. Waqt din il-laqgha Martin Scicluna mit-Today Public Policy Institute irraguna b’mod tajjeb meta wera bil-figuri kif ghalkemm f’Malta id-divorzju ghadu mhux accettat bil-ligi xorta ghandna sitwazzjoni fejn matul is-snin il-persuni separati, dawk li hadu d-divorzju minn barra u dawk li hadu l-annullament qed jizdiedu b’rata qawwija.

Tajjeb li nghidu li bejn l-1995 u l-2005 dawn il-persuni zdiedu b’262%. Fl-2015, meta mqabbla ma’ dawk tal-2005, behsiebhom jizdiedu bl-istess rata. Jekk niddeciedu li ma naghmlu xejn se nkunu qed ingibu rwiehna ta’ pajjiz inpotenti quddiem ir-realtajiet taghna.

Argument tajjeb li ngieb waqt il-laqgha ta’ dan il-kumitat, gie min naha ta’ Mr. Anthony Zammit, MP Laburista, fejn huwa qal li jezistu zwigijiet li jkunu stabbli u dawk li jkunu instabbli. Wara staqsa jekk wiehed ghandux icahhad lil dawk li ghaddejjin minn zwieg instabbli milli jergghu jizzewgu. Imbaghad kompla billi sostna li iz-zwieg certament jaghti aktar stabilita’ milli wiehed ikun poggut. Dan juri kif id-divorzju jista’ jservi biex wiehed ikun jista’ jizzewweg mill-gdid u biex madwarna jkollna relazzjonijiet aktar stabbli. Illum il-gurnata min ikun separat u jkollu sieheb jew siehba gdida, ma jkollu l-ebda ghazla ohra hlief li jpoggi mieghu jew maghha.

Zball Statali

L-izball tal-istat Malti f’pajjizna huwa dak li aktar mohhu biex jara lill-individwu jadatta ghar-regoli tal-istat, milli jara kif l-istat jista’ jitrasforma ruhu biex jirrifletti dak li jkun qed jigri madwarna. Fost l-ohrajn, dan narawh gej kemm mill-Knisja u anke mill-Gvern.

Il-Knisja ma tiskantani xejn li tagixxi b’dan il-mod, ghaliex wara kollox ghandha l-kredu taghha, li huwa bbazzat fuq sett ta’ principji li tista’ taghmel tibdil fihom izda hafna drabi taghzel li ma tibdel xejn. Ezempju car nistghu nihduh mill-mod kif ghadha tinsisti li hadd m’ghandu jkollu x’jaqsam b’mod sesswali qabel iz-zwieg. Nafu li r-realta’ f’pajjizna hi li mhux talli dan ma jsehhx, talli qed ikollna hafna tfajliet jinqabdu tqal bejn tlettax u sittax-il sena. Il-Knisja ghandha kull dritt tahdem b’dan il-mod. Madanakollu ghandi dubji kbar jekk tistax tkun relevanti b’din is-sistema.

Meta npoggu ghajnejna fuq il-Gvern, l-argument jinbidel. Il-Gvern ghandu l-obbligu li jkun relevanti ghal kull cittadin. Dwar drittijiet civili, spicca z-zmien li dak li jriduh il-maggoranza nimponuh fuq il-minoranza. Dik tissejjah it-tirannija tad-demokrazija. Jekk dwar id-divorzju m’hemmx l-appogg tal-maggoranza f’pajjizna, xejn u hadd m’ghandu jzomm lilna bhala pajjiz milli ndahhlu dan id-dritt civili. Billi nkunu differenti mill-Filippini u l-iStat tal-Vatikan mhux se tkun waqghet id-dinja! Wara kollox nigu bhall-bqija tal-Unjoni Ewropeja!

M’inhix qieghed nghid li m’ghandniex naghtu kaz lil dawk li jgibu l-argumenti kontra d-divorzju. Dawk huma mportanti hafna sabiex fil-process li nkunu qed naraw li d-divorzju jiddahhal, dan jiddahhal minghajr toqob u ma noholqux sitwazzjoni fejn ikollok min jiddivorzja ghall-konvenjenza. Barra minn hekk ikollna quddiem ghajnejna iz-zewg nahat tal-munita.

Caqlieq

Li fl-ahhar qed jiccaqalqu l-affarijiet dwar id-divorzju u telghu f’livell Parlamentari huwa pass pozittiv. Il-vucijiet ta’ partiti minoritarji u ghaqdiet mhux governattivi f’pajjizna nemmen li ghandhom jinstemghu ukoll, f’Kumitat Parlamentari bhal dan. Fuq kollox nittama f’haga wahda. Nittama li mhux l-ewwel tithezzez il-muntanja u mbaghad minn warajha naraw hiereg gurdien zghir tal-imramma!

Friday, October 30, 2009

Seminar mill-GWU Youths


Il-GWU Youths, se tkun qed torganizza seminar bit-tema ‘Edukazzjoni Rikonoxxuta?’ fejn se jkun diskuss ir-rikonoxximent ta' edukazzjoni post sekondarja. Din l-attivita’ se ssir is-Sibt 7 ta’ Novembru 2009 fil-bini tal-GWU il-Belt Valletta. Is-seminar se jibda fid 9am u jispicca ghal nofsinhar.

Is-seminar ser jinkludi prezentazzjonijiet u diskorsi imtella’ minn individwi mill-kamp akkademiku u tekniku. Kull prezentazzjoni hi intenzjonata li ddum ftit iktar min tletin minuta, segwita b’diskussjoni qasira fejn hu allokat hin ghall-mistoqsijiet u kummenti minn dawk prezenti.

Din l-attivita' hija miftuha ghall-pubbliku generali u hija bla hlas. Din l-attivita' hija appoggjata wkoll mill-Fondazzjoni Reggie Miller.

Il-kelliema huma: Mr. Jacques Sciberras – CEO National Commission for Higher Education, bid-diskors tieghu ikun: Il-mod kif istituzzjoni jew programm edukattiv ikun rikonoxxut f’Malta. Dr. James Calleja mill-Kunsill Malti ghall-Kwalifici se jipprezenta t-tema: It-triq biex tikseb kwalifici rikonoxxuti.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni l-Onor. Dolores Cristina u x-Shadow Minister ghall-Edukazzjoni l-Onor. Evarist Bartolo se jtellghu d-diskors taghhom. Is-segretarju tal-GWU, is-Sur Tony Zarb huwa mistenni jaghlaq din l-attivita.

Friday, October 23, 2009

The GWU's rebranding


I am glad The Times has recognised the fact that the GWU will continue to take a family-oriented approach, which is the most adequate one for our society (editorial, Time For GWU To Rebrand Its Tactics, October 9).

The Times thinks that the GWU acts "too aggressive[ly]" when coming to deal with industrial disputes and national issues. "Too aggressive" is too cumbersome an adjective and is not at all fair. The GWU is actively working for the benefit of the wage-earners, consumers and families, and unfortunately hostility is part of its day-to-day encounters in several fora. More so when it is being successful in forging alliances with other unions in the Forum.

From the very beginning of this legislature the government did not maintain its electoral promises to the Maltese people. Take for example the water and electricity bills that families are receiving. And what about the promises made to the shipyard workers and their families? With Lawrence Gonzi's Administration continuously implementing neo-liberalist policies, and shifting its scapegoatist discourse from shipyards' workers to single mothers, the GWU cannot seek other directions. The GWU is there to propose new socio-economic models, which surely should be diametrically opposed to neo-liberal ones.

The editorial went on to describe the GWU as a "political trade union" that has worked against the workers' interests. This assertion grossly misleads readers especially as it conveniently did not mention that at that time, thanks to the work of the GWU, a number of entities were established which provided employment to thousands of Maltese workers and a good standard of living to their families. That was a time when most of the present established foreign companies came to Malta to invest.

The GWU has always been and will continue to be part of the International Trade Union Movement, of which the majority is made up of leftist unions.

What's so different in Malta that in other democratic countries goes without saying? It had to be the international trade union solidarity to transform the impossible to the achievable as when the Malta Freeport issued a severe garnishee order against the GWU, or in the rejection of the port directive aimed at liberalising European ports. Never before has an EU directive been rejected as a result of workers' actions, including manifestations of protest and strikes, organised by national and international trade unions.

I suggest The Times dedicates an editorial to those unions that seem to be in a deep sleep at the moment though it goes well with the newspaper's suggested tune of how to be more realistic in the attitude and dealings with the present neo-liberal government.

Saying one thing and doing another was the way the conservative trade unions dealt with the majority of other independent trade unions when facing the exaggerated rise in water and electricity tariffs.

In such a context, the GWU will surely continue to be perceived to be louder than it should be. In fact it is only trying to compensate for the void that other trade unions are leaving by being inactive!

Sunday, October 18, 2009

Mitt protesta mhux bizzejjed


Ippubblikat fil-'KullHadd' tal-lum18 t'Ottubru, 2009


Il-Partit Nazzjonalista rega’ ta ghall-kantalieni malli sema’ li l-Partit Laburista se jtella’ Manifestazzjoni Nazzjonali il-Hadd li gej. Qed juzaw il-makni taghhom u dawk li jikkontrollaw biex jipprovaw jaghtu l-impressjoni li l-PL qed johloq l-instabilita’.


Poter tost


Jekk hawn xi hadd li qed johloq l-instabilita’ f’pajjizna huwa dan il-Gvern tal-minoranza li fi hdanu ghandu konsenturi mill-akbar. Qed japplika politika li ggib il-familji dejjem aktar ikkastigati. Ezempju ta’ dan huwa l-mod kif il-Gvern qed jikkunsidra li jdawwar l-iskema tal-‘Ispizjar tal-ghazla tieghek’.

Flok ahna inhallsu t-taxxi u l-Gvern jaghtina l-medicini mit-taxxi li nkunu hallasna, issa dan il-Gvern tal-minoranza jrid li l-ewwel inkunu ahna li nhallsu l-medicini u mbaghad il-Gvern jibda jaghtina l-flus lura ta’ dawk il-medicini li nkunu intitolati ghalihom.

Tajjeb wisq! Mela issa li t-taxxi tberbqu min-nies irresponsabbli, issa li t-taxxi nsterqu minn parrini u filjozzi, u issa li t-taxxi nhafru bla misthija, xejn m’hu se jibda jinghata fil-hin tal-bzonn ghalina li nhallsu t-taxxi fuq id-dhul qabel lanqas ma nkunu rcevejna l-paga taghna.

Irridu nghidu miljun darba “LE” ghal din politika bhal din li taghti kaz l-interess tal-importaturi u l-manifatturi u twarrab il-bzonnijiet ta’ dawk li jifilhu lanqas jew jinsabu fil-klassi tan-nofs. Din hija politika li tkompli tikkastiga lil dawk li ma jbillux idhom fit-torta l-kbira. Politika li tkompli tara lill-poplu jhallas doppjament ghal servizzi li suppost huwa intitolat li jiehu b’xejn u mill-ewwel. Politika li ggieghlek tahseb li ghandek il-but tal-qalziet imtaqqab!

Beza’

Hemm kunsiderazzjoni importanti ferm x’issir f’dan ir-rigward, ghax il-Gvern mhux qed ihallas lill-importaturi u l-manifatturi tal-medicini. Il-Ministru Tonio Fenech staha jiltaqa’ maghhom xi gimghatejn u nofs ilu.

Jista’ jkun li beza’ li jahtfuh b’ostagg, u wara jitolbu dak kollu li l-Gvern ghandu jhallas lilhom biex ikun jista’ jinheles. Tezi ohra li iktar nahseb li tersaq lejn il-fatti hija dik li staha jaffaccja l-kredituri tal-medicini kollha f’sala wahda. Cert li kienu lesti jibbumbardjawh b’mistoqsijiet li biex iwegibhom tajjeb kien ikollu bilfors jammetti li t-taxxi tal-poplu qed jintefqu minghajr thabbil il-mohh.

Tliet darbiet ippostponew id-data ta’ dan il-‘business breakfast’! U meta ftiehmu ghal data definittiva xorta beza’ jiltaqa’ maghhom. Mhux talli saru jisthu jaffaccjaw il-poplu, izda anke lil kategorija ta’ industrijalisti u importaturi li tradizzjonalment il-PN minn guf ommu dejjem kellu relazzjoni tajba maghhom.

Insaffru!

Meta tqis li l-Gvern lanqas qed ihallas lill-industrijalisti u lill-importaturi mit-taxxi taghna, ahseb u ara kemm se jhallas lilna c-cittadini jekk idahhal din is-sistema. Il-konsumatur f’Malta m’huwiex organizzat daqs l-industrijalist, u allura jien cert li l-Gvern ma jiddejjaqx idum ma jhallas kemm jiftillu lill-poplu li jkun qed jixtri l-medicini li ghalihom ikun intitolat li jihodhom b’xejn.

Il-poplu permezz tal-Partit Laburista u x-Xellug f’pajjizna ghandu jirrezisti bil-qawwa din il-politika neo-liberali ta’ dan il-Gvern tal-minoranza. Insaffru u mhux inhalluh iddahhal dis-sistema! Ir-raguni hija semplici, ma nafdawhx!

Mitt protesta

Ghalhekk, quddiem haddiema li bl-ghaqal kollu taghhom ma jwasslux sal-ahhar tax-xahar; quddiem sitwazzjoni fejn il-Gvern behsiebu jerga’ jgholli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma; quddiem korruzzjoni li ssir fid-dawl tax-xemx; quddiem politika konservattiva u neo-liberali; u quddiem familji li jistinkaw kemm jifilhu u jhossu li qed jaqdfu fl-ilma, lanqas mitt protesta ma jkunu bizzejjed!

Tbiddlet l-ghodda tal-politika, izda l-folol li jingemghu biex juru li mod iehor kif jitmexxa pajjiz huwa possibli iwassal lilna biex nitqawwew u nuru li hadd minna m’hu lest jittiehed bid-dghajsa. Dan il-Gvern tal-minoranza nixtiequ jaghmel il-hames snin kollha tieghu fil-poter. Mhux ghax naqbel mal-politika li jhaddan, izda ghax nixtieq li nara l-Partit Laburista jissahhah bizzejjed biex galadarba jkun fil-Gvern xejn u hadd ma jkun jista’ jdghajfu, u s-sahha tieghu tkun tiddependi biss mill-fiducja tal-poplu.

L-ebda gazzetta, l-ebda email, l-ebda messagg fuq facebook, l-ebda diskursata fil-kcina jew fuq il-post tax-xoghol, u l-ebda stqarrija, m’ghandhom il-qawwa daqs manifestazzjoni nazzjonali li tigbor lill-folol biex jibaghtu messagg qawwi favur poter li jirrispetta lill-poplu!

Sunday, October 11, 2009

Il-Htiega tad-Divorzju


Ippubblikat f'It-Torca tal-Hadd 11 t'Ottubru, 2009

Il-Maltija li tissepara minn ma’ zewgha ma tistax tizzewweg iehor. L-istess ukoll ghall-Malti li jissepara minn ma’ martu. Dan ghal kuntrarju ta’ dak li jigri fil-pajjizi l-ohra kollha ta’ l-Unjoni Ewropea. Ghalkemm min jissepara ma jistax jerga’ jizzewweg, dan ma jfissirx li dak li jkun ma jfittixx li jkollu sieheb jew siehba ohra.

Persuni li jkun ‘fallielhom’ iz-zwieg u li jsibu sieheb/a ohra u jaghzlu li jghixu flimkien jispiccaw pogguti. Minghajr id-divorzju pajjizna se jibqa’ jgemma’ numru kbir ta’ koppji li m’humiex rikonoxxuti mill-istat. B’hekk minghajr id-divorzju, mhux talli qed nghinu biex il-kultura taz-zwieg tibqa’, izda minn flok qed nghinu biex il-kultura li wiehed jghix poggut tizdied.

Recti

Ir-rezistenza qawwija li tezisti minn uhud f’pajjizna ghal dan id-dritt civili msejjah “divorzju” ma hija xejn hlief recta. Hija recta ghaliex huwa fatt maghruf li l-Gvern Malti diga’ jirrikonoxxi d-divorzju minn qrati barranin. B’hekk min ghandu l-flus biex ilesti l-process tad-divorzju, pajjizna lest li jaghtihulu, u min le jkollu jmur jew ghas-separazzjoni jew ghall-annullament. Dan kollu jaghmel sens daqs kemm kieku ghada nohorgu ligi li t-tadam ta’ Malta ma jistax jittiekel f’pajjizna, izda nistghu nibqghu nimportaw it-tadam minn barra u niekluh.

Moralita’ nazzjonali

Ghadda z-zmien li l-moralita’ tibqa’ meqjusa daqs li kieku kienet xi qalziet ta’ qies wiehed li ghandu jilbsu kulhadd. Dan ma nghidux jien biss, izda jghidu wkoll l-Isqof Cremona, li jqis l-irwol tal-Knisja f’Malta bhala wahda mill-vucijiet f’pajjizna izda mhux ‘il-vuci’. L-assolut tal-passat hadlu postu r-relattiv.
B’hekk li ndahhlu d-divorzju f’Malta ma jfissirx li se nkunu qed nghidu lil kull min hu mizzewweg biex jiddivorzja. Dan huwa ragunament ta’ min lanqas ghandu l-hila jghodd wiehed ma’ wiehed.

F’pajjiz bid-divorzju, il-Knisja jibqa’ jkollha kull dritt issemma’ lehinha kontra dan id-dritt civili. Jien cert li hadd m’hu sejjer iwaqqafha milli taghmel dan. Ghandha r-radju, l-pulpti, l-gazzetta, rivisti fid-djar u patafjun ta’ mezzi ohra biex izzomm lill-fidili taghha jemmnu li d-divorzju qatt m’ghandu jkun ikkunsidrat bhala ghazla.

F’socjeta’ demokratika, hekk jimxu l-affarijiet. Jien naghtik l-ghazla, u ghaliex konvint li c-cittadin huwa intelligenti, imbaghad inhallih ha jaghzel hu.

Dritt civili

Min minna ma jixtieqx li kull familja f’pajjizna tkun bhal dik li naraw fir-reklami tal-gallettini, fejn kulhadd iqum bit-tbissima ibewwes u jghannaq lil xulxin? Il-familja ghalina l-Maltin hija valur, u ghandna nibqghu nghozzuha bhala l-izghar u l-aktar cellola f’sahhitha fis-socjeta’ taghna.

Ikollna nammettu li madwarna jezistu realtajiet fejn koppji jkunu ghaddejjin minn saram kbir f’hajjithom. Kazi ta’ vjolenza, adulterju kontinwu, nuqqas ta’ kuntentizza, u problemi sesswali huma biss ftit mir-realtajiet. F’hafna mill-kazi isiru hafna sforzi mis-sieheb jew siehba li tkun qed issofri sabiex iz-zwieg ma ‘jfallix’. Dan mhux dejjem iwassal biex iz-zwieg jibqa’.

Malta li ilha hames snin fl-Unjoni Ewropea, jixirqilha li jkollha Gvern li bis-serjeta’ jara li ahna jkollna d-drittijiet li hemm fil-bqija tal-Ewropa. Bhala progressivi ghandna nharsu lejn id-divorzju bhala dritt civili u mhux xi arma kontra z-zwieg. Irridu nharsu lejn dritt bhad-divorzju bhala mezz li bih persuna tinghata t-tieni cans f’hajjitha.

Fl-2005 kienu 7% tal-mizzewgin kollha f’Malta li hadu l-annullament, separazzjoni jew divorzju. Sal-2015 dan il-persentagg hemm il-hsieb li jitla’ ghal 17%. Jekk se nibqghu cassi quddiem dan kollu pajjizna se jispicca fabbrika tal-pogguti!

Thursday, September 24, 2009

Inqas karti u aktar rizultati!



Il-gimgha li ghaddiet attendejt ghal konferenza organizzata mill-GWU, il-Malta Standars Authority (MSA) u l-European Trade Union Institute (ETUI). Gew raprezentanti tal-haddiema minn madwar l-Ewropa u anke burokrati minn Brussell.

Il-konferenza kienet titratta l-htiega li jinholqu standards li permezz taghhom dawk il-haddiema li juzaw il-makkinarju fuq il-post tax-xoghol taghhom ma jkunux qed ipoggu riskji ghal sahhithom. Tezisti direttiva mill-UE dwar l-uzu tal-makkinarju. Din torbot lil dawk kollha li jixtru makni bhal gafef, makni ghall-fabbriki jew makni ohrajn, biex jixtru makni li jzommu lil min juzahom komdu u bla riskji li jwegga’.

Waqt din il-konferenza, raprezentant tal-MSA spjega x’inhu l-process biex raprezentanti tal-haddiema jmorru quddiemha biex ikunu jistghu jaghmlu talba ghal standards godda. Dr.Fabio Strambi, li qed jahdem ma’ ETUI biex isiru progetti godda li permezz taghhom jinholqu standards godda, wera kif isir il-process biex jinholoq standard gdid. Dan isir permezz ta’ laqghat kontra laqghat u dokumenti kontra dokumenti.

Intervent

F’dan il-punt tal-konferenza jiena hassejt li ghandi nintervjeni. Ghidt illi flok qed naraw kif ghandna nnaqqsu l-burokrazija u patafjun ta’ dokumenti, qieghdin minn flok naghmlu minn kollox biex inziduhom. Burokrazija zejda qed tissarraf fil-hanqa tal-vuci tal-haddiema. Ir-raprezentanti tal-haddiema f’dan il-kaz zgur li ma jinteressahomx kemm ghandhom jinholqu dokumenti.

Jien ghidt li biex ikollna makni safe ghall-haddiema ghandna naraw kif min ihaddem ikun obbligat bil-ligi li jikkonsulta mar-raprezentanti tal-haddiema li jkunu se juzaw il-makni. Dan iwassal biex mhux l-ewwel jinxtara l-makkinarju u mbaghad il-haddiema jindunaw bin-nuqqasijiet tal-makni. In-nuqqas fis-sigurta’ tal-makna jezisti wkoll f’makkinarju li huwa gdid fjamant. Min jiddizinja l-makkinarju mhux qed jiehu pariri minn ghand min ghandu esperjenza fit-thaddim tal-makni li jkunu se jigu prodotti.

Nemmen li lista ta’ fatturi li jaghmlu l-makkinarju tal-haddiem safe ghandhom ikunu imnizzla fil-ftehim kollettiv tal-haddiema. M’jien nghid xejn ta’ barra minn hawn. Din sistema li jhaddmuha fl-iSvezja. Minn dan it-tip ta’ ftehim l-MSA tista’ tislet standards godda. B’hekk il-bidla fl-istandards issir b’anqas burokrazija, izda fl-istess waqt xorta jkun hemm awtorita’ li tirregola dawn l-istandards. Il-htiega taghha li sservi ta’ referenza u anke li toffri qafas ta’ regolamenti, tibqa’ hemm. Aktar u aktar meta ghandna ekonomija li thaddan fiha hafna intraprizi zghar u medji.

F’dawn l-intraprizi hafna drabi jkollok dawk li jimpjegaw in-nies li jkunu huma stess li jixtru u juzaw il-makni, u ghalhekk l-istandards ikunu qed jiprovdu linji gwida ghax–xiri u l-harsien tas-sahha waqt l-uzu. Sfortunatament tkun tezisti t-tentazzjoni li jinxtara makkinarju inqas safe ghaliex ikun jiswa’ anqas. Wiehed ikun qed jiehu hsieb butu, u jitfa’ sahhtu f’riskju.

Paralellizmu

Ghalhekk sabiex il-burokrazija ma nhalluhiex thalli lil haddiema jweggghu jew sahansitra jmutu, ghandha tinholoq sistema li timxi fuq zewg binarji. Wahda tkun dik tal-konsultazzjoni effettiva bejn l-unjins u min ihaddem biex b’hekk tassikura azzjoni diretta fuq kwestjonijiet ta’ sigurta’, u l-ohra tara li r-regolamenti jinkitbu u jkunu nfurzati. B’hekk, l-azzjonijiet jittiehdu mill-ewwel u d-dokumenti jkollhom cans jinkitbu wara. F’kelma wahda nkunu qed nahlu inqas karti u ngibu aktar rizultati!

Sunday, September 20, 2009

Impementing national youth policies


http://www.timesofmalta.com/articles/view/20090915/letters/implementing-national-youth-policies

The draft National Youth Policy (NYP) issued by the Parliamentary Secretary for Youth and Sport (PSYS) is currently being studied by all those who are involved in youth spheres.

It is a policy based on the present legal state of affairs and the goals needed to be achieved. It tends to be superficial as it does not mention the means by which these aims are to be achieved.

One solution can be that of formulating a separate document in which the stakeholders, action plan, and target dates are set for every single policy aim.

The PSYS cannot do a single move in reaching aims set up in the health sector, without coordinating with the Ministry for Social Policy, and so on and so forth in other sectors.

More so, if no target dates are set up, none of the parties involved will take this policy seriously. In its reaction to this Draft NYP, the Labour Youth Forum (LYF) was spot on when pointing out that this policy falls really short by its lack of mention of the housing challenges which youth are facing.

It also did well to point out that while the PSYS is rightly encouraging e-learning, it also needs to widen its vision and conceive the digital divide as a local challenge.

Another interesting suggestion made by the LYF was that of proposing full infrastructural accessibility of physically disabled persons within educational institutions as a policy aim, something which the draft NYP did not mention.

There were also some shortcomings as regards the way in which the policy addresses the educational sector. I believe that more emphasis had to be put on the need of transmitting intercultural communication skills through the pedagogical system. Malta is facing migrants from eastern Europe, ex-Yugoslavia, Asia, the Middle East and Africa, and the best way to be able to harmonise our society is to spread a sense of understanding among our youngsters of other cultures, religions and ethnic groups.

I hope that the government will not opt to create another agency in order to implement this policy. There are agencies that are highly beneficial to our society but then I can mention others that smelled badly!

A hands-on approach and good political will are the keys to implementing such policies.

Sunday, September 6, 2009

Ic-Cina llum


Dan l-ahhar kelli l-opportunita’ nqatta’ tliet gimghat ic-Cina fuq btala personali. Tista’ tghid li zort l-aktar bliet u provincji msemmija tal-Lvant tac-Cina. Ic-Cina tal-lum hija ferm differenti minn dik ta’ tletin sena ilu. Dak iz-zmien ic-Cina kienet ghadha maghluqa ghad-dinja, illum tista’ tghid li nfethet hafna aktar milli kien tbassar dak iz-zmien.

Mao u Deng


It-tmexxija ta’ Mao Zedong kienet tmexxija ibbazata fuq l-ideologija jew fuq il-hsieb Socjalista hekk kif imhaddem mill-mexxejja tal-pajjiz. Mal-wasla ta’ Deng Xiaoping fit-tmun tal-pajjiz, ic-Cina ghazlet li tinfetah ghas-swieq u tibni dik li jsejhulha is-‘suq ekonomiku socjali’ u tibni ‘Socjalizmu b’karatteristici Cinizi’. F’kelma wahda ic-Cina riedet tinfatam miz-zmien fejn il-glieda kienet bejn il-hsibijiet u taghti kaz kif se taghmel biex ittejjeb l-amministrazzjoni tal-pajjiz, tkabbar l-ekonomija, tinkoraggixxi x-xoghol u tkabbar il-gid.

Ic-Cina dahlet b’mod differenti mir-Russi u l-Ewropej tal-Lvant fir-riforma tal-ekonomija taghha. Hija cediet il-poter li tamministra l-kumpaniji li huma propjeta’ tal-istat, izda xorta baqghet il-propjetarja taghhom. Ir-Russi u l-Ewropej tal-Lvant ghazlu li jbieghu il-kumpaniji statali meta gew biex ibiddlu s-sistema ekonomika taghhom. B’hekk nistghu nghidu li c-Cina hija lesta tpoggi sieq wahda bil-qawwa kollha fil-Kapitalizmu, izda fl-istess waqt m’hijiex lesta tnehhi s-sieq l-ohra mis-Socjalizmu.

Cifri


Illum ic-Cina ghandha popolazzjoni ta’ 1.3 biljun ruh u ghalhekk hija l-akbar popolazzjoni fid-dinja. Tkopri medda ta’ 9.6 miljun kilometru kwadru u ghalhekk nistghu nghidu li wehidha fiha kwazi daqs l-Ewropa (10.18m km2). Hija l-akbar konsumatur taz-zejt fid-dinja u tibni madwar zewg power stations fil-gimgha li jahdmu bil-faham. Mill-1978 sal-2004 il-prodott gross domestiku (PGD) Ciniz kiber b’medja ta’ 9.6% fis-sena, u dis-sena ghalkemm affaccjat bir-ricessjoni ekonomika internazzjonali, xorta mahsub li jikseb 8% tkabbir.

Tmexxija

Ic-Cina hija mmexxija mill-Partit Kommunista Ciniz (PKC), b’sistema ta’ partit wiehed ibbazata fuq l’hekk imsejjah ‘centralizmu demokratiku’ mahsub minn Lenin li kien mexxa r-Rivoluzzjoni Russa tal-1917. Il-PKC huwa l-akbar partit politiku fid-dinja. Fih ghandu msiehba ‘l fuq minn 70 miljun ruh. Matul iz-zmien tar-riformi il-PKC sieheb mieghu professjonisti li gejjin mill-klassi tan-nofs, akkademici u nies tan-negozju biex ikompli jwessa’ l-bazi tieghu u jirraprezenta aktar tajjeb lil dawk il-gruppi li jkunu qed jikbru fis-socjeta’.

Fuq il-karta, l-oghla organu tal-poter fic-Cina huwa il-Kungress Nazzjonali tal-Poplu, izda fil-verita’ huwa l-Kunsill tal-iStat li ghandu l-akbar poteri ezekuttivi u li ghandu s-sahha jaghmel tibdiliet fil-politika li tkun qed tithaddem fil-pajjiz. Peress li c-Cina huwa pajjiz enormi dan ghandu hames saffi ta’ governanza, b’eccezzjoni ghar-Regjuni Amministrattivi Specjali li huma Hong Kong u Macao. B’hekk ic-Cina ghandha diversi provincji (ez.Shanxi), regjuni awtonomi bhat-Tibet u municipalitajiet bhal Beijing u Shanghai.

Welfare

Fic-Cina il-qasam tas-sahha u l-edukazzjoni ukoll inghataw f’idejn is-swieq. Dan iwassal biex min hu l-aqwa jhawwel u min le jithawwel. Politika bhal din thalli lil dawk li ma jkunux jistghu ihallsu jispiccaw jiehdu servizzi b’anqas kwalita’ jew sahansitra ma jiehdu servizz ta’ xejn. B’dan il-mod jinholqu inugwaljanzi u nuqqas ta’ gustizzja socjali.

Fil-qasam tas-sahha intilef il-kuntatt shih li kien hemm qabel bejn il-kura primarja, sekondarja u terzjarja. B’hekk is-sistema tas-sahha ma baqghalix zokk principali li mill-gheruq iwassal ghal frieghi. Il-Gvern Ciniz huwa konxju minn din is-sitwazzjoni, izda issa li lahaq kisser din ir-rabta fi hdan is-sistema tas-sahha, qed isibha wisq difficli biex jerga’ jreggaghha lura u jraqqa’ l-pannu kif kien qabel. Madanakollu wiehed m’ghandux jinsa li dawk li jahdmu fil-qasam tas-sahha sar ghandhom tahrig aqwa minn dak ta’ qabel u li l-ikel sar jinstab b’aktar abbundanza fil-pajjiz.

Haddiema

Jekk qabel il-haddiema fic-Cina kienu jinqasmu f’zewg kategoriji principali, issa dawn saru jinqasmu fi tlieta. Mall-haddiema tal-qasam urban (ez. fabbriki) u dawk fil-qasam rurali (ez. bdiewa), issa zdiedu l-haddiema immigranti. Il-haddiema mmigranti fic-Cina huma dawk li jitilqu minn zoni fejn il-gid tal-ekonomija ma jkunx ghadu kiber hafna, lejn partijiet fejn l-attivita’ ekonomika tkun akbar u allura ikun hemm aktar cans li jinstab xoghol bi qliegh akbar.

Sfortunatament, peress li tezisti skema fejn wiehed irid jirregistra fejn ikun qed joqghod (Housing Registration System), hafna drabi dawn il-haddiema immigranti huma l-aktar nies bic-cans li jkunu mwarrba mis-socjeta’ Ciniza. Dan ghaliex dawn il-haddiema jsibuha aktar difficli biex ikollhom housing decenti, impjieg bi hlas xieraq, diffikulta’ li jibbenefikaw mis-sistema tal-welfare, access ghas-sistema tas-sahha u anke ghall-edukazzjoni.

Attivita’ produttiva

Il-vantagg li ghandha l-ekonomija Ciniza fejn l-akbar ekonomija fid-dinja, l-iStati Uniti, hija dik li tibbaza t-tkabbir ekonomiku taghha fuq attivita’ produttiva. Ghalhekk meta tivjagga fic-Cina tara b’ghajnejk illi t-tkabbir fl-ekonomija huwa dovut ghal hidma bla heda ta’ dan il-poplu li mal-ewwel daqqa t’ghajn jaghtik x’tifhem li m’hu behsiebu jgheja qatt. Ghalhekk nistghu nghidu li c-Cina irnexxiela tidhol wara u tohrog qabel mir-ricessjoni ekonomika. Dan minhabba l-fatt li l-involviment taghha fl-ispekulazzjoni gewwa s-swieq finanzjarji ma tilghabx parti importanti minn sahhitha. Dan iwassalna wkoll biex nifhmu ghalxhiex is-suq finanzjarju Azjatiku huwa l-aktar wiehed stmat f’dan il-mument.

Soft Power

Jekk fi zmien il-Gwerra bierda iz-zewg superpotenzi kienu jinvestu hafna fil-poter militari, illum il-gurnata qieghdin fl-era tas-‘soft power’. Dan il-poter jidhol b’mod aktar fin biex jikkonvinci lil gvernijiet u popli li jkun ahjar tikollabora ma’ qawwa minnflok ma’ ohra. Ic-Cina qed tinvesti hafna f’dan is-‘soft power’. Dan qed taghmlu billi ma tindahalx fil-kwestjonijiet tal-pajjizi li tkun qed tikkolabora maghhom. B’hekk ic-Cina qed jirnexxielha tiddomina fil-kontinent Afrikan, u qed tissahhah hafna aktar fil-Latin Amerika. Il-mezzi tax-xandir ukoll gharfet tuzahom sewwa biex tkabbar l-influenza taghha. Ghalhekk fl-ahhar ta’ Lulju ghadha kemm fethet stazzjon televiziv Gharbi li permezz tieghu kapaci tilhaq 300 miljun ruh minn 22 pajjiz Gharbi.

Dan kollu ma jfissirx li mhux qed isir avvanz fil-kamp militari, u dan l-ahhar rajna wkoll kif ic-Cina kkollaboraw mar-Russi f’tahrig militari bejn it-tnejn. It-tir tal-Armata tal-Liberazzjoni tal-Poplu (kif isejhulha), m’huwiex dak li tahkem lil haddiehor izda minnflok tiddefendi l-gid li qed ikun mahluq f’pajjizha.

L-Unjoni Ewropea

L-Ewropa ghandha bzonn issib saqajha fil-mod kif titratta l-kwestjonijiet taghha mac-Cina. Minn power-audit report mahrug mill-Kunsill Ewropew ghall-Affarijiet Barranin f’April li ghadda, hareg bic-car li fl-Ewropa kulhadd irid jaqdef ghal rasu fil-mod kif jirrelata mac-Cina. Pajjizi kbar bhall-Ingilterra, Franza u l-Germanja mohhhom biex ikunu l-aqwa namrati tac-Cina fost il-pajjizi Ewropej. Ic-Cina tikkolabora mal-pajjizi Ewropej skont il-htiega u zgur li mhix lesta taghti privileggi lil ebda minn dawn it-tlieta. Hija qed tkun kapaci tisfrutta id-dghufiji li jezistu fl-UE, peress li din turi ruhha bhala ‘bicciet maghquda’ aktar milli ‘ghaqda ta’ bicciet’.

Id-Dragun

Jiena nawgura li c-Cina taghmel l-almu taghha biex ma tibqax tirrepeti l-izbalji li l-Ewropa u l-iStati Uniti hadu biex kabbru l-ekonomiji taghhom. L-izbalji li qed insemmi huma dawk li ghandhom x’jaqsmu mal-qerda tal-ambjent, in-nuqqas ta’ partecipazzjoni tal-haddiema fit-tmexxija tal-pajjiz, u nuqqas ta’ access mill-poplu ghal servizzi bzonnjuzi bhas-sahha u l-edukazzjoni.

Id-Dragun bhalissa qieghed jinstema’ mid-dinja kollha. Hafna huma n-nies li affaxxinaw rwiehhom bil-mod li dan il-poplu organizza l-Olimpjadi s-sena l-ohra, u huma hafna dawk li qed jistennew bil-herqa biex jaraw x’hemm lest ghall-Expo gewwa Shanghai f’Mejju li gej. Din l-ezebizzjoni dinjija hija behsieba tilqa’ mas-70 miljun ruh, u certament li l-istima lejn dan il-pajjiz hija mistennija tkompli tikber.

Bil-mod li qed titqawwa c-Cina llum zgur li n-nofsinhar tad-dinja huwa lest biex jissahhah dejjem aktar. L-iStati Uniti u l-Ewropa qed isibu li l-kontroll taghhom fuq dan ir-regjun sejjer jiddghajjef. Huwa bl-istil politiku li qed jirnexxilu joffri Obama tal-iStatit Uniti illi d-djalogu bejn il-pajjizi jista’ jissahhah. Hadd mill-qawwiet fid-dinja ma ghandu l-jedd jibqa’ jilghabha tal-missier.

Sunday, August 23, 2009

Politika ghaz-Zghazagh: Fejn iva, Kif le


Ippubblikat f'L-Orizzont tal-Hamis 20 t'Awwissu, 2009

Malli qrajt l-abbozz tal-politika nazzjonali mahrug fil-bidu tax-xahar li ghadda rajt kif dan id-dokument huwa kapaci juri x’tghid il-ligi rigward iz-zghazagh; huwa kapaci jghid fejn ghandna naslu fil-qasam taz-zghazagh; izda madanakollu ma jaghmel l-ebda sforz biex jghidilna kif se naghmlu biex dan nilhquh. Ghalhekk jiena nsostni li dan id-dokument ma jkunx jiswa’ haqq il-linka li bih gie stampat diment li fl-istess waqt li tkun emendata u approvata din il-politika, ma jkunx imniedi wkoll dokument li juri b’mod car kif se jitwettqu dawn l-affarijiet.

Skeletru minghajr muskoli

Li qed nghid huwa semplici. Din il-politika hija skeletru tajjeb, izda skeletru minghajr muskoli ma jiccaqlaqx. Ghalhekk hemm bzonn li jkun imfassal dokument li juri bic-car x’se jsir biex jintlahaq kull ghan imsemmi f’dan l-abbozz. Barra minn hekk ghandhom ikunu spjegati l-modi li bih is-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh se jkun qed jahdem ma’ Ministeri ohra biex din il-politika titwettaq. Iridu jinghataw miri cari ta’ meta jistghu jintlahqu l-ghanijiet imsemmija u kemm se jiswew flus biex ikunu jistghu isiru. B’hekk is-Sostenibilita’ li tissemma’ bhala prinicipju ta’ dan l-istess abbozz, tkun qed tinghata l-importanza taghha fil-prattika.

Superficjali

Dan l-abbozz juri certu superficjalita’ fil-mod kif behsiebu jidhol biex jirbah l-isfidi. Fit-taqsima ddedikata lill-ambjent jasal biex jiddedika artiklu li jsemmi “l-irwol attiv taz-zghazagh li jmexxu ‘l quddiem mizuri biex tkun miggielda l-bidla fil-klima, jikkonservaw id-diversita’ bio-kulturali u jtejbu l-kwalita’ tal-hajja umana”.

Jiena naqbel ma’ dan kollu, izda fir-realta’ iz-zghazagh kif se jkunu meghjuna jaghmlu dan? Kemm jaghmel sens li ahna z-zghazagh niggieldu l-bidla fil-klima billi noqoghdu nhawlu s-sigar meta l-Gvern Malti ddecieda li jixtri power station li tahdem bil-heavy fuel oil flok bil-gass. Meta ssemmi li l-irwol taghna z-zghazagh huwa li ntejbu “l-kwalita’ tal-hajja umana” tkun qisek qed tpingi z-zwiemel itiru. Ahna z-zghazagh li nippartecipaw b’mod attiv fis-socjeta’ taghna se nkunu qed nistennew biex insiru nafu kif se jirnexxielna nwahhlu l-gwienah maz-zwiemel.

Id-dokument jibqa’ wkoll superficjali meta jsemmi NGOs, Kummissarji, u Kunsilli li jistghu ikunu shab fit-twettieq ta’ din il-politika. Ma jidentifikax b’mod car x’jista’ jkun l-irwol taghhom biex dan isir. Meta jsemmi li hemm il-hsieb li titwaqqaf Agenzija Nazzjonali ghaz-Zghazagh, jerga’ jibqa’ lura milli jghidilna sa meta ghandu jsir dan. Ghalhekk jien ser nibqa’ nistenna bil-herqa li jinhareg dokument li juri bic-car il-metodu li se jintuza, u c-cans li se jinghata, biex l-ghanijiet jintlahqu.

Kulturi ohra

Dan l-abbozz, b’mod tajjeb, jidentifika l-inkluzjoni socjali u l-partecipazzjoni bhala zewg principji li ghandhom ikunu mwahhda ma’ kull taqsima tal-abbozz. Nemmen li l-interkulturalizmu (li nkunu kapaci nikkomunikaw ma’ nies ta’ kultura ohra) kellu jinghata attenzjoni specjali, peress li Malta qed tilqa’ nies gejjin mill-eks-Unjoni Sovjetika, eks-Jugozlavja, Indja, nies mil-Lvant Nofsani, Afrikani tal-Magreb u dawk ta’ taht id-dezert Sahara. Per ezempju nistghu nghidu li fit-taqsima tal-edukazzjoni setghet tkun inkluza pedagogija (l-arti u x-xjenza li tkun ghalliem) li tghin lic-cittadini Maltin ikunu preparati jirrelataw bl-ahjar mod ma’ minoranzi etnici f’pajjizna. Li qed nifhem b’dan huwa li jkollna sistema edukattiva li tinkoraggixxi aktar l-integrazzjoni u tirrispetta aktar l-identita’ kulturali ta’ dawk li ghandhom religjon, gilda jew origini differenti minn taghna l-Maltin.

Saqaf

Dan id-dokument donnu jinsa li z-zghazagh jaslilhom zmien fejn ikunu jridu saqaf fuq rashom u jsejhulu taghhom. Jinsa ghal kollox l-ispekulazzjoni tal-propjeta’. Din tikkawza lil pajjizna jkollu ‘l fuq minn 52,000 residenza vojta u qieghda ssallab liz-zghazagh li gejjin minn kwalunke’ klassi socjo-ekonomika Maltija. Dan l-abbozz jinsa lil dawk li ghandhom salib akbar minn ta’ haddiehor, bhal koppji u individwi bi dhul baxx u li m’ghandhomx stabilita’ fl-impjieg taghhom. B’hekk din il-politika tkun wahda li ma zzommx ilma jekk ma tindirizzax din l-isfida li qed jaffaccjaw iz-zghazagh u li sfortunatament kemm il-darba twassal biex jinhallu zwigijiet jew relazzjonijiet serji.

Fejn iva, Kif le

Jiena nirrispetta lil kull min ha sehem biex dan id-dokument ikun jista’ jitfassal, izda mill-banda l-ohra xtaqt nara li l-ghanijiet ta’ din il-politika jkunu aktar konkreti u jirriflettu l-hajja ta’ kuljum taz-zghazagh Maltin. Intenni li ma jiswa’ xejn li jkunu approvati l-ghanijiet imsemmija f’dan l-abbozz jekk ma narawx dokument iehor li jispjega bic-car il-pjan ta’ kif u meta se jsiru dawn l-affarijiet.

Wednesday, August 19, 2009

Id-Destin tax-Xellug....


Kollokwju ma' Ivin Catania, ippubblikat f'It-Torca tas-16.08.09

Bejn kikkra kafe u kikkra kafe (iva, xarba kafe tajba kienet) kelli argumentazzjoni ma’ sieħbi Chris Cutajar (mill-Moviment Azzjoni Xellugija u anke artikolista mat-TORĊA) dwar tema li t-tnejn li aħna hija għal qalbna: il-politika.... B’referenza speċjali għax-xellug li aktar ma’ jgħaddi żmien aktar qed isibha diffiċli li jikkonvinċi lill-poplu, speċjalment fil-pajjiżi Ewropej, li l-politika tiegħu hija aħjar minn tal-lemin konservattiv.

Ħafna drabi naraw li l-partiti tax-xellug fl-Ewropa qiegħdin jippruvaw jirbħu s-simpatija billi jirkbu fuq id-dwejjaq taċ-ċittadini u anke jippruvaw jibnu alleanzi ma’ dawk li l-interessi tagħhom mhumiex dawk tal-maġġoranza li jirrappreżentaw. Prat-ikament qiegħdin jagħmlu kollox biex isiru bħall-avversarji tagħhom - għax jaħsbu li b’hekk isiru aktar appellabbli - bil-konsegwenza li ċ-ċittadini ma jibqgħux jiddistingwu bejn il-partiti. Il-periklu ta’ din in-nuqqas ta’ alternattiva hija li ċ-ċittadini meta jiġu għall-vot jippreferu lil dak il-partit li diġà jafu dwaru milli lil dak li ma jkun qed jofri l-ebda alternattiva ħlief bidla fis-simboli tal-partit fil-gvern!

Din l-argumentazzjoni - li bdiet waqt konverżazzjoni bejn il-ħbieb - kienet imqanqla mill-fatt li l-Partit tas-Soċjalisti Ewropej, PSE, ħabbar li biddel ismu biex ikun jista’ jilqa’ fi ħdanu partiti li huma għaqdiet jew movimenti li fi ħdanhom għandhom elementi li mhumiex primarjament ta’ twemmin soċjalista jew xellugi. Dan il-fatt ma tantx niżel tajjeb ma’ dawk li jemmnu fil-ħtieġa li l-partiti xellugin jibqgħu jirriflettu t-twemmin li twaqqfu għalih u mhux jaqsmu l-kamp politiku biex jakkwistaw il-poter.

Chris Cutajar: Forsi jista’ jagħmel sens li l-PSE jbiddel ismu għax fih hemm, jew jixtiequ li jissieħbu fih, organizzazzjonijiet li llum il-ġurnata huma ffurmati fuq stil tal-partit demokratiku Amerikan. Biss l-ewwel u qabel kollox hu meħtieġ li l-partiti tax-xellug fid-diversi pajjiżi ma’ jistgħux jibqgħu frammentati. Hemm ħtieġa li jingħaqdu. Il-frammentazzjoni tal-ideat wasslet biex il-partiti tal-lemin jirnex-xilhom jikkapparraw stili ta’ politika li kienu magħrufa għalihom il-partiti tax-xellug, primarjament fejn jidħlu l-oqsma tal-għajnuna soċjali.

Din il-frammentazzjoni kemm bejn il-partiti xellugin, kif ukoll fi ħdanhom, hija riżultat li l-politiċi tax-xellug ftit li xejn jilħqu kompromess. Filwaqt li għall-partiti tal-lemin dan il-kompromess huwa aktar faċli li jintlaħaq.

Ivin: Imma tinsiex li dak li jgħaqqad lix-xellug flimkien mhuwiex l-istess bħal dak li jgħaqqad lil-lemin. Id-differenza hija waħda, iżda fundamentali. Kif naraha u nifhimha jien, ix-xellug il-ħidma tiegħu hija kif se jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-kollettiv - il-ħafna, il-massa, prattikament il-ħaddiema. Dan iwassal biex iqumu diskussjonijiet u anke kunflitti dwar kif dan se jaslu għalih. Filwaqt li għal-lemin l-aktar ħaġa importanti hija kif se jagħmel biex jibqa’ fil-poter u jaqdi lil dawk il-ftit li għenuh biex jikseb dan il-poter.

Jekk irridu inkunu ftit romantiċi nistgħu ngħidu li l-lemin dak li jgħaqdu huwa l-ħsieb li l-poter jibqa‘ f’idejn il-klassi elitista u industrijali tal-pajjiż u qatt ma jaqa’ f’idejn il-‘marmalja’ popolari għax din tkun diżgrazzja kbira u taqleb l-ordni soċjali! L-ordni naturali tal-affarijiet.

Chris: Għalhekk hija ta’ tħassib li jkollok partiti tax-xellug li jagħmlu l-għan primarju tagħhom li jirbħu l-poter. Il-kilba tal-poter ma tgħinx biex wieħed iwassal il-politika tiegħu aħjar... imma taf tikkorrompi l-istess ideali li l-partit ikun twaqqaf għalih. Nieħdu dak li seħħ bir-riċessjoni ekonomika internazzjonali. Din ir-riċessjoni setgħet tintuża aktar mill-partiti tax-xellug biex tagħti kredibilità għall-politika ekonomika li tradizzjonalment huma assoċjati magħha...

Ivin: Naħseb li x-xellug ipprova ma jnaffarx lill-klassi diriġenti u industrijali tal-pajjiżi involuti... ma riedx jidher rivoluzzjonarju u li l-għan prinċipali tiegħu huwa l-protezzjoni u t-tisħiħ tal-klassi tal-ħaddiema...

Chris: Jidher li x-xellug għadu mhux konvint li l-ġlieda tal-klassi mhix se tkun qiegħda twassal biex il-ħaddiema jig-gwadanjaw minn kundizzjo-nijiet aħjar ta‘ ħajja u xogħol. Naħseb li l-partiti tax-xellug illum il-ġurnata tilfu l-ħila li jġibu lin-nies magħhom bl-istess entużjażmu li kellhom qabel għax għandek klassi diriġenti li moħħha aktar biex tiġri ’l quddiem waħdeha ħalli sservi ta‘ gvern alternattiv. Tilfu l-paċenzja li jfehmu l-iskop tal-politika tagħhom lil dawk li finalment iridu jappoġġjawhom.

Ivin: Jidher li f’dan il-ġiri biex jirbħu l-poter, il-partiti tax-xellug qiegħdin jippruvaw jirkbu fuq il-weġgħat tan-nies u jippruvaw jappellaw għall-kulħadd fis-soċjetà. Meta l-istess soċjetà mhux bilfors trid li jkollha x’taqsam mal-partiti tax-xellug...

Chris: Agħar minhekk, fi kwistjonijiet nazzjonali mbagħad jispiċċaw iżommu ’l bogħod milli jikkommettu ruħhom. Fl-istess waqt bil-mod il-mod qed ninnota li dieħla t-tendenza li l-kampanji tal-partiti tax-xellug qiegħdin jieħdu xejra anti-persunaġġ politiku partikolari li ġeneralment ikun il-kap tal-gvern jew tal-partit oppost.... bħal fil-każ tal-PD fil-konfront ta’ Berlusconi fl-Italja.

Ivin: Hekk hu... imma din hija kampanja ta’ assassinju tal-karattru politiku li jwettqu l-partiti tal-lemin... tradizzjoni li baqgħet tintiret mill-era faxxista u minn żmien fejn il-kapitalisti riedu jeqirdu lill-mexxejja tal-unions u tal-partiti soċjalisti. Din it-tip ta’ politika u kampanja barra li ma tagħmilx sens li titwettaq minn partiti xellugin... meta ssir ma tiksibx l-istess suċċess daqs kemm meta titwettaq mill-partiti tal-lemin...

Chris: Taf x’qed idejjaqni ukoll... il-fatt li bit-tama li jintrebħu ‘ħbieb’ ġodda ħafna drabi jkunu qiegħdin jintilfu dawk qodma. L-idea ta’ koalizzjoni aktar miftuħa biex iwasslu partit fil-gvern taf tagħti l-impressjoni li huwa partit miftuħ. Fir-realtà din l-illużjoni taf twassal biex dawk l-imsieħba u alleati tradizzjonali jistgħu jibdew iħossuhom skomdi jaħdmu ma’ fazzjonijiet li ma jkollhomx l-istess ideali u prinċipji tagħhom...

Ivin: Sakemm, ma jibdiex ikollok il-każ fejn l-alleati tradizzjonali jibdew ikunu mgħajra li huma ankrati mal-passat u li ma jridux jinbidlu - il-mit tal-bidla. Meta nara dan nistqarr li jekk qatt ma rnexxilhom jagħmlu xejn il-partiti tal-lemin irnexxilhom idaħħlu sens ta’ skadenza fil-politiċi tax-xellug. Jekk tinnota ħafna jsostnu li hemm bżonn li l-partiti tax-xellug jinbidlu ħalli jkunu aktar appellabbli... min minn fost id-diriġenti tal-partiti tax-xellug jemmen din l-istqarrija jispiċċa biex jibda moviment ta’ aġġornament li ħafna drabi jwassal biex il-partit involut jinqata’ mill-prinċipji li jiffurmaw il-pedamenti tal-eżistenza tiegħu.

Għal ħafna minn dawn id-diriġenti l-‘prinċipji m‘għandekx xi tridhom.’ Imma ngħid jien partit li jiċħad il-prinċipji tiegħu... biex jappella aktar għall-votanti u jirbaħ il-poter... jibqa’ l-istess partit li l-imsieħba eżistenti jkunu ssieħbu fih minħabba li kienu jaqblu ma’ dawk l-istess prinċipji? Ċertament li le!

Chris: Semmejt l-allenazi. Ma rridux ninsew li l-akbar alleati tal-partiti tax-xellug - tista’ tgħid mad-dinja kollha - huma l-unions tal-ħaddiema. B’dak li qed nara li qed isir illum ikun aħjar li l-unions ma jidħlux f’alleanzi fuq bażi politika mħaddna imma fuq temi speċifiċi. L-istorja għallmitna li meta l-unions allineaw ruħhom - b’mod sħiħ - ma’ partiti politiċi, spiċċaw biex servew ta’ bandla politika u anke maħnuqa.

Teżisti differenza kbira bejn l-għanijiet tal-partiti politiċi, inklużi dawk tax-xellug, u l-unions. Filwaqt li l-partit fil-gvern - jekk jagħmel kompromess u jiċħad il-prinċipji tiegħu - jispiċċa jkollu jċedi għall-pressjoni li jagħmlulu dawk li f’idejhom għandhom il-kapital... il-unions l-uniku għan u rabta tagħhom hija mal-imsieħba li l-għajxien tagħhom jiddependi biss mill-paga u salarju li jirċievu talli ta’ kuljum jagħtu t-tmien sigħat xogħol - jew aktar.

Ivin: Fi ftit kliem, jekk kumpanija trid li jkollha titjib fil-produzzjoni u qligħ tagħha trid tara li jkun hemm titjib fil-ħlasijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema li timpjega... dan ċertament jista‘ jinkiseb biss permezz tal-ħidma tal-unions u ta’ ħadd aktar.

Chris: Hekk hu. Il-unions u l-partiti jridu jkunu indipendenti minn xulxin... Nemmen ukoll iżda li l-unions għandhom kontribut kbir x’jagħtu lill-politika. Dan minħabba l-ħidma tagħhom fost id-diversi kategoriji ta’ ħaddiema li twassalhom biex b’mod mill-aktar qrib ikunu jafu l-ħtiġiet u d-dwejjaq tal-poplu.

Ivin: Anzi kategoriji ta’ ħaddiema semmejt... għax f’dawn l-aħħar snin saret moda li tagħmel distinzjoni bejn il-ħaddiema... jtuhom nomenklatura differenti biex għat-taparsi mhumiex ħaddiema bħall-oħrajn! Insomma dan huwa argument li nħalluh għal aktar ’il quddiem.

Meta l-barri taqbdu minn Denbu!




Ippubblikat f'It-Torca, 19.07.09

Li kieku Gonzi kellu jkun toreador f’arena f’Madrid, kieku l- barrin ilhom li għollewh m’għola s-sema minn qalzietu. F’qagħda fejn il-pajjiż qed jaffaċċja dejn qawwi, dħul ta’ flus ħafna inqas milli ħruġ u nuqqas ta’ esportazzjoni. F’qagħda fejn ir-riċessjoni ekonomika suppost li żammitna ffukati biex naraw li l-ebda ħaddiem ma jitlef xogħolu, u li l-kwalità tal-għajxien tal-istess ħaddiema u l-familji tagħhom jitjiebu, it-tnedija ta’ proġett ’l hemm u proġett ’l hawn ma jipprovdu l-ebda soluzzjoni għal dawn l-isfidi.

Għandna gvern minoritarju li ħsiebu biex jittawwal bit-tromba biex iħares lejn l-istilel li qiegħdin fl-ispazju, u jinsa li eżatt ma’ saqajh għandu nies li qiegħdin jaffaċċjaw problemi li qatt ma ffaċċjaw qabel. F’daq-qa waħda b’pompa li ma bħalha għażel li jaljena lill-poplu bil-proġett ta’ Bieb il-Belt, iddisinjat mill-aqwa fost l-aħjar, Renzo Piano. Bħal dak li qallu lanqas għoxrin arkitett Malti ma kellhom il-ħila jgħaq-qdu disinn ta’ kwalità għal Bieb il-Belt.

Dak li pjanalna Piano

Ħlifna li kull spazju miftuħ li jkollna noħonquh bil-bini. Fil-pjani ta’ Piano Pjazza Ħel-sien ma tibqax ħielsa mill-bini. Il-Parlament jiġi eżatt minn flokha, b’saqaf li jfakkrek f’ħabs. Il-Parlament tagħna jista’ jibqa’ fejn hu u nibdlulu l-għamara li llum nistgħu ngħidu li għamlitha żmienha.

X’differenza mill-pjazza li għandek fi Brussell fil-Belġju, fejn malli tkun fiha ddawwar rasek u titpaxxa bil-meravilji tal-arkitettura. Dawn m’huma xejn aktar minn spejjeż żejda li pajjiżna ma jiflaħx għalihom għax m’għandux flus, u lanqas li kieku kellu ma jkollu għal-fejn jidħol għalihom.

Fi ħsieb Piano Bieb il-Belt ikun bla saqaf. Nixtieq inkun naf jekk din l-għażla saritx wara xi studju rigward l-im-patt fuq iċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku fil-Belt. Pont forma ta’ arkata kien ikun prattiku għall-esiġenzi tat-traffiku fil-Belt u fl-istess ħin jikkumplimenta l-ħsieb ta’ Piano. Ir-re-sidenti li joqogħdu lejn il-ġnien Hastings żgur li se tinħolqilhom problema bil-bieb kif pjanat.

Inħaseb dwar x’se jsir eżatt malli tidħol fil-Belt, iżda jin-ħtiġilna naħsbu wkoll naraw x’se nagħmlu eżatt qabel ma tidħol fil-Belt. Il-karozzi tal-linja żgur li jneħħu ħafna mill-viżibilità tad-daħla fil-Belt, u anke t-taxis li jipparkjaw hemmhekk. Nemmen li ma’ pjan kbir bħal dan jinħtieġ li l-karozzi tal-linja jibdew jip-parkjaw taħt l-art mal-wasla tagħhom fil-Belt.

B’hekk tinħoloq sistema fejn min jistenna tal-linja jistenniha eżatt fejn tistenna llum, għal-kemm jinħolqu tined mad-dawra għall-ilqugħ mix-xemx u x-xita, u l-karozzi tal-linja jibdew jitilgħu minn taħt l-art eżatt qabel ma jkun se jibda l-vjaġġ mill-Belt. B’hekk il-pjazza tkun iktar miftuħa u l-funtana tat-Tritoni, li ħaqqha tiswija sew, tinqala’ aktar. Fil-pjazza jkun hemm ħafna aktar sens ta’ spazju. Dan kollu jkun jinħtieġlu jsir b’konsultazzjoni ma’ tal-ħwienet li hemm mad-dawra biex l-għajxien tagħhom ikun salvagwardjat.

Riġenerazzjoni tal-qagħda soċjali

It-tlellix jgħammex l-għajn għal ftit. Biex tirriġenera Belt trid tagħti kas li tolqot l-aspetti kollha tagħha. L-infrastruttura hija importanti, u infatti jekk iddur dawra mal-Belt tara kif hemm ħafna bini żdingat u mitluq li jagħmel għajb għal djar oħra li huma miżmumin pinna. Jekk il-bini tal-Belt huwa mportanti, il-qagħda soċjali ta’ dawk li jgħixu fil-Belt hija importanti iżjed. Żewġt iĦdud ilu din il-gaz-zetta kienet l-uniku waħda li tat prominenza lil dan il-fattur.

Barra li nagħtu kas li l-bini jinżamm sew mill-faċċata, biex insaħħu l-patrimonju Malti għall-Maltin u għat-turisti li jżuruna, irridu naraw li wara dawk il-faċċati jkun hemm familji li qiegħdin jgħixu mgħammra b’dak kollu li jinħtieġu.

B’dan infisser li, per eżem-pju, familja bit-tfal irridu na-raw li tkun taffordja kompjuter u l-internet u tkun taf kif tużahom sewwa, u anzjana li toqgħod weħidha għandna naraw li ma tmutx bis-sħana f’xhur bħal dawn. Jien li jkolli x-xorti nżur il-Belt ta’ spiss ninduna kemm sfortunamatament għad għandna nies jgħixu ġo gabubi jew inkella f’postijiet li huma nieqsa ħafna mill-aċċessibilità minħabba nuqqas ta’ lifts u turġien li titbażwar titlagħhom. Ċert li problemi bħal dawn ma ssibhomx biss fil-Belt.

Waħda mill-ħasriet hija li f’uħud minn dawn il-binjiet jinġemgħu ħafna problemi ta’ familji differenti, u dan flok jgħin biex l-isfidi jkunu mir-buħa, tinħoloq klima fejn il-problemi aktar ikunu biċ-ċans li jiżdiedu. Riġenerazzjoni tal-Belt Valletta tfisser ukoll li nies bi problemi soċjali ma titfagħhomx ma’ xulxin biex tispiċċa tiffermenta l-istess problemi. Min ikun qela’ bajda rridu ngħinuh biex ma jaqlix tnejn!

80 miljun

Li ssemmi l-miljuni f’Malta, qisek qed issemmi l-għexieren. Isemmulna l-miljuni li beħsiebhom jonfqu biex inessulna l-miljuni ta’ dejn li għadna ma fdejniex. Għandna gvern mino-ritarju li jippoża li jaf imexxi, iżda fil-verità lanqas għandu l-ħiliet bażiċi biex jagħmel dan. Kellu rapport fl-2006 li qallu ċar u tond li jekk mhux se jagħmel xi ħaġa rigward il-power stations se jispiċċa jaf-faċċja problemi kbar.

Wasal it-Tlieta 16 ta’ Ġunju u pajjiżna taritlu s-salvavita. Tal-pastizzi ma ħmihomx, il-fabbriki bil-makni wieqfa, il-fridges u l-freezers tal-ħwienet u ta’ djarna kollha mitfija u pajjiżna rnexxielu jitlef mill-inqas tmenin miljun ewro. F’ġurnata waħda l-gvern tal-minoranza rnexxielu jtellef lil pajjiżna daqs kemm beħsiebu jonfoq għal Bieb il-Belt. Fl-istess waqt dan il-gvern mino-ritarju jinsisti li l-kontijiet esaġerati tad-dawl u l-ilma ma jistax jissussidjahom aktar. Flusna qiegħdin għand l-iben il-ħali!

Madanakollu la Austin Gatt u lanqas id-dixxiplu tiegħu fl-arroganza, iċ-Chairman tal-Enemalta Alex Tranter ma rriżenjaw wara li f’pajjiżna nqata’ d-dawl ħesrem fl-aktar ħinijiet importanti tal-ġurnata. Hawnhekk m’aħniex qiegħdin l-Ingilterra. Ara dawk malli ħarġulhom rapporti li l-mem-bri parlamentari għamlu kap-riċċi minn fuq dahar il-poplu, dawn irriżenjaw u wegħdu li ma jerġgħux joħorġu għall-politika.

Jekk żball ta’ tmenin miljun ewro m’huwiex kbir biżżejjed biex tirriżenja, allura l-ebda ħaddiem Malti li jinqabad jiżbalja fuq flus ma ħaqqu jintalab jirriżenja. U mbagħad irridu nilagħbuha tal-Ewropej. Kemm għadna ’l bogħod!

Il-Menqa u stejjer oħra

Austin Gatt ħareġ jgħidilna bi proġett ġdid għall-Menqa. Ħa jkollna l-jottijiet ipparkjati, u se jkollna l-uffiċini ġodda. Qalilna li b’hekk ħa ngħollu l-valur tal-proprjetà fil-madwar. Lill-Marsin ngħidilhom biex ma jgħoddux il-flieles qabel ma jfaqqsu għax disinji naraw kemm trid, iżda xogħol imwet-taq kif imwiegħed naraw bil-ftit.

F’daqqa waħda l-gvern tal-minoranza reġa’ qabad iniedi l-proġetti ma’ kull nifs li jieħu. Ikun aħjar għal Gatt li flok iniedi proġett fil-Menqa, jgħidilna bis-serjetà x’se jsir minn Smart City. Dan qed ngħidu għax donnu li l-proġett li se jsir ma’ dawk ta’ Dubai nixef daqs is-Sajf li għaddejjin minnu.

In-nies tal-Kottonera kienu mwiegħda li se jsibu x-xogħ-lijiet f’din il-Belt Smart u anke kienu mwegħida li se jilbsu ċ-ċoff biex jilqgħu l-klijenti fil-baċir. Meta n-nies tal-Kottonera toħroġ għal passiġġata tara l-baċir numru wieħed agħar minn ċimiterju, għax ċimiterju għallinqas għandu l-valur li jżomm fostu l-għeżież li ħallewna.

Il-baċir numru wieħed huwa mejjet, mitluq u żdingat, u flok il-wejters bis-sarvetta fuq idhom u bit-tilar fuq l-id l-oħra, kif kienu wrewna fid-disinji, kull ma tista’ tara hija xi qattusa tiela’ ma’ ħitan mimlija nugrufun. Li ma kienx għall-film Munich ta’ Steven Spielberg il-baċir numru wieħed ma kien jintuża għal xejn mindu kien jilqa’ fostu l-bastimenti li kienu jissewwew b’tant ħila mill-ħaddiema tat-Tarzna. Jekk il-PN irid jakkwista l-fiduċja li qed jitlef, dan żgur mhux se jagħmlu billi jniedi żewġ proġetti kull ġimgħa. Drajnihom dar-reċti!

Partit Laburista; tongħosx!

F’din l-aħħar sena il-PL kont qed narah aktar ċert minn dak li jrid jagħmel. Nispera li l-vantaġġ ta’ 35,000 vot ma jgħoddux bħala kumdità, iżda minflok jgħoddu bħala res-ponsabbiltà. Wara t-tnedija tal-proġett Piano ħareġ stqarrija fjakka intenzjonata li ma turta lil ħadd. Aċċetta l-fatt li l-gvern tal-minoranza ma kkon-sultax miegħu.

X’jiġifieri ma jikkonsultax ma’ partit li tilef l-aħħar elezzjoni b’770 vot? X’jiġifieri ma jikkonsultax ma’ partit li huwa b’ċans tajjeb li erba’ snin oħra jkun fil-gvern? F’din il-kwistjoni l-PL ħareġ bħala partit bla snien. Dak li ma jixraqlux ikun aċċettat, m’għandu jkun aċċettat qatt. Il-fatt li l-proġett iddisinjah Piano, ma jfissirx li ma tistax tesprimi ideat ċari dwaru!

It-toreador

Jekk Gonzi għandu par idejn sodi, il-barri jinħtieġlu jaqbdu minn qrunu. L-affarijiet li jixir-qilhom ikunu l-ewwel għandna npoġġuhom fl-ewwel post. Flus il-poplu għandhom jin-tużaw għall-akbar ħtiġijiet li għandu l-poplu. Il-ħtieġa li l-fuel tal-karozza u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma fi djarna jkunu irħas u l-ħtieġa li l-paga sservik mhux biss sal-aħħar tax-xahar iżda anke biex tippjana fit-tul, żgur jiġu qabel kwalunkwe pjan imfassal mill-oliġarkija Maltija.

Dawk li jinsabu fuq nett iridu jintebħu li l-pjani tagħhom jitwettqu bis-saħħa ta’ dawk li qiegħdin jinżamm u ’l isfel! Malta hija mxennqa għal politiċi li lesti bis-serjetà jaħdmu ħalli min qed jinżamm ’l isfel ma jibqax jingħata l-loppju mingħand dawk li baqgħu fuq!

Wednesday, June 17, 2009

Gvern tal-Minoranza u Partit li ssahhah gmielu



Artiklu ppubblikat f' It-Torca tal-Hadd 14 ta' Gunju, 2009.

Il-Gvern li ghandna gie elett mill-minoranza tal-poplu. 49.33% tal-elettorat riedu li jkun il-PN li jmexxi l-Gvern. Nistghu nghidu li r-rizultat ta’ Marzu 2008 ta s-sinjal li l-maggoranza tal-Maltin u l-Ghawdxin riedu bidla fil-Gvern, izda ma emmnux bis-shih li l-Partit Laburista (PL) seta’ jwettaq din il-bidla. Wasal is-Sibt 6 ta’ Gunju u l-maggoranza assoluta tal-poplu wriet li bl-istil tat-tmexxija ta’ Muscat fit-tmun tal-PL issa dan il- Partit qed jitwemmen bis-shih li jista’ jgib il-bidla. Il-Partit tal-minoranza gab l-appogg ta’ 40.49% tal-elettorat biex ikompli jnaqqas l-appogg.

Tmexxija

It-tmexxija ta’ Muscat wriet ruhha li lesta tilqa’ fi hdanha nies li ghandhom it-twemmin taghhom ankrat fl-era tat-tmexxija tal-Perit Mintoff. Lesta tilqa’ wkoll lil dawk li wrew u jista’ jkun li ghadhom juru thassib dwar is-shubija taghna fl-Unjoni Ewropea. Lesta wkoll li tigri wara dawk in-nies li ghalkemm m’ghandhomx kultura ta’ hidma fi hdan il-PL, iservu ta’ kalamita kbira ta’ voti minn dawk li jsibuha bi tqila biex jivvotaw lill-PL. B’hekk l-ghajta li “Hadd m’hu ghar-rimi” qed tithaddem fil-prattika u mhux tinghad biss bil-paroli.

Certu kritika li qabel kienet issir minn barra l-PL u kellha mnejn taghmillu l-hsara, issa ssir minn hdanu biex flok ixxekklu, isservi biex issahhu. Id-diskors politiku ta’ Muscat huwa aktar frisk, imur mill-ewwel ghall-punt, u jfisser b’mod aktar car dak li jemmen fih. Qieghed jaghti kaz ta’ minoranzi fis-socjeta’ taghna, bhalma huma l-persuni omosesswali, u lest jikxef il-karti aktar minn haddiehor rigward temi bhad-divorzju. Fuq kollox huwa diskors pozittiv u joffri tama. L-ghajta li se jisbah jum gdid ghal pajjizna tista’ sservina ta’ ezempju car.

Din il-kampanja li ghadha kemm ghaddiet serviet lill-PL biex jinqala’ mill-vizzju tar-reazzjoni. Politika li tagixxi turi ruhha b’aktar qawwa u taghti lin-nies fiducja. Jikkonvinci biss min ikun konvint minnu nnifsu. Partit ghandu jkun bhal tren. L-ewwel ghandu jara x’binarji se jimxi fuqhom, jidentifika fejn hu sejjer u malli jkun deciz fejn irid jasal jaqbad miexi ghal ghonq it-triq u jtella’ kemm jiflah nies mieghu fil-vaguni sakemm jasal. Din hija l-politika tal-azzjoni li tghid “Naf kif nasal!” u mhux “Jista’ jkun li jwassluni!”.

Kwestjonijiet midfuna

It-tieni rebha tal-PL ghas-siggijiet Maltin fil-Parlament Ewropew thalli lill-Partit Nazzjonalista (PN) b’bicca xoghol difficli quddiemu. Il-poplu ghal darbtejn wara xulxin wera fiducja akbar fil-PL milli fil-PN meta gie biex ghazel il-Membri Parlamentari Ewropej (MPE) li ghandhom jirraprezentawh. Il-Prim Ministru Gonzi u dawk tal-kor tieghu ghazlu li jibqghu ipingu lill-PL bhala wiehed li ghadu mhux konvint rigward l-UE, u allura b’dan ir-ragunar l-ghazla awtomatika kellha tmur fuq il-PN. Dan id-diskors skada darba ghal dejjem mar-rebha ta’ 54.77% tal-PL. Ikun zball kbir ghall-PN li jaghzel li jkompli jdoqq din id-diska, ghaliex il-PL ha l-fiducja tal-maggoranza meta s-shubija kienet ghadha friska u sahhah il-fiducja meta kellu hames snin ta’ hidma fil-Parlament Ewropew warajh.

Karbiet bhal ta’ Simon Busuttil li l-MPE Laburisti ma ridux jahdmu id f’id mieghu u ma’ David Casa f’dawn l-ahhar hames snin, huma karbiet tat-tfal iz-zghar u ftit jitwemmnu meta johorgu minn bniedem li jinhass wisq allergiku ghall-verita’. Il-PN, fil-qaghda li jinsab illum aktar jitwemmen jekk jghid li lest li joffri idu, milli jekk jibqa’ jghid li jrid lil haddiehor joffri jdejh. Il-PN fil-Gvern ghandu bzonn qabza kbira fil-kwalita’ fejn tidhol tmexxija. Minn partit li fl-2003 kien lest li jqabbel lil Malta mal-aqwa fl-Ewropa, ghandna naraw li tithaddem politika li ggibna l-aqwa. Li Dr.Gonzi jiggustifika l-ghazla tal-impjant li jahdem bil-Heavy Fuel Oil ghaliex Korsika wkoll ghazlu li jaghmlu dan, juru li dak li n-nies thallew jistennew, m’huwiex dak li n-nies qed jinghataw. Juri wkoll li l-ghazla qed tmur ghal dak li huwa meqjus l-anqas tajjeb fl-Ewropa u mhux l-aktar tajjeb kif konna nghatajna x’nifhmu.

Haga ohra li difficli wisq biex tifhimha hija ghaliex il-PN beda jipprova jispjega li l-kampanja tieghu hija bbazata fuq temi Ewropej u mhux dawk ta’ Pajjizna. Din difficli tifhimha. Ghax il-logika tghidlek li la Malta qieghda fl-UE it-temi ta’ pajjizna huma wkoll Ewropej. Nahseb illi l-PN kellu jkun l-ewwel partit f’Malta li jintebah li dak li jigri gewwa Sannat jew Rahal il-Gdid ikun qed jigri wkoll fl-Unjoni Ewropea. In-nies kollha madwar l-Ewropa jaghtu l-akbar importanza lit-temi li jolqtu lilhom direttament. M’ghandix ghalfejn nidhol fil-mertu li l-PN prova jiffranka billi jahrab minn dawn it-temi!

Kompjacenza

L-ispirtu ta’ Muscat wara t-thabbira tar-rebha mill-ewwel ingrana ruhu biex jipprova jgib lejh lil dawk li gurnata qabel jew ghazlu li ma jivvotawx jew inkella ivvotaw partit iehor flok il-PL. Dan huwa spirtu tajjeb, deciz li jipprova jidhol f’kull dar Maltija jew Ghawdxija. Jekk sa sena u nofs ilu l-prezenza tal-PL fuq l-internet kienet fqira fejn tal-PN, illum tinhass li mhux talli lahqet il-livelli tal-PN izda jista’ jkun li qabzithom. Facebook, Youtube u sahansitra Twitter saru spazji komuni ghall-PL. Il-website tal-PL ghal din il-kampanja ukoll tat spazju tajjeb ghall-elettur li jaghzel li jixtarr l-ghazliet li l-poltici kienu qed joffrulu. Il-kandidati, ghalkemm tuzzana, inghataw spiss l-ispazji taghhom kemm fil-materjal stampat u anke fil-prezenza tal-PL fil-lokalitajiet.

L-aghar haga li jista’ jaghzel il-PL hija it-triq tal-kompjacenza. X’inhi dil-kompjacenza? Li kullhadd jibda jitbissem lil xulxin fid-dar centrali. Kulhadd ihoss kollox sejjer tajjeb u tinholoq klima fejn ma jkunx hemm lok ghal kritika biex l-istess partit isahhah lilu nnifsu. L-amministrazzjoni tal-PL baghtet messaggi li juru bic-car li dan mhux se jkun qed isir. Jekk il-kompjacenza terga’ ttella’ rasha fil-PL, inkunu nistghu nghidu li l-partit ikun mexa pass ‘l quddiem biex jintefa’ tnejn lura.

Investiment

Li jkollok 35,000 vot aktar mill-avversarju principali tieghek ifisser li n-nies ghandha fiducja fl-istil ta’ politika li qed tmexxi. Li taghmel kampanja tajba u tikseb il-fiducja tan-nies hija bhal poezija. Kollox jinqara sabih u kollox idoqq ghall-widna waqt il-qari ta’ poezija. X’hin jasal il-mument biex tmexxi, il-poezija ssir proza u l-versi jsiru itwal u difficli biex taqrahom. Ghalhekk il-PL ghandu minn issa stess ikompli jinvesti b’aktar qawwa sabiex meta jigi l-mument li jinghata l-makna tal-Gvern f’idejh inehhi l-bsaten minn gor-roti u jkollu nies kapaci li jghinu sabiex l-ingranaggi tal-makna jizolqu helu helu go xulxin u mhux jitkissru.

Fl-2013 il-PN se jkun ilu jigverna f’pajjizna ghal 26 sena nieqes 22 xahar. M’hemmx ghalfejn nikkummenta li l-gheruq tieghu se jkunu ankrati fil-blat. B’hekk ghajnejn il-PL ghandhom iharsu lil hinn mir-rebha tal-elezzjoni generali. Dik hija biss il-wasla fil-quccata tal-muntanja. Trid issir hidma qawwija biex hadd ma jkollu l-hila jinbotta lill-PL minn fuq il-quccata. Din it-tip ta’ hidma diga’ rajniha ssir mis-Segretarjat Internazzjonali tal-PL li tat tahrig fil-prattika tad-Diplomazija u rigward Fondi tal-UE. Id-Deputat Mexxej tal-PL Dr. Abela, f’intervista kien qal li hemm lok fejn dan it-tahrig jitwessa’ wkoll f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ amministrazzjoni pubblika, il-qasam turistiku u l-ispecjalizzazzjoni fil-harsien tal-ambjent. Il-PL jaghmel sew li jimbarka bis-serjeta’ fuq tahrig ta’ din il-kwalita’. B’hekk ikun jista’ jinvesti f’nies li lesti jahdmu mieghu u mhux bilfors fi hdanu. Importanti ferm li jkun hemm involviment shih taz-zghazagh f’dan it-tip ta’ tahrig. B’hekk ikun hawn imsiemer godda li lesti jibdlu lill-qodma. Dan il-hsieb huwa logiku, ghaliex tkun hasra kbira jekk wara li poplu jaghtik il-fiducja biex issuq il-karozza ikollok makna li lill-karozza ma ccaqlaqha qatt.

Taghlimiet

B’din l-elezzjoni li ghaddiet wiehed jifhem bic-car li meta n-nies thossha rapprezentata il-vot taghha thaddmu kif thoss li jkun l-ahjar. Il-mit li l-PN ma jista’ qatt ikun tellief, li spiss idur fil-kuriduri ta’ hafna mhuh ghandu jitkisser. Ikun tajjeb li dawn iz-zewg taghlimiet jinghaqdu mat-taghlima ta’ Marzu 2008 li kienet tghid li “Hadd qatt ma rebah elezzjoni b’mod awtomatiku”. Il-PN huwa certament partit kapaci hafna u minnu wiehed jista’ jislet taghlimiet kbar. Jekk hemm taghlima li l-Partit Nazzjonalista ghandu jiehu mill-elezzjonijiet li ghaddew hija dik li jitghallem kif ikun tellief!