Saturday, November 15, 2008

Stronger Trade Unionism

The demonstration which took place on Friday was surely historical. Having twenty trade unions joining for one cause is a great sign of historical maturity for Maltese trade unionism. Now that trade unions are on the tide of unity, they should grab the opportunity to form a united front. This will be beneficial for all the working categories in Malta.

Stronger will be the voice of trade unions within the respective forums, be they on a national or on a European level. Their concerns will start to be taken more seriously by the government, and those who hold the means of capital production, namely the FOI and the Chamber of Commerce (now united as “The Chamber”). They will start finding it harder to impose tough measures, weakening the workers’ quality of life.

Having trade unionism represented by one confederation will mean that rightist workers will have their struggles unified with those of the leftists, and vice versa. This will be tantamount to a great leap towards a new era of trade unionism in Malta, where bipartite polarity will not affect the unity of workers anymore. The ruling elite will surely lessen its arrogance in front of a united trade unionist front.

Tuesday, November 11, 2008

Il-Kapitalizmu Neo-Liberali fi Krizi


Il-Kapitaliżmu Neo-Liberali qiegħed stendut ma’ l-art. Ħa daqqa ta’ ponn ġo wiċċu, u did-darba mhux se tkun daqshekk faċli għalih biex jirkupra minnha. Dawk li fl-aħħar għoxrin-tletin sena tant priedkaw li s-sistemi finanzjarji m’għandhomx ikunu mgħobbija b’ħafna regoli, u li l-istat għandu jinżamm fil-ġenb jekk jista’ jkun f’kollox, issa qiegħdin ibiddlu l-kredu tagħhom. Dan qed jagħmluh sabiex bil-flus miġbura mit-taxxi miġjuba mill-għaraq tal-ħaddiema iħallu s-sistema kapitalista tiffanga f’ikel illi qatt u qatt ma jixirqilha tiekol minnu. Issa jmiss naraw kemm ix-Xellug lest jingħaqad fl-irkejjen kollha tad-dinja, (speċjalment tal-Majjistral Dinji) biex il-flus li ngħataw lill-Gvernijiet għall-edukazzjoni tat-tfal, l-għixien tajjeb tal-pensjonanti, għall-postijiet xierqa fejn inkunu nistgħu ngħixu u nirrikrejaw rwieħna, u għat-tisħiħ tan-nisġa soċjali li aħna parti minna, ma jispiċċawx jintnefqu fit-tisħiħ ta’ sistema li ma tafx iġġib xejn aktar minn inugwaljanzi soċjali u nuqqas ta’ demokrazija ekonomika.

Intervenzjoniżmu

Il-pijunieri tan-neo-liberiżmu li fil-passat tant saħqu u ħalfu li l-istat għandu jħalli s-suq isuq indunaw li dan għamluh biex idaħħlu is-swieq finanzjarji dritt ġo ħajt. L-Istati Uniti iddeċidiet li talloka 700 biljun dollaru Amerikan mit-Teżor tagħha biex tinvesti direttament fil-banek Amerikani. Dan se jkun qed isir għall-ewwel darba mill-‘Great Depression’ (1929 - ≈1939) lil hawn. Mela għandna sitwazzjoni fejn min mexxa u qed imexxi l-banek fl-Istati Uniti b’tali mod li neffaħ kemm felaħ il-bużżieqa finanzjarja u dgħajjef il-lagstu tagħha sakemm ċarrtu, issa qed ikun mgħejjun biex jerġa’ jqum fuq saqajh permezz tal-flus imħallsa mit-taxxi taċ-ċittadin komuni. L-Ingilterra qed taħsibha bis-serjeta’ tinnazzjonalizzax b’mod parzjali tlieta mill-erbga’ banek il-kbar fil-pajjiż.

Pajjiżi kbar li ma humiex parti mill-Kapitaliżmu Anglo-Amerikan mhux qed jagħmlu għajb għal dan. Franza se tagħmel self garantit mill-istat lill-banek ta’ €320 biljun (bn) u l-Ġermanja se tagħmel dan billi tiggarantixxi s-self bejn il-banek infushom. Franza allokat €40 bn biex issaħħaħ l-kapital tal-banek fl-inkwiet u l-Ġermanja allokat €80 bn għal dan il-għan. Min ħaddem sistemi ekonomiċi u finanzjarji li fil-passat riċenti dejjem saħqu li irqaq ma jkun il-gvern aktar jitħaxxen il-ġid, issa għall-kuntrarju mhux talli mhux qed jaraw l-istat bħala t-tabib tas-swieq finanzjarji imma qed jirrikonoxxu lill-istat bħala l-uniku salvatur ta’ din is-sitwazzjoni.

Prova ta’ kemm ir-regolamentazzjoni finanzjarja stretta u l-prudenza bankarja taf isservi ta’ ġid tawħilna l-iSpanjoli permezz tal-Bank Ċentrali tagħhom. Dawn, meta pparagunati ma’ Franza, il-Ġermanja u l-Ingilterra ħadu daqqa ħafna iżgħar. Imn’alla seħħ dan, meta tqis l-uġigħ ekonomiku li għaddejja minnu Spanja.

Popli mqarrqa

Il-Kapitaliżmu Neo-Liberali, li jaf lil Reagan u Thatcher fil-Ġnien tal-Eden tiegħu, ra kif għamel biex daħħal settur ħafna aktar wiesa’ mill-klassi tan-nofs u ta’ taħt biex jinvestu f’fondi u f’isħma varji. Issa din il-politika qed tagħti l-akbar diżappunt lil min għamel dan b’rieda tajba li jkabbar il-ġid tal-familja tiegħu u biex joffri sigurta’ finanzjarja akbar lilu nnifsu. Mhux talli qed itir mar-riħ dak kollu li ġie prospettat għal dawn l-investimenti, talli parti mill-flus imħallsa f’taxxi mill-istess individwi qed imorru biex isalvaw lill-istess banek li daħħlu s-swieq finanzjarji u l-investimenti ta’ dawn l-investituri ż-żgħar ġol-ħajt.

Kapitaliżmu u Instabilita’

L-instabilita’ u l-inċertezza li rnexxielu joħloq il-kapitaliżmu fil-ħajjiet tan-nies matul dawn l-aħħar għoxrin sena dejjem ġiet imraqqa’ permezz ta’ interventi fis-swieq minn dawk li akkost ta’ kollox ma jridux jaraw il-kapitaliżmu jikkrolla. It-Teżor ta’ l-Istati Uniti u l-Bank Federali tar-Riserva, il-Fond Monetarju Internazzjonali u dawk li jappoġġjawhom fil-Ġappun u l-Ewropa tal-Punent dejjem kienu lesti bis-‘salva uomo’ f’idejhom biex jintervjenu f’każ ta’ riskju ta’ xi għarqa. Dan seħħ fl-;1987 (Stock Market Plunge), 1989 (Savings-and-Loan Collapse), 1997 (East-Asian Financial Fall), 1998 (Long Term Capital Management Mismanagement), 2001-2002 (Enron). Dan ifisser li l-akbar fortizzi tal-kapitaliżmu jużaw lill-istat daqs li kieku kien xi ‘toilet’.

Ix-Xellug għal politika stabbli

Ix-Xellug minn flok jinkoraġġixxi l-ispekulazzjoni fis-swieq u jara li l-profitti ikun l-ewwel prijorita’ tiegħu, iqis li l-attivita’ ekonomika produttiva tista’ toffri l-ġid kemm jista’ jkun b’mod indaqs. Ix-Xelluġ jara li l-interventi ta’ l-istat ikunu kontinwi sabiex ikun hemm armonija fis-soċjeta’ b’mod kontinwu, fejn;

- l-istat jinnazzjonalizza setturi b'importanza strateġika, jiddefendi s-servizzi pubbliċi, u jinkoraġġixxi koperattivi tal-ħaddiema

- il-ħtiġijiet bażiċi tan-nies (enerġija, housing, edukazzjoni, trasport, rikreazzjoni u ambjent xieraq) ikunu protetti mill-istat u għalhekk ma jkunux mitfugħin għall-irkant u l-ispekulazzjoni fis-suq

- l-intrapriżi żgħar u medji nkoraġġiti li jiġġeneraw il-profitt u l-impjiegi sabiex tkun prevenuta l-monopolizzazzjoni minn intrapriżi kbar f’setturi varji ta’ l-ekonomija

- l-industrija titħalla tkun produttiva u profittabbli mingħajr ma tkun ta’ l-ebda theddida għas-saħħa u għal kwalita’ ta’ l-għixien tal-ħaddiema

- ikun hemm ir-rieda li tinżamm armonija bejn min iħaddem, it-trejdjunjins u l-istat sabiex l-ekonomija ma tingħatax skossi mhux meħtieġa.

- il-ħaddiema jkunu meqjusa bħala l-protagonisti ta’ l-ekonomija u mhux l-akbar vittma potenzjali ta’ l-ekonomija

Ix-Xellug għandu jikseb lura l-kunfidenza li kellu qabel fil-mod kif kien jiġġieled l-inugwaljanza fis-soċjeta’ u jagħti poteri ekonomiċi lill-klassijiet varji ta’ ħaddiema mingħajr ebda ingann. Dan għandu jagħmlu b’lingwaġġ relevanti għall-fenomeni tas-soċjetajiet ta’ żminijietna. F’din il-kwistjoni reġa’ ħareġ biċ-ċar li x-Xellug f’idejh għandu soluzzjonijiet dejjiema u m’għandu xejn għalxhiex iħammar wiċċu milli jxandar dawk li dejjem kienu u jibqgħu il-prinċipji inaljenabbli tiegħu.

Jekk jagħmel dan, ix-Xellug ikun qed jaħdem biex iħalli l-Kapitaliżmu stendut ma’ l-art u l-għaraq tal-ħaddiema u l-familji jkunu msarrfa fi kwalita’ ta’ għixien aħjar.