Sunday, June 22, 2008

L-Ghaqda fost il-Haddiema


Ninnota li ghalkemm bhalissa l-haddiema qed jaffaccjaw hafna tbatijiet, fejn ikollhom jidhlu f’kompromessi biex ma jitkeccewx mix-xoghol; min ihaddem dejjem qieghed jilghabha bhala dak li ghandu l-anqas x’jitlef. Dawn huma l-veritajiet li jipprovaw ipoggulna f’mohhna, biex ahna nkunu bhal dak l-ghasfur ibbalzmat f’armarju, jew bhal pazjent illuppjat qabel operazzjoni. Mur ghidilhom li jekk kull haddiem jiddeciedi li ghada ma jmurx ghax-xoghol, l-attivita’ tal-pajjiz tigi migjuba kwazi fix-xejn.

L-Unjins

Wasal iz-zmien li f’dan il-pajjiz l-kuncett ta’ solidarjeta’ fost il-haddiema ingibuh wiehed mill-oghla valuri taghna. Il-haddiem ma jistax jibqa’ jqis ruhu bhala forza maghmula minn bicciet. Ma jistax jibqa’ jkollna Unjin ghal kull tip ta’ mpjieg jew professjoni. Ezempju car huwa dak tal-qasma fir-rapprezentazzjoni ta’ l-infermiera, in-nursing aides u l-health careworkers. Din hija hasra kbira. Hasra, ghaliex li kieku dawn jaqghu taht konfederazzjoni ta’ trejdjuninjins ikollhom is-sahha li jinnegozjaw b’wicchom minn quddiem, bil-bosta aktar milli jaghmlu llum. Biex tkompli tghaxxaq l-unjins li jirraprezentaw lin-Nursing Aides spiss jibaghtu memoranda, li hafna drabi jkunu mimlija b’antagonizmu ta’ unjin lejn ohra. Inheggeg lill-UHM, GWU u l-MUMN jghaqdu l-forzi taghhom f’dan ir-rigward, biex dawn il-haddiema filwaqt li jibqghu jaqdu d-dmirijiet nobbli taghhom, ikollhom ukoll id-drittijiet taghhom garantiti.

Min jaf kemm jiehu pjacir min ihaddem, jara dan l-antagonizmu bejn min jirrapprezenta l-haddiema. Dawn id-dnubiet tat-trejdjunjonizmu Malti ghandna nahfruhom lilna nfusna billi naraw il-holqien ta’ konfederazzjoni ta’ trejdjunjins li taghti vuci wahda lill-haddiema, issa qabel imbaghad, b’hekk nahdmu favur l-ghaqda. Inkella se jispiccaw biex jitqiesu bhala dnubiet mejta li la uliedna u wisq anqas ulied uliedna ma jkunu lesti jahfruhomlna.

Instabilita’

Jinghaqdu ghandhom l-Unjins, u ma jaghtux kaz ta’ din il-kultura tal-loppju li l-Gvern qieghed dejjem aktar jirnexxilu jdahhal f’pajjizna. Il-Gvern dejjem jaghti l-idea li min jaghmel dimostrazzjonijiet favur il-haddiema fil-pajjiz ikun qed inaffar l-investiment minn pajjizna. Il-Gvern dejjem jaghti din l-idea li min juza certu lingwagg f’pajjizna ma jkun qed jaghmel xejn hlief jimmina l-istabilita’ f’pajjizna. Imma nghid jien, l-Unjins lil min ghandhom joghgbu, mhux lill-haddiema? Jekk hemm bzonn ta’ dimostrazzjoni, azzjoni industrijali jew certu instabilita’ ghall-gid tal-haddiema, m’ghandna nibzghu xejn milli naghmlu dan. Xejn ma jigi mix-xejn.

Il-poezija “Radikalizmu” ta’ Achille Mizzi zgur li twaqqghu fix-xejn dan l-argument ta’ l-instabilita’ min-naha tal-Gvern, ghaliex tghid proprju hekk;

“......Biex tizra’ trid taqleb l-ucuh

Biex tlaqqam trid taqsam iz-zokk.

Biex tpingi trid tbajjad il-wicc

Biex twelled trid tara l-ugigh........”

Mizzi jinnota kif huwa process naturali li bidla ghall-ahjar tkun tinhtieg it-taqlib biex issir. U ghalhekk issa ndur lejn dawk il-haddiema konservattivi u nghidilhom li ghadhom ma jafux kemm hija hasra li jkollok par saqajn sodi fuq hiex timxi, u tispicca tuzahom biss biex toqghod bilqieghda. Ahna saqajna jinhtigilna nuzawhom biex nimxu lejn l-ugwaljanza u l-gustizzja socjali.

Biex saqajna nuzawhom tajjeb hemm bzonn naghmlu minn kollox biex tfegg aktar ghaqda bejn l-Unjins. Il-Federazzjoni ta’ l-Industriji u l-Kamra tal-Kummerc, raw kif ghamlu u nghaqdu haga wahda. Terga’ u tghid dawn ghandhom interessi diversi, ghax wahda hija aktar ibbazata fuq il-produzzjoni u l-ohra ibbazata fuq il-kummerc. Izda xorta raw kif ghamlu biex inghaqdu sabiex jaraw li l-kapital li jhaddnu jibqa’ jkun salvagwardjat. U d-drittijiet tal-haddiema min se jissalvagwardjahom, jekk it-trejdjunjonizmu ma jkunx maghqud f’haga wahda! Il-Unjins f’Malta ghandhom ikunu bhall-holoq ta’ l-istess katina jew is-swaba’ ta’ l-istess id.

It-Tarzna

Issa l-Gvern irid jipprivatizza t-Tarzna. M’ghandkomx ghalfejn tistaghgbu li dakinhar stess li l-Prim Ministru habbar bil-pjan tieghu li jipprivatizzaha, l-Kamra tal-Kummerc qabzet biex turi l-qbil taghha. Il-Gvern behsiebu jkompli bil-missjoni tieghu li fejn hemm numru kbir ta’ haddiema jahdmu f’zona wahda, jara kif jaghmel biex dawn jitbieghdu minn xulxin. U b’hekk l-ghaqda bejn il-haddiema dejjem tkun imhegga biex titfarrak.

Il-Gvern jibqa’ jilghabha li jrid jahdem fl-interess Nazzjonali u jikkritika lil min ma jahdimx mieghu bhallikieku jekk tahdem mieghu sejjer jaghti kazek. Jiena tal-fehma li kemm jekk tahdem u anke jekk ma tahdimx mieghu, dan il-Gvern xorta jibqa’ jaghmel ta’ rasu biex jasal fejn irid hu. Din il-loghba tal-Gvern ma hija xejn hlief ezercizzju biex quddiem il-poplu jidher li qed jiftah dirajgh biex jghannaq lil kulhadd, filwaqt li minn wara l-poplu ma jaghmel xejn hlief iwarrab lil min m’huwiex lest jinbarka fuq il-progett li jkun fassal hu. Fi ftit kliem il-Gvern jghidlek; “Jew taqbel mieghi, inkella tahdimx mieghi.”

Quddiem dan kollu nheggeg lil GWU sabiex tuza l-energija u l-intelligenza kollha sabiex l-impjieg tal-haddiema jkun salvagwardjat. It-Task-force proposta mill-GWU huwa metodu prattiku sabiex filwaqt li ssir diskussjoni, tittiehed azzjoni rigward it-tarzna. Nemmen li l-Unjin ghandha tfittex li ggib is-solidarjeta’ ta’ unjins ohra f’din l-isfida. Jekk jintilfu l-impjiegi tizdied l-incertezza f’imhuh il-familji Maltin, imbaghad il-mohh ma tantx nahseb li jkun jista’ jghodd ruhu b’mistrieh bhalma kien imwieghed. Il-Unjin m’ghandha tiddejjaq xejn tkun assertiva favur il-haddiema tat-tarzna. Ghandhom jittiehdu mizuri sabiex it-tarzna tkun aktar kompetittiva fis-swieq, vijabbli u produttiva, izda dan qatt m’ghandu jsir a skapitu tad-drittijiet tal-haddiema fit-tarzna.

Jiena nispicca dan l-artiklu bil-kliem ta’ wiehed mill-pijunieri tal-moviment tal-haddiema Maltin, Censu Bugeja, li fl-1 ta’ Jannar, 1921 kiteb; “Minghajr ghaqda l-Haddiem ma’ jista’ jaghmel xejn”.