
Ghalkemm il-bagit serva biex jghatti l-iktar ahbar li ahna konna qed nistennew, jigifieri dik li tghid bic-car b’kemm se joghlew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, nistghu nghidu wkoll li l-bagit serva wkoll biex ikompli juri n-nuqqas ta’ kuxjenza socjali li ghandu dan il-Gvern.
Waqt li l-Ministru li jmissu ilu li rrezenja, kien qed jipprezenta l-Bagit, semma’ kif il-Gvern iddecieda li jwaqqaf Fond Nazzjonali ghall-Investiment, hu qal li dan “il-fond ghandu l-ghan li johloq sorsi godda ta’ dhul ghall-Gvern sabiex b’hekk titnaqqas id-dipendenza tal-Gvern fuq id-dhul mit-taxxi diretti u indiretti”.
Il-Gvern ma setghax isib kliem ahjar biex jammetti l-fatt li m’ghandux kreattivita’ bizzejjed biex jigbor il-flus u ghalhekk jiddependi mill-flus li jigbor mit-taxxi taghna. Dan qalulu wkoll Vince Farrugia tal-GRTU waqt intervista li ta lil gurnal lokali il-Hadd li ghadda. Farrugia hu dak li fiz-zarbun ta’ politikant kien qal li l-Partit Nazzjonalista kien se jtella’ hames membri parlamentari Ewropej. Daqs mus tal-lehja jaqta’!
Haqqhom aktar taxxi
Hafna huma dawk li jitfghu harsithom fuq kif ghandhom jigu ntaxxati l-haddiema bi professjoni, dawk b’sengha jew dawk minghajr sengha. Sfortunatament, ftit huma dawk li jdawru harsithom fuq kemm ghandhom ikunu ntaxxati l-banek f’pajjizna. M’hemmx ghalfejn nghid li fostna huma bosta dawk li jhossuhom skjavi tal-banek minhabba djun li jkunu dahlu ghalihom. Jaghmlu hekk ghal bzonn u mhux ghal pjacir. Min jaqbillu jikri, jekk bl-istess rati jkun jaqbillu jidhol ghas-self?
F’pajjizna l-banek huma ntaxxati 35% fuq il-qliegh li jaghmlu. Ikun jixraq li nintaxxawhom aktar sabiex jikkompensaw ghal qliegh li qed jaghmlu minn fuq hafna familji zghazagh u negozjanti zghar u tan-nofs. Il-par idejn sodi ma tridx turihom mal-familji li jistinkaw bla waqfien biex jaraw il-pagi taghhom ilahhqu sal-ahhar tax-xahar, izda tajjeb li jkunu sodi ma’ min hu mdahhal f’negozji mill-akbar.
Bil-flus migbura minn dawn it-taxxi pajjizna jkun jista’ jgholli l-faxxa ta’ taht tat-taxxa fuq id-dhul. B’hekk jekk sal-lum huma dawk li d-dhul taghhom ma jaqbizx it-8,500 ewro f’sena li ma jhallsux taxxa fuq id-dhul, il-Gvern ikun f’qaghda li jgholli dan l-ammont skont kemm ikun stmat li se jdahhal aktar mit-taxxi fuq il-banek. Jekk ta’ taht ma jsibux flus fil-but, qajla tista’ ddur ir-rota. Mela ejja nhallu lil min m’ghandux jaqsam ma’ min ghandu.
Sussidji u tariffi
Il-Ministru li jmissu ilu li rrezenja waqt il-bagit semma’ wkoll li “il-Gvern minn dejjem uza z-zewg metodi – sussidji u tariffi – u hekk behsiebna nkomplu naghmlu”. Dan m’huwiex vera, ghaliex il-Gvern qed juri bic-car li halef li jaghmel krucjata kontra s-sussidji. Is-sussidji li se jkun qed jaghti lill-familji ghall-kontijiet tad-dawl u l-ilma huma dahka fil-wicc. Dan m’hemmx ghalfejn nghidu jien, ghax qalu wkoll Dr. Jean Pierre Farrugia, Deputat Nazzjonalista, waqt il-Kunsill Nazzjonali tal-PN.
Il-Gvern qata’ s-sussidji fuq il-gass u f’sena l-prezz irdoppja. Dawn huma l-effetti sbieh tal-liberalizzazzjoni. U dik l-anzjana fil-ksieh ta’ darha dalwaqt se tibda taghzel li thalli l-heater tal-gass mitfi matul il-gurnata ghaliex ma taffordjahx. Ghal dan qed twassal il-politika tieghek Dr. Gonzi. Qed niggudikak fuq dak li taghmel!
Smart Meters
Ghal dan il-Gvern kien importanti hafna li jkollna meter readers godda. Bhal dak li qallu li pajjizna kien se jkun qisu baqra li ma taghmilx halib minghajrhom. F’mument fejn ir-ricessjoni ekonomika naqqret il-kejk nazzjonali bi 2.4% f’sena u mhux kabritu bi 2.2% bhalma mmira hazin il-Gvern, Dr. Gonzi u shabu tal-bankijiet ta’ quddiem ghazlu li jdahhlu lil Malta fi spiza ta’ 70 miljun ewro biex pajjizna jkun l-ewwel fid-dinja li jdahhal dis-sistema. Iddecidew li jkunu l-gurdien tal-laboratorju. Jeffrey Pullicino Orlando, dak li la nafu huwiex DeeJay, Dentist jew Bidwi, mill-bank ta’ wara, qal car u tond li din tal-ismart meters hija spiza zejda u mhux f’waqtha. Ma jisimghux minn dawk li qeghdin f’nofshom, ahseb u ara mill-avversarji.
Dissett
Jekk hawn gurnalist f’pajjizna li s’issa qed jaghmel minn kollox biex izomm l-istess distanza minn kullhadd, dan huwa Reno Bugeja. Waqt il-programm Dissett tat-Tlieta li ghadda dan il-programm wera x’paga ghandhom l-ufficcjali gholja tal-Enemalta. Prosit ghal mitt darba Sur Bugeja, ghax dawk jithallsu mit-taxxi taghna u tajjeb inkunu nafu kemm inhallsuhom. La dawn l-ufficcjali gholja tal-Enemalta bejniethom jaqalghu 337,605 ewro, jien kont nippretendi li Malta ma tintefiex ghat-tielet darba f’sena.
Waqt il-programm Dissett, ic-Chairman tal-Enemalta Alex Tranter ghazel li ma jwegibx ghal xi domandi, u s-Sur Bugeja sahaq hafna fuq il-fatt li lanqas fl-Enemalta ma tezisti t-trasparenza. Donnu li t-trasparenza tezisti biss fil-flus li jintasbu f’idejna, ghaliex lanqas tkun ilhaqt poggejthom fil-kartiera li ma tindunax li ghosfru.


